“L-Aħjar Rivisti li Tistaʼ Ssib”
L-EDITURI taʼ Stenbaħ! reċentement irċivew ittra mingħand Lisel, studenta taʼ 18-il sena mill-Istati Uniti, li kitbet hekk:
“Bħalissa qed nieħu kors taʼ l-istorja f’livell avanzat u dan jirrikjedi li nikteb xogħol estensiv taʼ riċerka. Jien għażilt li nikteb fuq is-suġġett tar-reżistenza morali tax-Xhieda taʼ Jehovah għan-Naziżmu fil-Ġermanja taħt it-Tielet Reich. Nixtieq nitlob għal-lista taʼ referenzi offruta fit-tmiem taʼ l-artiklu taʼ l-Awake! intitolat ‘Jehovah’s Witnesses—Courageous in the Face of Nazi Peril’ (Ix-Xhieda taʼ Jehovah—Kuraġġużi Minkejja l-Periklu min-Nazi), li tinstab fil-ħarġa tat-8 taʼ Lulju, 1998. L-artiklu kien magħmul fuq riċerka tajba u nkiteb b’tali loġika li jekk nikteb ix-xogħol li għandi nagħmel jien b’nofs il-qawwa u l-verità li ktibtuh intom, il-prodott finali jkun taʼ xiehda kbira għall-bord li sejjer jeżaminali xogħli.
“Grazzi talli tibqgħu tipproduċu l-aħjar rivisti li tistaʼ ssib. F’kull ħarġa, nirċievi ‘lezzjonijiet miktubin’ bil-wisq iktar superjuri minn kwalunkwe ħaġa offruta fl-iskola, u dan ikompli jgħinni nimmira iktar u iktar fl-għoli maʼ kull xogħol li nikteb. Jekk jogħġobkom kunu afu li jien napprezza l-isforz li tagħmlu.”
[Sors tal-istampa f’paġna 22]
Ritratt tan-nofs: Państwowe Muzeum Oświęcim-Brzezinka, b’korteżija taʼ l-USHMM Photo Archives