LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 2/1 p. 13
  • Martri taʼ Żmienna Jagħtu Xiehda fl-Isvezja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Martri taʼ Żmienna Jagħtu Xiehda fl-Isvezja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Materjal Simili
  • Jistaʼ Jerġaʼ Jkun Hawn Olokawst Ieħor?
    Stenbaħ!—2001
  • Għala Seħħ l-Olokawst? Alla Għala Ma Waqqfux?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova u l-Olokawst—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • “L-Aħjar Rivisti li Tistaʼ Ssib”
    Stenbaħ!—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 2/1 p. 13

Proklamaturi tas-​Saltna Jirrapportaw

Martri taʼ Żmienna Jagħtu Xiehda fl-​Isvezja

IL-​KELMA Griega għal “xhud” hija martyr, li minnha ġejja l-​kelma Maltija “martri,” li tfisser “xi ħadd li jagħti xiehda permezz taʼ mewtu.” Ħafna mill-​Kristjani taʼ l-​ewwel seklu taw xiehda dwar Jehovah billi mietu għall-​fidi tagħhom.

Bl-istess mod, fis-​seklu 20, eluf taʼ Xhieda mietu meta ġew f’idejn is-​segwaċi taʼ Hitler talli baqgħu newtrali fi kwistjonijiet politiċi u nazzjonalistiċi. Dawn il-​martri taʼ żmienna wkoll jagħtu xiehda qawwija. Dan hu dak li seħħ fl-​Isvezja dan l-​aħħar.

F’konnessjoni mal-​50 anniversarju mit-​tmiem tat-​Tieni Gwerra Dinjija, il-​gvern Svediż beda kampanja edukattiva mal-​pajjiż kollu dwar l-​Olokawst. Il-​proġett issejjaħ Storja Ħajja. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah ġew mistiedna biex jieħdu sehem u jaqsmu l-​esperjenzi tagħhom.

Ix-Xhieda wieġbu billi ħejjew wirja għall-​pubbliku intitolata Il-​Vittmi Minsijin taʼ l-​Olokawst. L-​ewwel wirja saret fis-​Sala taʼ l-​Assembleat tax-​Xhieda taʼ Jehovah fi Strängnäs. Xhieda li baqgħu ħajjin wara l-​Olokawst kienu preżenti biex jaqsmu l-​esperjenzi tagħhom maʼ iktar minn 8,400 ruħ li ġew iżuru l-​wirja fl-​ewwel jum! Sa l-​aħħar taʼ l-​1999, il-​wirja ttellgħet f’iktar minn 100 mużew u librerija pubblika mifruxin maʼ l-​Isvezja kollha, u xi 150,000 persuna kienu rawha. Fost dawk li żaruha kien hemm għadd taʼ uffiċjali tal-​gvern, li għaddew kummenti favorevoli dwar dak li raw.

L-ebda ġrajja individwali oħra fejn jidħlu l-​attivitajiet tax-​Xhieda taʼ Jehovah fl-​Isvezja ma kienet laħqet lil daqstant nies mill-​pubbliku u ħadet isem daqshekk tajjeb. Ħafna minn dawk li żaruha qalu: “Għax m’għedtulniex qabel dwar l-​esperjenza tagħkom fl-​Olokawst?”

Wara li l-​wirja ntweriet fl-​inħawi taʼ waħda mill-​kongregazzjonijiet, din irrapportat żjieda taʼ 30 fil-​mija fl-​istudji tal-​Bibbja! Wieħed Xhud stieden lil sieħbu tax-​xogħol biex jara l-​wirja. Dan aċċetta mill-​qalb u ġab ħabiba miegħu. Wara dan, hi qalet li ssibha diffiċli biex tifhem kif in-​nies jistaʼ jkollhom fidi daqshekk qawwija li jippreferu jiġu maqtulin milli jiffirmaw dokument li bih jiċħdu l-​fidi tagħhom. Dan wassal għal iktar diskussjonijiet, u nbeda studju tal-​Bibbja magħha.

Bħal ħuthom taʼ l-​ewwel seklu, dawn il-​martri leali tas-​seklu 20 taw xiehda bi qlubija li Jehovah hu l-​uniku Alla veru, li jixraqlu l-​fiduċja u l-​lealtà tagħna li qatt u qatt ma jonqsu.—Apokalissi 4:11.

[Sors tal-​Istampa f’paġna 13]

Priġunier fil-​kamp: Państwowe Muzeum Oświęcim-Brzezinka, bil-​korteżija taʼ l-​USHMM Photo Archives

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja