LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 3/14 pp. 4-7
  • L-istorja mistura tal-ħolqien

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-istorja mistura tal-ħolqien
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • IL-​ĦALLIEQ MHUX MAĦLUQ
  • KEMM ĦA ŻMIEN ALLA BIEX JOĦLOQ L-​UNIVERS?
  • UŻA ALLA L-​EVOLUZZJONI?
  • JINTGĦARAF ĦALLIEQ FIL-​ĦOLQIEN
  • X’Tgħidilna l-​Bibbja
    Stenbaħ!—2021
  • Il-ħolqien
    Stenbaħ!—2014
  • Jemmnu x-Xhieda taʼ Ġeħova li Alla Ħalaq Kollox f’Sitt Ijiem Letterali?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Il-ħolqien jew l-evoluzzjoni?—It-3 parti: Għala għandek temmen fil-ħolqien?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 3/14 pp. 4-7
Univers

SUĠĠETT PRINĊIPALI

L-​istorja mistura tal-​ħolqien

BILJUNI taʼ nies qraw jew semgħu x’tgħid il-​Bibbja dwar il-​bidu tal-​univers. Ir-​rakkont li għandu 3,500 sena jibda bl-​istqarrija magħrufa sew: “Fil-​bidu Alla ħalaq is-​smewwiet u l-​art.”

Però, ħafna nies m’humiex konxji tal-​fatt li l-​mexxejja tal-​Kristjaneżmu, inkluż il-​fundamentalisti u dawk li jgħidu li Alla ħalaq l-​art f’sitt ijiem letterali, dawru r-​rakkont Bibliku dwar il-​ħolqien f’għadd taʼ ħrejjef li jiżvijaw minn dak li verament tgħid il-​Bibbja. Dawn l-​interpretazzjonijiet imorru kontra fatti xjentifiċi. Għalkemm dawn il-​ħrejjef ma jinstabux fil-​Bibbja, huma ġiegħlu lil xi nies jgħidu li r-​rakkont tal-​Bibbja hu storja fittizja.

L-​istorja vera tal-​Bibbja dwar il-​ħolqien fil-​biċċa l-​kbira ħadd ma jagħti kasha. Hija ħasra, għax il-​Bibbja fil-​fatt tippreżenta spjegazzjoni loġika u li titwemmen tal-​bidu tal-​univers. Iktar minn hekk, din l-​ispjegazzjoni taqbel maʼ skoperti xjentifiċi. Iva, għandu mnejn tibqaʼ sorpriż bl-​istorja mistura tal-​ħolqien!

IL-​ĦALLIEQ MHUX MAĦLUQ

Infinità

Ir-​rakkont tal-​Bibbja dwar il-​ħolqien hu bbażat fuq il-​fatt li hemm Esseri Suprem, Alla li Jistaʼ Kollox, li ħalaq l-​affarijiet kollha. Min hu, u x’inhi n-​natura tiegħu? Il-​Bibbja tirrivela li hu differenti mhux ħażin mill-​allat misjubin f’kultura popolari u reliġjonijiet stabbiliti. Hu l-​Ħallieq tal-​affarijiet kollha, imma l-​maġġoranza jafu veru ftit dwaru.

  • Alla huwa persuna, individwu. Mhuwiex forza vaga bla personalità, tittajjar bla skop fl-​univers. Għandu ħsibijiet, sentimenti, u skopijiet.

  • Alla għandu qawwa u għerf infiniti. Dan jispjega d-​disinn kompless misjub kullimkien fil-​ħolqien, speċjalment f’affarijiet ħajjin.

  • Alla ħalaq l-​affarijiet fiżiċi kollha. Għalhekk, ma jistax ikun li hu magħmul minn elementi fiżiċi li hu stess ħalaq. Għall-​kuntrarju, għandu natura spiritwali, mhux fiżika.

  • L-​eżistenza t’Alla mhix limitata miż-​żmien. Hu dejjem eżista u dejjem se jibqaʼ jeżisti. Għalhekk, lilu ħadd ma ħalqu.

  • Alla għandu isem personali, li hu użat eluf taʼ drabi fil-​Bibbja. Dan l-​isem hu Ġeħova.

  • Alla Ġeħova jħobb u jieħu ħsieb il-​bnedmin.

KEMM ĦA ŻMIEN ALLA BIEX JOĦLOQ L-​UNIVERS?

Arloġġ

Il-​Bibbja tgħid li Alla ħalaq “is-​smewwiet u l-​art.” Però, din l-​istqarrija ġenerali ma tagħmel ebda referenza għat-​tul taʼ żmien involut biex jinħalaq l-​univers jew għall-​metodi użati biex jissawwar. Xi ngħidu dwar it-​twemmin popolari taʼ dawk li jemmnu li l-​univers inħalaq f’sitt ijiem letterali taʼ 24 siegħa l-​wieħed? Din l-​idea, miċħuda minn ħafna xjentisti, hi bbażata fuq fehma żbaljata għalkollox tar-​rakkont Bibliku. Ikkunsidra x’tgħid verament il-​Bibbja.

Il-​Bibbja ma tappoġġax lill-​fundamentalisti u lil dawk li jgħidu li Alla ħalaq l-​art f’sitt ijiem letterali taʼ 24 siegħa

  • Il-​Bibbja ma tappoġġax lill-​fundamentalisti u lil dawk li jgħidu li Alla ħalaq l-​art f’sitt ijiem letterali taʼ 24 siegħa.

  • Il-​Bibbja spiss tuża l-​kelma “jum” biex tirrappreżenta perijodi varji taʼ żmien. F’xi każijiet dawn il-​perijodi huma taʼ tul mhux speċifikat. Ir-​rakkont tal-​ħolqien misjub fil-​ktieb Bibliku tal-​Ġenesi hu eżempju wieħed taʼ dan.

  • Fir-​rakkont Bibliku, kull wieħed mill-​jiem tal-​ħolqien setaʼ dam eluf taʼ snin.

  • Alla diġà kien ħalaq l-​univers, inkluż il-​pjaneta bla ħajja, Art, sa meta beda l-​ewwel jum taʼ ħolqien.

  • Milli jidher, is-​sitt ijiem tal-​ħolqien kienu perijodi twal taʼ żmien li matulhom Alla Ġeħova ħejja l-​art għall-​abitazzjoni umana.

  • Ir-​rakkont Bibliku tal-​ħolqien ma jikkontradixxix il-​konklużjonijiet xjentifiċi dwar kemm għandu żmien l-​univers.

UŻA ALLA L-​EVOLUZZJONI?

Proċess teoretiku tal-​evoluzzjoni

Ħafna li ma jemmnux fil-​Bibbja jħaddnu t-​teorija li l-​affarijiet ħajjin ġew minn kimiki bla ħajja permezz taʼ proċessi mhux magħrufin u bla ħsieb. Skont ma jgħidu huma, f’xi żmien, feġġ organiżmu bħal batterju li jirriproduċi waħdu, u bil-​mod il-​mod minnu fformaw l-​ispeċi kollha li jeżistu llum. Dan kien jagħti x’jifhem li fl-​aħħar mill-​aħħar, il-​bniedem kompless għall-​aħħar evolva mill-​batterji.

It-​teorija tal-​evoluzzjoni jħaddnuha wkoll ħafna li jsostnu li jaċċettaw il-​Bibbja bħala l-​Kelma t’Alla. Huma jemmnu li Alla pproduċa l-​ewwel spinta taʼ ħajja fuq l-​art imma mbagħad sempliċement segwa, u forsi dderieġa, il-​proċess tal-​evoluzzjoni. Dan, però, mhux dak li tgħid il-​Bibbja.

Ir-​rakkont Bibliku tal-​ħolqien ma jmurx kontra l-​osservazzjoni xjentifika li jeżistu varjazzjonijiet fl-​istess speċi

  • Skont il-​Bibbja, Alla Ġeħova ħalaq l-​ispeċi bażiċi kollha taʼ ħajja tal-​pjanti u l-​annimali, kif ukoll raġel u mara perfetti li kienu kapaċi jkunu konxji tagħhom infushom, kapaċi jħobbu, ikollhom l-​għerf, u jkollhom sens taʼ ġustizzja.

  • L-​ispeċi t’annimali u pjanti li ħalaq Alla ovvjament għaddew minn bidliet u pproduċew varjazzjonijiet fost l-​ispeċi tagħhom. F’ħafna każijiet, il-​forom taʼ ħajja li rriżultaw huma differenti mhux ħażin minn xulxin.

  • Ir-​rakkont Bibliku tal-​ħolqien ma jmurx kontra l-​osservazzjoni xjentifika li jeżistu varjazzjonijiet fl-​istess speċi.

JINTGĦARAF ĦALLIEQ FIL-​ĦOLQIEN

F’nofs is-​seklu 19, il-​bijologu Britanniku Alfred Russel Wallace qabel maʼ Charles Darwin dwar it-​teorija tal-​evoluzzjoni b’għażla naturali. Imma anke dan l-​evoluzzjonista magħruf jintqal li ddikjara: “Għal dawk li għandhom għajnejn biex jaraw u moħħ imdorri jirrifletti, fl-​iċken ċelluli, fid-​demm, fid-​dinja kollha, u fl-​univers stellari kollu . . . , hemm intelliġenza u direzzjoni konxja; f’kelma waħda, hemm Moħħ.”

Kważi elfejn sena qabel Wallace, il-​Bibbja kienet diġà qalet: “Il-​kwalitajiet inviżibbli [t’Alla], jiġifieri, il-​qawwa eterna u d-​Divinità tiegħu, kienu jidhru ċar mill-​ħolqien tad-​dinja ’l quddiem, għax jintgħarfu mill-​affarijiet li nħolqu.” (Rumani 1:20) Minn żmien għal żmien, forsi tagħmel tajjeb tieħu ftit ħin biex tirrifletti fuq il-​komplessità meraviljuża li tinsab fin-​natura—minn sempliċi ħaxixa sa numru bla għadd taʼ kwiekeb. Meta teżamina l-​ħolqien, tistaʼ tagħraf li hemm Ħallieq.

‘Imma jekk hemm Alla taʼ mħabba li ħalaq l-​affarijiet kollha,’ għandek mnejn tistaqsi, ‘għala jippermetti t-​tbatija? Abbanduna hu l-​ħolqien tiegħu fuq l-​art? X’se jġib miegħu l-​futur?’ Il-​Bibbja fiha stejjer misturin oħrajn—veritajiet li ġew mirdumin taħt ideat umani u tagħlim reliġjuż, u għalhekk moħbijin mill-​biċċa l-​kbira tan-​nies. Il-​pubblikaturi taʼ din ir-​rivista, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova, jieħdu pjaċir jgħinuk teżamina l-​verità Biblika pura u titgħallem iktar dwar il-​Ħallieq u l-​futur tal-​ħolqien uman tiegħu.

IL-​LINJA KRONOLOĠIKA TAL-​ĦOLQIEN

  • FIL-​BIDU

    Jinħolqu s-​smewwiet u l-​art fiżika.—Ġenesi 1:1.

  • L-​art bla forma u mudlama

    DLAM

    L-​art hi bla għamla, deżolata, u mudlama.—Ġenesi 1:2.

  • L-​ewwel jum: dawl; nhar u lejl

    L-​EWWEL JUM

    Milli jidher, dawl mifrux jippenetra l-​atmosfera tad-​dinja. Li kieku kien hemm xi ħadd josserva minn fuq wiċċ l-​art, hu ma kienx jistaʼ jara s-​sorsi tad-​dawl. Però, id-​differenza bejn il-​lejl u n-​nhar kienet tingħaraf.—Ġenesi 1:3-​5.

  • It-​tieni jum: firxa

    IT-​TIENI JUM

    L-​art hi mgħottija bl-​ilma u saff oħxon taʼ fwar. Dawn iż-​żewġ elementi jiġu separati, u tinħoloq fetħa bejn il-​wiċċ bl-​ilma u l-​kanupew tal-​fwar. Il-​Bibbja tiddeskrivi dan l-​ispazju bħala “firxa bejn l-​ilmijiet” u ssejjaħlu “Sema.”—Ġenesi 1:6-​8.

  • It-​tielet jum: art niexfa u ħaxix

    IT-​TIELET JUM

    L-​ilma tal-​wiċċ jiskula u titfaċċa l-​art niexfa. L-​atmosfera tiċċara u tħalli iktar dawl tax-​xemx jilħaq l-​art. Tibda tidher xi ħdura, bi speċi ġodda jinbtu matul it-​tielet jum u l-​jiem taʼ ħolqien taʼ wara.—Ġenesi 1:9-​13.

  • Ir-​rabaʼ jum: dawwaliet fis-​sema

    IR-​RABAʼ JUM

    Ix-​xemx u l-​qamar jibdew jidhru minn wiċċ id-​dinja.—Ġenesi 1:14-​19.

  • Il-​ħames jum: ħut u għasafar

    IL-​ĦAMES JUM

    Alla joħloq kwantità kbira taʼ ħlejjaq tal-​baħar u tal-​ajru bl-​abbiltà li jnisslu skont ġenshom. —Ġenesi 1:20-​23.

  • Is-​sitt jum: annimali tal-​art u bnedmin

    IS-​SITT JUM

    Jinħolqu l-​annimali tal-​art, kemm kbar kif ukoll żgħar. Is-​sitt jum jasal fil-​quċċata tiegħu bil-​kapolavur tal-​ħolqien fiżiku t’Alla: l-​ewwel koppja umana. —Ġenesi 1:24-​31.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja