LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/14 pp. 12-13
  • Il-ħolqien

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-ħolqien
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ħalaq Alla l-​art f’sitt ijiem taʼ 24 siegħa l-​wieħed, bħalma jsostnu xi wħud?
  • Uża Alla l-​evoluzzjoni biex joħloq il-​ħajja fuq l-​art?
  • Mnejn ġiet il-​materja prima tal-​univers?
  • L-istorja mistura tal-ħolqien
    Stenbaħ!—2014
  • X’Tgħidilna l-​Bibbja
    Stenbaħ!—2021
  • Jemmnu x-Xhieda taʼ Ġeħova li Alla Ħalaq Kollox f’Sitt Ijiem Letterali?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Il-Ħajja Kif Bdiet?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 1/14 pp. 12-13
Is-​smewwiet u l-​art

IL-ĦARSA TAL-BIBBJA

Il-​ħolqien

Ħalaq Alla l-​art f’sitt ijiem taʼ 24 siegħa l-​wieħed, bħalma jsostnu xi wħud?

“Fil-​bidu Alla ħalaq is-​smewwiet u l-​art.” —Ġenesi 1:1.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Alla ħalaq l-​univers, inkluż l-​art, imma l-​Bibbja ma tgħidx eżatt meta—skont Ġenesi 1:1, “fil-​bidu.” Fi żmienna, ix-​xjenza taqbel li l-​univers kellu bidu. Ix-​xjenzjati reċentement jissuġġerixxu li ilu jeżisti kważi 14-​il biljun sena.

Il-​Bibbja tiddeskrivi wkoll sitt “ijiem” taʼ ħolqien. Madankollu, ma tgħidx li dawn kienu jiem taʼ 24 siegħa l-​wieħed. (Ġenesi 1:31) Fil-​fatt, il-​Bibbja tuża l-​kelma “jum” biex tirreferi għal diversi perijodi taʼ żmien. Pereżempju, issejjaħ il-​perijodu kollu kemm hu tal-​ħolqien bħala “dakinhar li Alla Ġeħova għamel l-​art u s-​sema.” (Ġenesi 2:4) Milli jidher, dawn il-​“jiem” taʼ ħolqien damu ħafna eluf taʼ snin.—Salm 90:4.

GĦALA HU IMPORTANTI

L-​ideat foloz taʼ dawk li jemmnu bil-​ħolqien jistgħu jwassluk biex tinjora l-​Bibbja għalkollox. Mill-​banda l-​oħra, jekk fil-​Bibbja fil-​fatt insibu rakkont kredibbli tal-​ħolqien, int tistaʼ tibbenefika mill-​ħażna kbira taʼ “għaqal” li fiha.—Proverbji 3:21.

Uża Alla l-​evoluzzjoni biex joħloq il-​ħajja fuq l-​art?

“Alla ssokta jgħid: ‘Ħa tnissel l-​art erwieħ ħajjin skond ġenshom.’” —Ġenesi 1:24.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Alla m’għamilx il-​ħajja f’forma sempliċi u mbagħad ippermetta li tevolvi f’forom iktar komplessi. Pjuttost, hu ħalaq kemm-​il “ġens” bażiku taʼ pjanti u annimali komplessi, li mbagħad nisslu “skond ġenshom.” (Ġenesi 1:11, 21, 24) Dan il-​proċess, li għadu sejjer sal-​lum, wassal biex l-​art tkun mimlija b’kemm-​il “ġens” simili taʼ ħajja li Alla ħalaq oriġinarjament.—Salm 89:11.

Il-​Bibbja ma tispeċifikax kemm-​il varjazzjoni jistaʼ jkun hemm f’ġens wieħed, bħalma jistaʼ jirriżulta meta annimali tal-​istess razza jitgħammru u jadattaw għall-​ambjent tagħhom. Filwaqt li xi wħud iqisu dan l-​adattament bħala forma taʼ evoluzzjoni, ebda tip ġdid taʼ ħajja ma jiġi prodott. Ir-​riċerka moderna tappoġġa l-​idea li l-​kategoriji bażiċi taʼ pjanti u annimali ftit li xejn inbidlu matul perijodi twal ħafna taʼ żmien.

GĦALA HU IMPORTANTI

L-​eżattezza xjentifika tal-​Bibbja f’li tiddeskrivi tipi bażiċi taʼ ħajja ssaħħaħ il-​kredibilità tagħha f’oqsma oħra, inkluż fl-​istorja u fil-​profezija.

Mnejn ġiet il-​materja prima tal-​univers?

“Idejja stess firxu s-​smewwiet.” —Isaija 45:12.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Alla huwa s-​Sors taʼ qawwa, jew enerġija, infinita. (Ġob 37:23) Dan hu sinifikanti, għaliex ix-​xjenzjati tgħallmu li l-​enerġija tistaʼ tinbidel f’materja. Il-​Bibbja tgħid li Alla nnifsu hu s-​Sors tal-​“abbundanza t’enerġija attiva” li pproduċiet l-​univers. (Isaija 40:26) Alla jwiegħed li juża l-​qawwa tiegħu biex isostni l-​ħolqien tiegħu, għax dwar ix-​xemx, il-​qamar, u l-​kwiekeb, il-​Bibbja tgħid: “[Alla] jżommhom weqfin għal dejjem, għal żmien indefinit.”—Salm 148:3-​6.

GĦALA HU IMPORTANTI

L-​astronomu Allan Sandage darba qal: ‘Ix-​xjenza ma tistax twieġeb l-​iktar mistoqsijiet profondi. Malli tistaqsi għala hemm xi ħaġa minflok m’hemm xejn tkun qed tgħid li l-​metodi xjentifiċi normali ma jistgħux jipprovdu t-​tweġiba għala jeżisti l-​univers.’ Il-​Bibbja, mhux talli tispjega l-​ħolqien b’mod li hu fi qbil max-​xjenza imma talli twieġeb ukoll mistoqsijiet li x-​xjenza ma tistax tweġibhom—bħal, X’inhu l-​iskop t’Alla għall-​art u għall-​bnedmin?a

a Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 3 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Disponibbli wkoll onlajn f’www.jw.org/mt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja