LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 7/8 p. 30
  • Mingħand il-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mingħand il-Qarrejja
  • Stenbaħ!—2002
  • Materjal Simili
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2002
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2004
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2002
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2002
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 7/8 p. 30

Mingħand il-​Qarrejja

Ħabsijiet Il-​kliem ma jistax jesprimi dak li ħassejt meta qrajt l-​artiklu “Rakkonti taʼ Fidi minn ġo Ħabs Storiku.” (8 taʼ Diċembru, 2001) It-​tifel tiegħi qiegħed il-​ħabs minħabba serqa f’bank. Din hi t-​tieni darba li mar il-​ħabs. Se nibgħatlu dan l-​artiklu u nitlob li jmisslu qalbu u jinkuraġġih biex jaċċetta l-​imħabba li Jehovah għandu għalina lkoll. Grazzi tal-​faraġ li ġġibulna.

C. M., Stati Uniti

Bħalissa qiegħed ġo faċilità korrettiva fejn hemm programm taʼ tagħlim vera sabiħ li x-​Xhieda taʼ Jehovah tħallew jistabbilixxu. (“Jistgħu l-​Ħabsin Jirranġaw Ħajjithom?” 8 taʼ Mejju, 2001) Wieħed ħabsi tgħammed, u ħafna oħrajn qegħdin jistudjaw il-​Bibbja. Kemm hi xi ħaġa sabiħa li nistgħu naqdu lil Jehovah, qegħdin fejn qegħdin!

J. A. M., Stati Uniti

Meta qbadt din il-​ħarġa f’idi, bdejt naħseb lil min tistaʼ tolqot. Dik il-​lejla stess irċivejt telefonata. Ommi kienet ġiet attakkata, u kienu serqulha l-​karozza. Hekk kif jien u sħabi tax-​xogħol bdejna nitkellmu dwar il-​kriminalità, il-​kriminali, u l-​ħabsin, ftakart li kelli r-​rivista fil-​loker tiegħi. X’artikli eċċellenti! L-​għada stajt nagħti kopja lil sħabi tax-​xogħol u lil ommi. Tabilħaqq, dawn l-​artikli jwettqu eżatt l-​iskop taʼ Stenbaħ!​—għaliex dan ‘iħaffer fil-​fond u jipponta lejn it-​tifsir veru wara ġrajjiet kurrenti.’

R. S., Stati Uniti

Dawn l-​artikli huma t’għajnuna għal dawk li xogħolhom hu li jaħdmu fil-​ħabsijiet minħabba li juru li l-​Bibbja tistaʼ tgħin lil min qiegħed il-​ħabs biex jinbidel minn ġewwa, fil-​moħħ, u fil-​qalb. Dawn jgħinu wkoll lill-​priġunieri biex jifhmu l-​irwol tagħna f’li ngħinuhom jitgħallmu dwar ir-​rieda taʼ Jehovah. L-​eżempji li hemm f’paġna 10 jagħmluha ċara għala m’għandniex ninvolvu ruħna fil-​problemi legali tal-​priġunieri imma minflok ngħallmuhom il-​Bibbja u nipprovaw nilħqulhom qalbhom.

A. I., Rumanija

Suwiċidju Grazzi ħafna għas-​serje taʼ artikli “Il-​Ħajja​—Taʼ Min Jgħixha!” (8 taʼ Novembru, 2001) Meta kont l-​iskola, kont taħt ħafna stress. Jehovah verament għenni permezz tal-​Bibbja u tas-​sħubija Kristjana. Madankollu, xorta ma ħassejtx li jixraqli dan. Meta qrajt il-​kaxxa bit-​titlu “‘Se Jaħfirli Alla Talli Qed Inħossni Hekk?’” kien qisu Jehovah qed ikellimni direttament. Kemm iġib ferħ li tkun taf li Jehovah ma jinsiex uħud bħali!

S. H., Ġappun

Nixtieq ngħidilkom dwar il-​ferħ li ħassejt wara li qrajt din is-​serje. Kemm kont ferħana li dawn l-​artikli ma nstemgħux qishom xi priedka, bħalma ħsibt li se jiġri wara li qrajt it-​titlu taʼ fuq il-​qoxra! Il-​kaxxa “‘Se Jaħfirli Alla Talli Qed Inħossni Hekk?’” ġagħlitni nibki. Grazzi għal dan l-​artiklu, kont kapaċi nitkellem maʼ waħda oħt Kristjana dwar dak li għaddejja minnu. Grazzi talli ttrattajtu suġġett delikat bħal dan.

A. F., Franza

Qrajt din is-​serje tmien darbiet. Meta kont l-​iskola ħsibt dwar is-​suwiċidju. Il-​mewt kienet tattirani. Din is-​serje għenitni nirrealizza li anki jekk ħajti hija kuljum waħda taʼ dwejjaq, xorta hi taʼ min jgħixha. Jien miniex waħda mix-​Xhieda taʼ Jehovah, imma ilni naqra r-​rivisti tat-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! għal xi żmien. Intom tassew nies mill-​aħjar!

S. M., Ġappun

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja