LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 11/8 pp. 16-19
  • Meta l-Muntanja Pprovat Tingħaqad Mal-Baħar

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta l-Muntanja Pprovat Tingħaqad Mal-Baħar
  • Stenbaħ!—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ħelsuha bil-​Ħniena
  • Għajnuna taʼ Salvataġġ
  • Dejjem Żammejt lil Ġeħova f’Moħħi fid-Deċiżjonijiet li Ħadt
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Għajnuna fid-​Diżastri fl-​2021—Ħutna Mhumiex Abbandunati
    Kif Jintużaw id-Donazzjonijiet Tiegħek?
  • Xi Ħaġa li Ebda Maltempata Ma Tistaʼ Tkissirha
    Stenbaħ!—2003
  • L-Għargħar fil-Możambik Kif il-Kristjani Ħadu Ħsieb lill-Vittmi
    Stenbaħ!—2001
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2000
g00 11/8 pp. 16-19

Meta l-​Muntanja Pprovat Tingħaqad Mal-​Baħar

MINN KORRISPONDENT TAʼ STENBAĦ! FIL-​VENEZWELA

BEJN Caracas, il-​belt kapitali tal-​Venezwela, u l-​baħar hemm muntanja għolja 2,000 metru li jisimha El Ávila. Fin-​naħa tat-​tramuntana hemm medda dejqa tul il-​kosta tal-​baħar fejn joqogħdu ħafna nies. Hawnhekk jinsab l-​ajruport prinċipali tal-​Venezwela, u biex imorru mill-​ajruport sa Caracas, it-​turisti jridu jivvjaġġaw minn ġo mina li qegħda maqtugħa minn naħa għal oħra tal-​muntanja.

Wara x-​xita bil-​qliel li niżlet f’Diċembru li għadda, il-​muntanja El Ávila kienet mifqugħa bl-​ilma u ma felħitx tixrob iktar. Kienet donnha se tixpakka, bl-​għaxriet t’eluf taʼ metri kubi taʼ ilma li beda jnixxi minn ġo fiha. Bħalma ddeskrivieha xi ħadd, il-​muntanja kienet donnha qed tipprova tingħaqad mal-​baħar. Diversi djar, minn gabubi sa vilel, inbelgħu minn valanga taʼ ilma, tajn, ġebel, u siġar. L-​ilma ġarr kollox—sodod, friġġijiet, televixins, u anki nies. Wieħed raġel xiħ qal li kien ħaseb li waslet l-​aħħar tad-​dinja.

Fl-aħħar mill-​aħħar, ix-​xita waqfet, u l-​ilma taʼ l-​għargħar beda jnaqqas. Skond kalkolu li sar, x’aktarx li mietu mal-​50,000 ruħ u 400,000 oħra sfaw bla dar. Bir-​raġun kollu, dan id-​diżastru ġie msejjaħ “l-​agħar diżastru naturali fl-​istorja tal-​Venezwela.”

Ħelsuha bil-​Ħniena

Fil-​15 taʼ Diċembru, Juan Carlos Lorenzo u missieru nqabdu bejn żewġ xmajjar imfawrin. Huma abbandunaw il-​vettura tagħhom u ngħaqdu maʼ 35 persuna miġburin ġo bini. Madankollu, l-​ilma ma damx ma beda dieħel u beda jogħla b’rata mgħaġġla. In-​nies kollha rnexxielhom jitilgħu fuq il-​bejt. Sadattant, ħafna ġebel u zkuk tas-​siġar bdew iħabbtu mal-​bini. Fi ftit ħin, il-​ħitan taʼ l-​ewwel u t-​tieni sular iġġarrfu, u mill-​bini kollu kien baqaʼ biss il-​kolonni u l-​bejt. Il-​bini dgħajjef kompla jitriegħed iktar ma bdew jaħbtu affarijiet miegħu.

F’ħin minnhom deher ħelikopter, imma dan ma setax jinżel fuq il-​bini fraġli. X’ħin il-​ħelikopter dar lura, Juan Carlos u missieru tant kienu konvinti li se jmutu li bdew jibku u jgħannqu lil xulxin għall-​aħħar darba. Imbagħad ġew żewġ ħelikopters. Dawk kollha li kienu fuq il-​bejt ittellgħu wieħed wieħed permezz tal-​ħila tal-​piloti li żammew il-​ħelikopters jittajru fuq il-​bini. Malli telqu l-​ħelikopters, il-​bini ġġarraf fl-​ilmijiet qawwija. In-​nies kienu ħelsuha bl-​eżatt!

Kien hemm eluf taʼ nies li ġew evakwati—b’ajruplani żgħar, permezz taʼ vetturi fuq l-​art, u permezz taʼ vapuri taʼ l-​armata disinjati biex jibqgħu deħlin sax-​xatt. Fillieri twal taʼ nies—xi wħud minnhom bit-​tfal fuq spallejhom—għaddew minn ġo l-​ilmijiet permezz taʼ ħbula biex jaslu sad-​dgħajjes. Filwaqt li xi wħud irnexxielhom isalvaw xi affarijiet persunali, ħafna minnhom telqu b’taʼ fuqhom senduqhom.

Għajnuna taʼ Salvataġġ

Fl-​uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Jehovah fil-​Venezwela, l-​għajnuna bdiet tintbagħat malli waslet l-​aħbar tad-​diżastru. Madankollu, it-​toroq kienu jew mimlijin imbarazz jew inkella kien ġarrhom l-​ilma. Wara xi ftit ġranet, naħa waħda tat-​triq prinċipali nfetħet għall-​użu t’emerġenza, u l-​vetturi tax-​Xhieda tħallew jgħaddu bi provvisti mediċinali u nies kwalifikati. Iktar tard wieħed uffiċjal qal: “Il-​gvern jaf sew li x-​Xhieda taʼ Jehovah kienu minn taʼ l-​ewwel li waslu bl-​għajnuna u ġarrew lin-​nies ’il bogħod minn dawk l-​inħawi.”

Ix-Xhieda organizzaw tfittxijiet biex jinstabu dawk li kellhom bżonn l-​għajnuna. Ġie provdut trasport biex dawk evakwati jittieħdu f’Caracas, u ħafna minn dawn in-​nies ma kien għad fadlilhom xejn fid-​dinja. Fil-​belt twaqqfu postijiet minfejn setgħu jitqassmu ikel, ilbies u mediċina lin-​nies fil-​bżonn. Imma l-​biċċa l-​kbira minnhom mhux ikel u ħwejjeġ biss kellhom bżonn. Dawn kellhom bżonn urġenti li jsibu saqaf fuq rashom, u ħuthom il-​Kristjani laqgħuhom ġo djarhom bil-​ferħa.

Ħafna żmien wara d-​diżastru, kien hemm min kien għad għandu lil xi ħbieb u qraba joqogħdu miegħu. Joel u Elsa, żewġ Xhieda fi Puerto Cabello, jgħixu f’appartament żgħir. Xahar wara l-​maltemp, huma kien għad għandhom 16-il ruħ joqogħdu magħhom. Ħafna minnhom mhux biss kienu tilfu darhom imma wkoll l-​impjieg tagħhom. Il-​postijiet tax-​xogħol tagħhom lanqas biss baqgħu jeżistu.

B’sogħba, irħula taʼ mal-​portijiet u nħawi fejn qabel kienu jkunu miżgħuda bin-​nies, lanqas biss baqgħu jintgħarfu. Kulfejn tħares kien hemm karozzi mirdumin fit-​tajn, oħrajn mgħaffġin mal-​ħitan, imwaħħlin maʼ xi arblu, jew ġo xi bieb jew tieqa. Kien hemm saff taʼ tajn iebes li f’ċerti postijiet kien għoli tliet metri. B’dan it-​tajn il-​livell tat-​triq għola tant li meta xi ħadd kien jgħaddi bil-​mixi, kien jiġi livell maʼ l-​ewwel sular jew saħansitra mal-​bjut taʼ xi bini!

Xi nies fil-​Venezwela qalu li d-​diżastru kien għallimhom lezzjoni imprezzabbli—li ma jpoġġux il-​fiduċja tagħhom f’affarijiet materjali. (Luqa 12:29-31) Ħafna wħud irrealizzaw x’ried ifisser Ġesù Kristu meta qal: “Tgeddsux għalikom teżori f’din id-​dinja, fejn kollox jitmermer bil-​kamla u s-​sadid, u fejn il-​ħallelin jinfdu u jisirqu. Iżda ġemmgħu għalikom teżori fis-​sema, fejn xejn ma jitmermer u la bil-​kamla u lanqas bis-​sadid, u fejn ma hemmx ħallelin jinfdu u jisirqu. Għax fejn hemm it-​teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll.”—Mattew 6:19-21.

[Mappa/Stampi f’paġna 16, 17]

(Għall-formazzjoni sħiħa tat-​test, ara pubblikazzjoni)

VENEZWELA

Caracas

L-​inħawi tad-​diżastru

KOLUMBJA

[Stampa f’paġna 17]

Rubén Serrano, ħdejn il-​fdalijiet tad-​dar tiegħu

[Stampi f’paġna 18]

1. F’Caracas il-​volontieri ġabru l-​provvisti biex jitqassmu lil min kien fil-​bżonn

2, 3. L-​aħwa tal-​Kongregazzjoni taʼ Maiquetía naddfu s-​Sala tas-​Saltna tagħhom u neħħew tajn iebes li kien xi 2 metri għoli

4. Dawn ix-​Xhieda tilfu d-​djar li kellhom u mbagħad offrew li jibnu oħrajn ġodda għalihom u għal nies oħra

5. Waħda mid-​djar kważi lesti f’San Sebastián de los Reyes

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja