LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/10 pp. 26-27
  • Tistaʼ Tirnexxi Bħala Ġenitur li Trabbi t-Tfal Waħdek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tistaʼ Tirnexxi Bħala Ġenitur li Trabbi t-Tfal Waħdek
  • Stenbaħ!—2010
  • Materjal Simili
  • Ġenituri Waħedhom imma Ħafna Huma l-Isfidi
    Stenbaħ!—2002
  • Familji b’Ġenitur Wieħed Jistgħu Jirnexxu!
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Ġenitur Wieħed imma M’Huwiex Waħdu
    Stenbaħ!—2002
  • Familji b’Ġenitur Wieħed Qegħdin Jiżdiedu
    Stenbaħ!—2002
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2010
g 1/10 pp. 26-27

Tistaʼ Tirnexxi Bħala Ġenitur li Trabbi t-​Tfal Waħdek

INTQAL illi li kieku l-​familja b’żewġ ġenituri kellha tkun annimal, x’aktarx li kienet tkun fuq il-​lista t’annimali fil-​periklu li jinqerdu. Ikkunsidra: Hemm iktar minn 13-​il miljun ġenitur li jrabbu t-​tfal waħedhom fl-​Istati Uniti biss, li fil-​biċċa l-​kbira minnhom huma ommijiet. Ir-​riċerka turi li kważi nofs it-​tfal kollha f’dak il-​pajjiż se jqattgħu minn tal-​inqas ftit minn żgħożithom f’dar b’ġenitur wieħed.

Jekk int ġenitur li trabbi t-​tfal waħdek, serraħ moħħok li l-​ħajja tal-​familja tiegħek tistaʼ tirnexxi. Ipprova applika s-​suġġerimenti li ġejjin.

◼ Evita termini negattivi. Il-​Bibbja tgħid: “Il-​jiem taʼ min isofri kollha huma ħżiena; imma min iħossu tajjeb f’qalbu jinsab f’festa l-​ħin kollu.” (Proverbji 15:15) Veru, forsi ħajtek mhix festa. Imma bħalma jindika dan il-​vers, il-​ferħ għandu x’jaqsam iżjed mal-​qalb milli maċ-​ċirkustanzi li wieħed ikollu. (Proverbji 17:22) Ma tantx se joħroġ ġid billi taħseb li wliedek huma żventurati jew li l-​familja tiegħek hi mkissra u bla tama. Termini bħal dawn iservu biss biex jiskuraġġuk u biex ikun iktar diffiċli għalik li twettaq id-​dmirijiet tiegħek bħala ġenitur.—Proverbji 24:10.

Suġġeriment: Agħmel lista taʼ xi termini negattivi li tuża biex tiddeskrivi s-​sitwazzjoni tiegħek, u mbagħad ħdejn kull terminu ikteb ieħor pożittiv minfloku. Pereżempju, ħdejn “Ma niflaħx għal dan kollu” ikteb “Jien kapaċi nagħmel dmiri bħala ġenitur li qed irrabbi t-​tfal waħdi, u jistaʼ jkolli l-​għajnuna li neħtieġ.”—Filippin 4:13.

◼ Agħmel baġit. Ġenituri li jrabbu t-​tfal waħedhom—speċjalment l-​ommijiet—jintlaqtu l-​iktar meta jinqarsilhom il-​but. Madankollu, f’ċerti każi l-​istress finanzjarju jistaʼ jittaffa billi wieħed jitgħallem jagħmel baġit effettiv. Proverbju Bibliku jgħid: “Min hu prudenti jara l-​gwaj u jinħeba.” (Proverbji 22:3) Biex tevita “gwaj” finanzjarju, l-​ippjanar u l-​ħsieb minn qabel huma essenzjali.

Suġġeriment: Agħmel baġit u niżżlu bil-​miktub. Żomm rekord tal-​ispejjeż li tagħmel f’xahar u sib fejn qed imorru l-​flus. Aħseb bis-​serjetà dwar il-​mod kif qed tonfoq flusek. Qed tistrieħ iżżejjed fuq li tixtri bid-​dejn? Tixtri affarijiet lit-​tfal tiegħek biex tpatti għan-​nuqqas tal-​ġenitur l-​ieħor? Jekk uliedek huma kbar biżżejjed, poġġi bilqiegħda ħdejhom u pprovaw ħaddmu moħħkom kif tistgħu tiffrankaw il-​flus. Dan se jkun taħriġ tajjeb għalihom, u jistgħu saħansitra joħorġu b’xi ftit ideat prattiċi!

◼ Ittratta bil-​paċi mal-​eks raġel jew l-​eks mara tiegħek. Jekk għandek parti mill-​kustodja tat-​tfal, oqgħod attent biex maʼ wliedek ma tużax kliem negattiv kontra l-​eks mara tiegħek—jew tuża lit-​tfal bħala spiji biex jitkixxfu fuq il-​ħajja t’ommhom—għax dan ma jagħmilx ġid.a Ikun ferm aħjar jekk issib soluzzjoni prattika mal-​eks mara tiegħek dwar id-​dixxiplina jew kwalunkwe kwistjoni oħra li teffettwa l-​ġid tat-​tfal tiegħek. Il-​Bibbja tgħid: “Agħmel kulma hu possibbli min-​naħa tiegħek biex tgħix fil-​paċi maʼ kulħadd”—u dan jinkludi l-​eks mara tiegħek.—Rumani 12:18, Today’s English Version.

Suġġeriment: Meta jerġaʼ jkun hemm nuqqas taʼ qbil, ittratta lill-​eks mara tiegħek bħalma kieku tittratta lil sieħbek tax-​xogħol. Fuq ix-​xogħol, int tistinka biex tmur tajjeb maʼ kulħadd—anki maʼ dawk li ma tantx jogħġbuk. Imxi bl-​istess mod mal-​eks mara tiegħek. Forsi t-​tnejn li intom mhux dejjem se taqblu, imma m’hemmx għalfejn li kull xrara tqabbad ħuġġieġa sħiħa.—Luqa 12:58.

◼ Kun eżemplari. Staqsi lilek innifsek: ‘Liema valuri u attitudnijiet irrid li wliedi jadottaw? Nuri jien dawn il-​valuri u l-​attitudnijiet fil-​ħajja tiegħi stess?’ Pereżempju, tħossok int ġeneralment ferħan minkejja li trabbi t-​tfal waħdek? Jew inkella tħalli ċ-​ċirkustanzi tiegħek iġegħluk tara kollox iswed f’ħajtek? Għadek tħoss stmerrija minħabba l-​mod kif ittrattatek l-​eks mara tiegħek? Jew int kapaċi tegħleb l-​inġustizzji li m’għandekx kontroll fuqhom? (Proverbji 15:18) Ngħiduha kif inhi, dawn mhumiex sitwazzjonijiet faċli u m’intix se tiffaċċjahom b’mod perfett. Xorta waħda, uliedek x’aktarx li jadottaw l-​istess attitudnijiet lejn il-​ħajja li jaraw fik.

Suġġeriment: Ikteb fuq karta tliet kwalitajiet li tixtieq li jkollu kull wieħed mit-​tfal tiegħek meta jsir adult.b Ħdejn kull kwalità ikteb x’tistaʼ tagħmel eżatt issa biex tagħti eżempju li jgħin lit-​tfal tiegħek jiżviluppaw dik il-​kwalità.

◼ Ħu ħsieb tiegħek innifsek. Bil-​ħajja mgħaġġla tal-​lum huwa tassew faċli li tittraskura s-​saħħa fiżika u emozzjonali tiegħek. Taqax f’din in-​nassa! Hu indispensabbli li tieħu ħsieb il-​“bżonn spiritwali” tiegħek! (Mattew 5:3) Ftakar—karozza mingħajr petrol ma timxix. Lanqas int ma timxi jekk ma tiħux il-​ħin biex “tieħu l-​petrol.”

Hemm ukoll “żmien li tidħaq” u “żmien li taqbeż ’l hemm u l hawn.” (Ekkleżjasti 3:4) Ir-​rikreazzjoni mhijiex ħela taʼ ħin. Tagħtik il-​mistrieħ u ġġeddidlek saħħtek biex tkun tistaʼ tkompli tissaporti bħala ġenitur waħdek.

Suġġeriment: Tkellem maʼ ġenituri oħrajn li jrabbu t-​tfal waħedhom biex tara kif jieħdu ħsieb tagħhom infushom. Waqt li ‘taċċerta ruħek minn dak li hu iktar importanti,’ tistaʼ wkoll tqattaʼ minn tal-​inqas ftit ħin kull ġimgħa tagħmel xi ħaġa li sempliċement tieħu gost tagħmilha? (Filippin 1:10) Ikteb fuq karta x’tixtieq tagħmel u meta tistaʼ tagħmlu.

[Noti taʼ taħt]

a Għal iktar informazzjoni, ara l-​artiklu “Dar Maqsuma—L-​Impatt tad-​Divorzju fuq l-​Adoloxxenti,” f’paġni 18-​21 taʼ din ir-​rivista.

b Xi eżempji jistgħu jkunu “r-​rispett,” “ir-​raġunevolezza,” u “l-​maħfra,” li huma diskussi f’paġni 6-​8 taʼ din ir-​rivista.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja