LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g21 Nru. 3 pp. 10-13
  • X’Tgħidilna l-​Bibbja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Tgħidilna l-​Bibbja
  • Stenbaħ!—2021
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ideat Żbaljati Dwar X’Tgħid il-​Bibbja
  • L-istorja mistura tal-ħolqien
    Stenbaħ!—2014
  • Il-ħolqien
    Stenbaħ!—2014
  • Il-Ħajja Kif Bdiet?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Ix-xjenza hija fi qbil mal-Bibbja?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2021
g21 Nru. 3 pp. 10-13

X’Tgħidilna l-​Bibbja

“Dan hu rakkont storiku tas-​smewwiet u l-​art meta nħolqu.” (Ġenesi 2:4) Hawnhekk, il-Bibbja tispjega kif il-pjaneta tagħna bdiet teżisti. Dak li tgħid il-​Bibbja, jaqbel ma li jgħidu x-​xjentisti? Ejja naraw xi eżempji.

Fil-​Bidu: Inħalqu l-​univers u d-​dinja

L-​univers minn dejjem kien jeżisti?

Ġenesi 1:1 jgħid: “Fil-​bidu Alla ħalaq is-​smewwiet u l-​art.”

Sa madwar l-​1950, ħafna xjentisti importanti kienu jemmnu li l-​univers minn dejjem kien jeżisti. Imma minn dak li qed isiru jafu dan l-​aħħar, ħafna xjentisti qed jammettu li l-​univers kellu bidu.

Id-​dinja kif kienet tidher fil-​bidu?

Ġenesi 1: 2, 9 jgħid li meta d-​dinja nħalqet fil-​bidu kienet “bla forma u ma kien fiha xejn,” u kienet mgħottija bl-​ilma.

Ix-​xjentisti jaqblu maʼ dik l-​ispjegazzjoni. Il-​Biologist Patrick Shih jgħid li l-​pjaneta tagħna fil-​bidu “kienet bla ossiġnu . . . u tidher stramba ħafna.” Il-​magazine Astronomy jgħid: “Dan l-​aħħar sabu li fil-​bidu d-​dinja setgħet kienet mgħottija bl-​ilma u li ma tantx kien fiha art.”

L-​atmosfera tagħna kif inbidlet maż-​żmien?

Ġenesi 1:3-​5 juri li fil-​bidu, id-​dawl kien jidħol fl-​atmosfera imma x-​xemx u l-​qamar ma kinux jidhru mill-​art. Iktar tard, ix-​xemx u l-​qamar setgħu jidhru ċar.—Ġenesi 1:14-​18.

Il-​Bibbja ma tgħidx li l-​ħajja kollha fid-​dinja inħalqet f’sitt ijiem taʼ 24 siegħa

The Smithsonian Environmental Research Center jgħid li fil-​bidu ftit dawl kien jilħaq l-​art mill-​atmosfera. Fil-​bidu, l-​art kienet mgħottija bi ċpar oħxon taʼ gass jismu methane. Imbagħad, il-​gass telaq u s-​sema bdiet tidher blu.

Il-​ħajja fuq l-​art bdiet teżisti kollha fl-​istess ħin?

1​—L-​Ewwel Ġurnata: Jidħol ftit dawl fl-​atmosfera tad-​dinja.—Ġenesi 1:3-​5

2​—It-​Tieni Ġurnata: L-​art hi mgħottija bl-​ilma u fwar oħxon. Dawn iż-​żewġ elementi infirdu u fforma spazju bejniethom.—Ġenesi 1:6-​8

3​—It-​Tielet Ġurnata: L-​ilma jibda jonqos u tibda tidher iżjed l-​art.—Ġenesi 1:9-​13

4​—Ir-​Rabaʼ Ġurnata: Kieku xi ħadd kien fuq l-​art, setaʼ jibda jara x-​xemx u l-​qamar. —Ġenesi 1:14-​19

5​—Il-​Ħames Ġurnata: Alla ħalaq il-​ħlejjaq tal-​ilma u ħlejjaq li jtiru bl-​abbiltà li jiżdiedu skont it-​tip tagħhom.—Ġenesi 1:20-​23

6​—Is-​Sitt Ġurnata: Jinħalqu l-​annimali kbar u żgħar tal-​art. Wara li tinħalaq l-​ewwel koppja umana, is-​sitt ġurnata tispiċċa.—Ġenesi 1:24-​31

Ġenesi 1:20-​27 jgħid li l-​affarijiet inħalqu b’din l-​ordni: il-​ħut, l-​għasafar, l-​annimali tal-​art, u fl-​aħħar in-​nies. Ix-​xjentisti jemmnu li l-​ewwel ħut beda jeżisti ħafna qabel l-​ewwel annimali. U n-​nies bdew jeżistu ħafna iktar wara l-​ewwel annimali.

Il-​Bibbja ma tgħidx li affarijiet ħajjin ma jistgħux jinbidlu maż-​żmien

“Dak li tgħid il-​Bibbja f’​Ġenesi 1 ma tantx fih dettalji, imma hu tal-​għaġeb kemm hu simili maʼ dak li sabu x-​xjentisti llum il-​ġurnata.” —Gerald L. Schroeder, xjentist tal-​physics.

Ideat Żbaljati Dwar X’Tgħid il-​Bibbja

Ħafna nies jgħidu li dak li tgħid il-​Bibbja huwa differenti minn dak li sabu x-​xjentisti. Imma ħafna nies jgħidu hekk għax ma jifhmux eżatt x’tgħid il-​Bibbja.

Il-​Bibbja ma tgħidx li l-​univers jew id-​dinja ilhom jeżistu 6,000 sena biss. Minflok, hi kulma tgħid li l-​art u l-​univers inħalqu “fil-​bidu.” (Ġenesi 1:1) Il-​Bibbja ma tgħidx eżatt kemm ilhom li nħalqu.

Il-​Bibbja ma tgħidx li kull ħaġa ħajja li hawn fuq l-​art inħalqet f’sitt ijiem taʼ 24 siegħa. Minflok, il-​Bibbja tuża l-​kelma ‘ġurnata’ biex tirreferi għal perjodu taʼ żmien. Pereżempju, hi tgħid li meta l-​pjaneta tagħna u l-ħajja li hemm fiha nħalqu, kien “dakinhar li Alla Ġeħovaa għamel l-​art u s-​sema.” (Ġenesi 2:4) Dan il-​perjodu jinkludi s-​sitt ijiem taʼ ħolqien li jitkellem fuqhom Ġenesi kapitlu 1. Allura, kull ġurnata mis-​sitt ijiem taʼ ħolqien tistaʼ tkun perjodu taʼ żmien twil ħafna.

Il-​Bibbja ma tgħidx li affarijiet ħajjin ma jistgħux jinbidlu maż-​żmien. Il-​ktieb taʼ Ġenesi jgħid li l-​annimali ġew maħluqin “skond ġenshom,” jiġifieri skont it-​tip tagħhom. (Ġenesi 1:24, 25) Il-​kelma ‘ġens’ li tuża l-​Bibbja ma tirreferix għal speċi waħda. Allura, ‘ġens’ wieħed jistaʼ jinkludi speċi jew varjazzjonijiet differenti tiegħu. Din il-​kelma tagħmilha possibbli li f’ġens wieħed maż-​żmien jistaʼ jkun hemm bidliet u varjetà differenti.

Inti x’taħseb?

Bħalma rajna, il-​Bibbja tispjega b’mod ċar u eżatt kif beda l-​univers, kif kienet tidher id-​dinja fil-​bidu, u kif bdiet il-​ħajja. Mela, jistaʼ jkun ukoll li l-​Bibbja tgħidilna eżatt min ħalaq dawn l-​affarijiet kollha? L-​Encyclopædia Britannica tgħid: “L-​idea li l-​ħajja ġiet minn xi ħadd iżjed qawwi u intelliġenti minna taqbel maʼ dak li qed isibu x-​xjentisti llum il-​ġurnata.”b

Aħseb:

Aqra Ġenesi 1:1-​31; 2:1-​4. Dak li tgħid il-​Bibbja u stejjer antiki dwar il-​ħolqien, huma differenti ħafna. Pereżempju, il-​Babiloniżi kienu jemmnu li l-​univers u n-​nies ġew mill-​ġisem t’alla mara mejta u mid-​demm t’alla ieħor. L-​Eġizzjani kienu jaħsbu li l-​alla Ra kien jagħmel lin-​nies mid-​dmugħ. Fiċ-​Ċina, ħafna kienu jaħsbu li l-​elementi tad-​dinja ġew minn ġgant mejjet. Imbagħad in-​nies ġew mill-​briegħed li kellu fuq ġismu. Mela huwa ċar li dak li tgħid il-​Bibbja dwar il-​ħolqien hu differenti ħafna minn dawn l-​istejjer. Il-​Bibbja taqbel max-​xjenza.

Ara vidjow taʼ erbaʼ minuti bl-​isem Minn Fejn Ġie l-​Univers? Fittex il-​vidjow fuq jw.org.

a Il-​Bibbja turina li Ġeħova huwa l-​isem t’Alla.

b L-​Encyclopædia Britannica ma tgħidx li hemm Ħallieq li ħalaq kollox.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja