LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 12/8 pp. 9-12
  • Kif Tkun Konxju Dwar is-Sigurtà

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tkun Konxju Dwar is-Sigurtà
  • Stenbaħ!—2002
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kif Tkampa mal-​Biżaʼ
  • Nivvjaġġaw Mingħajr Inkwiet
  • Il-​Vjaġġ it-​Tajjeb!
  • Suġġerimenti għall-Ivvjaġġar minn Pilota t’Esperjenza
    Stenbaħ!—2003
  • L-Ivvjaġġar bl-Ajru Għadu Ħieles mill-Periklu?
    Stenbaħ!—2002
  • It-Tfittxija għas-Sigurtà fl-Ajru
    Stenbaħ!—2002
  • X’Hemm Bżonn biex Jibqgħu Jtiru?
    Stenbaħ!—1999
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 12/8 pp. 9-12

Kif Tkun Konxju Dwar is-​Sigurtà

GĦAL xi wħud, l-​ivvjaġġar taʼ xi 11-il kilometru ’l fuq mill-​art jistaʼ jkun esperjenza tal-​biżaʼ. Jistaʼ jidher li jikser il-​liġi tan-​natura. Hekk kif il-​livelli tas-​sigurtà u l-​fiduċja fl-​ivvjaġġar bl-​ajru laħqu qċaċet ġodda, il-​perikli li jistgħu jinqalgħu milli tgħaddi sparat minn ġo l-​atmosfera f’tubu rqiq tal-​metall saru minimi. Madankollu, kultant ir-​realtà kiefra tfakkarna li l-​inċidenti jistgħu jseħħu.

Kif Tkampa mal-​Biżaʼ

Minkejja din ir-​realtà, minn żmien żemżem, il-​bniedem esprima x-​xewqa li jtir. Għaxar sekli qabel Kristu, is-​Sultan David kiteb: “M’hux li kelli l-​ġwienaħ bħal ħamiema, biex intir.” (Salm 55:7 [55:​6, NW]) Bħalma ntwera diġà, it-​teknoloġija moderna għamlet l-​ivvjaġġar bl-​ajru wieħed mill-​iktar mezzi taʼ trasport ħieles mill-​periklu. Le, m’huwiex perfett. Xejn f’din id-​dinja ma huwa perfettament ħieles mill-​periklu jew jistaʼ jitbassar bis-​sħiħ.

Huwa vitali li niftakru dan jekk insibuha diffiċli biex nirreaġixxu b’mod raġunevoli meta jkun qed jikkontrolla xi ħadd ieħor. Xi nies għandhom mnejn jaħsbu, ‘Iktar ma nikkontrolla l-​affarijiet jien, inqas se tkun tal-​biżaʼ s-​sitwazzjoni.’ Jekk dan huwa l-​każ, nies bħal dawn isibu diffikultà f’sitwazzjonijiet li fihom ikollhom ftit jew xejn opportunità li jikkontrollaw huma. L-​ivvjaġġar bl-​ajru jippreżenta waħda minn dawn is-​sitwazzjonijiet.

Minkejja l-​isforzi biex titjieb is-​sigurtà fl-​ajru, ħadd ma jistaʼ joqgħod idejh fuq żaqqu. Dawk kollha involuti fl-​ivvjaġġar bl-​ajru jistgħu jikkooperaw sabiex inaqqsu kemm jistgħu l-​perikli potenzjali għas-​sigurtà. Xorta waħda, l-​awtoritajiet iwissu dwar it-​theddid kontinwu. Proverbju għaqli tal-​Bibbja jgħid: “Wieħed prudenti jara l-​periklu minn qabel u jieħu prekawzjoni.” (Proverbji 22:​3, New Living Translation) Huwa għaqli li tagħraf li ammont taʼ riskju huwa involut fi prattikament kull attività. Sabiex ngħidu l-​affarijiet kif inhuma, ftakar li l-​ivvjaġġar bl-​ajru jeħtieġ l-​istess sens komun li tieħu prekawzjoni biex tipproteġi s-​sigurtà tiegħek bħalma tieħu f’sitwazzjonijiet oħrajn.

Jistaʼ jkun li wħud li jivvjaġġaw spiss ikunu jafu aħjar kif jieħdu ħsieb tagħhom infushom f’dawn is-​sitwazzjonijiet diffiċli. Dan huwa għaliex dawk li jivvjaġġaw spiss ġeneralment ikunu iktar familjari maʼ l-​ajruporti u maʼ l-​ajruplani minn passiġġieri oħrajn. Tistaʼ tikseb il-​familjarità u l-​kalma simili għal tagħhom billi ssegwi l-​passi sempliċi li huma deskritti fil-​kaxxi li jinsabu maʼ dan l-​artiklu.

Nivvjaġġaw Mingħajr Inkwiet

Waqt li l-​postijiet fejn isir xi ċċekkjar għas-​sigurtà jipprovdu servizz li hu bżonnjuż, xi wħud minn dawk li jivvjaġġaw—speċjalment dawk li jkunu mgħaġġlin—għandhom mnejn jarawhom bħala li huma taʼ dwejjaq. Peress li jkollok f’moħħok il-​miżuri taʼ sigurtà miżjuda li hemm f’ħafna ajruporti, għandek mnejn tkun trid tattwa s-​suġġerimenti li ġejjin sabiex tgħaddi iktar malajr:

◼ Asal kmieni. Billi tippjana biex ikollok iktar ħin fl-​ajruport, tistaʼ tiħodha iktar bil-​mod, tirrilassa, u tevita l-​istress li jiġi b’xi ħaġa li ma tistennihiex jew b’xi inkonvenjenza.

◼ Meta tagħżel linja taʼ l-​ajru, fittex waħda li tintuża minn dawk li jivvjaġġaw għan-​negozju. Dawn jafu mnejn għandhom jgħaddu, iġorru ftit affarijiet magħhom, u jkunu jridu jħaffu.

◼ Qabel ma tgħaddi mill-​bieb li jidentifika l-​oġġetti tal-​metall, neħħi minn fuqek dawk l-​affarijiet li bihom idoqq l-​allarm. Dawn jinkludu ċ-​ċwievet, il-​muniti, il-​ġojjelli, u t-​telefons ċellulari. Agħtihom lil dak li jkun għassa x’ħin tkun se tgħaddi mill-​bieb.

◼ Poġġi l-​basktijiet u l-​affarijiet l-​oħra li qed iġġorr miegħek ċatti kemm jistaʼ jkun fuq iċ-​ċinga li tgħaddi l-​affarijiet; jekk l-​individwu li jkun wara l-​monitor taʼ l-​eksrej jara geġwiġija sħiħa fuq l-​iskrin, jistaʼ jgħidlek biex toħroġ kulma għandek fil-​basket jew terġaʼ tgħaddih.

◼ Avża lil dak li jkun għassa dwar kull ħaġa mhix tas-​soltu li timmaġina li se tiġbed l-​attenzjoni, bħal xi oġġett tal-​fidda li qlajt mingħand in-​nanna. Jekk ikun sodisfatt bl-​ispjegazzjoni raġunevoli tiegħek għall-​forma stramba taʼ l-​oġġett fuq il-​monitor, dak li jkun għassa ma tantx se jinsisti biex jeżaminah. Jekk tkun verament mgħaġġel, oħroġ l-​oġġett mill-​basket minn qabel u itlobhom jeżaminawh b’idejhom stess.

◼ Jekk idoqq l-​allarm, ikkoopera u agħti spjegazzjoni mill-​ewwel. Jekk dak li jkun għassa jkun jaf li l-​allarm daqq minħabba xi oġġett partikulari u għandu lil sieħbu bi stikka li tidentifika l-​metall, hu se jgħidlek biex tmur għandu.

◼ Mod wieħed kif żgur tistaʼ titlef titjira hu billi tiċċajta dwar li taħtaf l-​ajruplan jew dwar xi bomba. Minbarra li ssirlek tfittxija intensa fl-​ajruport mill-​uffiċjali tas-​sigurtà, tistaʼ tiġi mħarrek għal offiża.

Il-​Vjaġġ it-​Tajjeb!

Huwa possibbli li tagħżel titjira ħielsa mill-​periklu? Iva. Tagħżel liema titjira tagħżel, iċ-​ċans li għandek li tasal mingħajr ma ġġarrab ħsara huwa tajjeb ħafna. Jekk għandek xi dubju, fittex fl-​arkivji tas-​sigurtà tal-​linja taʼ l-​ajru li bi ħsiebek tuża. Żomm f’moħħok li, minkejja l-​inċidenti taʼ l-​ajru, l-​ivvjaġġar bl-​ajru għadu meqjus bħala wieħed mill-​modi li tivvjaġġa l-​iktar ħelsin mill-​periklu.

Sadanittant, aħna nistgħu nħarsu ’l quddiem lejn żmien—taħt il-​ħakma t’Alla fuq l-​art—ħieles mill-​periklu, fis-​sigurtà, u fejn se nkunu kunfidenti. Ġo familja taʼ bnedmin li jibżgħu minn Alla u li huma paċifiċi mhux se jkun hemm post għal min jipperikola l-​ħajja tal-​bniedem. In-​nies “se jkunu ħielsa mill-​periklu u fis-​sigurtà mingħajr il-​biżaʼ minn xi diżastru.”—Proverbji 1:​33, Holy Bible​—Contemporary English Version.a

[Nota taʼ taħt]

a Għal artikli li jitkellmu dwar dan ara “Making Air Travel Safer” (Kif l-​Ivvjaġġar bl-​Ajru Jintgħamel Iktar Ħieles mill-​Periklu), Awake!, 22 taʼ Settembru, 2000; “Il-​Vjaġġ it-​Tajjeb! ” Stenbaħ!, 8 taʼ Settembru, 2000; “X’Hemm Bżonn biex Jibqgħu Jtiru?” Stenbaħ!, 8 taʼ Settembru, 1999; “How Safe Are Planes?” (Kemm Huma Ħelsin mill-​Periklu l-​Ajruplani?), Awake!, 8 taʼ Marzu, 1999; “Fear of Flying​—Does It Keep You Grounded?” (Il-Biżaʼ mill-​Ivvjaġġar bl-​Ajru—Iżommok Lura Milli Ttir?), Awake!, 22 taʼ Settembru, 1988.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 10, 11]

XI SUĠĠERIMENTI GĦAS-​SIGURTÀ

Uża titjiriet diretti. Ħafna mill-​inċidenti jsiru meta l-​ajruplan ikun se jinqataʼ mill-​art, hu u tielaʼ, hu u nieżel, jew meta jkun se jmiss maʼ l-​art. Titjiriet diretti se jnaqqsu l-​probabbiltà li tiġi espost għal dawn il-​fażijiet fit-​titjira li fihom l-​iktar li jistgħu jseħħu l-​inċidenti.

Agħżel ajruplani li huma akbar. L-​ajruplani li jkollhom post għal iktar minn 30 passiġġier ġeneralment ikunu disinjati u ċertifikati b’regoli iktar stretti minn dawk taʼ ajruplani iżgħar. Ukoll, jekk iseħħ inċident serju, xi ħaġa li mhix probabbli li ssir, ajruplani akbar jipprovdu opportunità aħjar biex il-​passiġġieri jibqgħu ħajjin.

Oqgħod attent għall-​istruzzjonijiet tas-​sigurtà li jingħataw qabel it-​titjira. Għalkemm l-​informazzjoni tistaʼ tidher ripetittiva, il-​postijiet fejn ikun hemm l-​eqreb ħruġ taʼ l-​emerġenza jistgħu jvarjaw skond l-​ajruplan u s-​siġġu li tkun fih.

Tħallix oġġetti tqal fis-​sezzjoni taʼ fuq rasek fejn terfaʼ l-​affarijiet. Jistaʼ jkun li s-​sezzjonijiet taʼ fuq rasek fejn terfaʼ l-​affarijiet ma jkunux jifilħu jżommu oġġetti tqal waqt it-​taqlib fl-​ajru; allura jekk qed iġġorr xi ħaġa li ssibha diffiċli biex terfagħha u tqegħedha fis-​sezzjoni, ibgħatha mal-​bagalji minn qabel.

Żomm iċ-​ċinturin tas-​sigurtà maqful meta tkun bil-​qiegħda. Il-​fatt li żżomm iċ-​ċinturin maqful waqt li tkun bil-​qiegħda jipprovdilek iktar protezzjoni li jistaʼ jkollok bżonn jekk l-​ajruplan jgħaddi minn xi taqlib fl-​ajru li ma jkunx mistenni.

Ismaʼ lil dawk li jieħdu ħsieb it-​titjira. Ir-​raġuni ewlenija għala dawk li jieħdu ħsieb it-​titjira qegħdin hemm hija s-​sigurtà; allura jekk xi ħadd minnhom jgħidlek tagħmel xi ħaġa, l-​ewwel agħmilha u mbagħad staqsi l-​mistoqsijiet wara.

Ittellax miegħek affarijiet perikolużi. Hemm listi twal mhux ħażin t’affarijiet perikolużi li huma projbiti, iżda s-​sens komun għandu jgħidlek li m’għandekx tieħu pitrolju, materjal distruttiv, gassijiet velenużi, u affarijiet oħra bħal dawn miegħek fuq l-​ajruplan sakemm ma jkunux permessi mil-​linja taʼ l-​ajru u jitwasslu f’kontenitur addattat.

Tixrobx ħafna alkoħol. Kwalunkwe alkoħol li tikkonsma se jeffettwak iktar meta tkun fl-​ajru milli meta tkun fil-​livell tal-​baħar. Fi kwalunkwe għoli, il-​moderazzjoni hi dejjem tajba.

Oqgħod Attent. Jekk f’każ inqas probabbli tinqalaʼ xi sitwazzjoni t’emerġenza, bħal evakwazzjoni t’emerġenza bħala prekawzjoni, għandek issegwi d-​direzzjonijiet taʼ dawk li jieħdu ħsieb it-​titjira u taʼ l-​ekwipaġġ u oħroġ mill-​ajruplan malajr kemm jistaʼ jkun.

[Sors]

Sors: AirSafe.com

[Kaxxa/Stampa f’paġna 12]

KIF ISSERRAĦ RAS IL-​MEMBRI TAL-​FAMILJA

Jekk tkun se tivvjaġġa, hawn xi suġġerimenti kif tistaʼ tgħin lill-​familja tiegħek biex ma tinkwetax iżżejjed:

Tkellem mal-​familja tiegħek. Qabel ma titlaq fuq il-​vjaġġ, qattaʼ xi ħin mal-​maħbubin biex tiddiskuti s-​sigurtà tiegħek u anki tagħhom. Spjega l-​miżuri ġodda taʼ sigurtà li ttieħdu u xi jfissru għas-​sigurtà tiegħek waqt li tkun qed tivvjaġġa.

Ħallihom jesprimu ruħhom dwar x’qed jinkwetahom. Ħalli lill-​membri tal-​familja jitkellmu dwar l-​ansjetà li qed iħossu. Huma jħobbuk u kulma jridu hu li tkun ħieles mill-​periklu. Ismagħhom b’attenzjoni mingħajr ma tikkritikahom, waqt li tirrikonoxxi bis-​serjetà l-​biżaʼ u t-​tħassib kollu tagħhom.

Serrħilhom rashom b’mod sinċier. Għidilhom dwar id-​diversi aġenziji li qed jagħmlu sforz biex ma jħallux li jerġgħu jsiru attakki terroristiċi. Dawn l-​isforzi jinkludu mezzi taʼ sigurtà iktar stretti fl-​ajruporti kif ukoll fuq l-​ajruplan. Iċ-​ċans li tiġri xi ħaġa ħażina meta tkun fuq l-​ajruplan huwa minimu.

Żomm kuntatt. Wegħedhom li ċċemplilhom malli tasal fid-​destinazzjoni tiegħek. Ibqaʼ ċempel id-​dar spiss meta tkun ’il bogħod. Huwa importanti wkoll li l-​familja tiegħek tkun taf kif tistaʼ tikkuntattjak jekk tinqalaʼ xi emerġenza.

[Sors]

Meħudin mill-​United Behavorial Health Web site

[Stampi f’paġna 10]

Kun lest li tikkoopera meta tiġi għall-​iċċekkjar tas-​sigurtà

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja