LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 1 pp. 9-11
  • X’taf dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’taf dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova?
  • Stenbaħ!—2016
  • Materjal Simili
  • Jemmnu x-Xhieda taʼ Ġeħova li Alla Ħalaq Kollox f’Sitt Ijiem Letterali?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Intom Tittolleraw Reliġjonijiet Oħrajn?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • In-New World Translation Apprezzata minn Miljuni fid-Dinja Kollha
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Ix-Xhieda ta’ Ġeħova għandhom il-Bibbja tagħhom stess?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 1 pp. 9-11

X’taf dwar ix-​Xhieda taʼ Ġeħova?

Tnejn mix-Xhieda taʼ Ġeħova jużaw trolley fil-ministeru pubbliku

Tarana fix-​xogħol pubbliku tagħna. Forsi qrajt dwarna f’rapporti tal-​aħbarijiet jew smajt affarijiet dwarna mingħand ħaddieħor. Imma kemm taf verament dwar ix-​Xhieda taʼ Ġeħova?

ARA KEMM TAF

Immarka kull sentenza veru jew falz.

VERU FALZ

  1. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova huma Kristjani.

  2. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li Alla ħalaq l-​art f’sitt ijiem taʼ 24 siegħa kull wieħed.

  3. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova ma jaċċettawx kura medika.

  4. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jaċċettaw il-​Bibbja kollha.

  5. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jużaw il-​verżjoni tagħhom tal-​Bibbja biss.

  6. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova biddlu l-​Bibbja tagħhom biex taqbel mat-​twemmin li jħaddnu.

  7. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jevitaw li jinvolvu ruħhom fil-​komunità.

  8. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jistmerru lil nies taʼ reliġjonijiet oħra.

Għat-​tweġibiet, ara l-​paġni li jmiss.

  1. Nies isegwu lil Ġesù

    1 VERU. Aħna nipprovaw insegwu mill-​qrib it-​tagħlim u l-​kondotta taʼ Ġesù Kristu. (1 Pietru 2:21) Però, b’diversi modi aħna differenti minn gruppi reliġjużi oħra li jissejħu Kristjani. Pereżempju, sibna li l-​Bibbja tgħallem li Ġesù hu Bin Alla; mhux parti minn Trinità. (Marku 12:29) Ma nemmnux li r-​ruħ hi immortali jew li hemm bażi Skritturali li tagħti x’tifhem li Alla jitturmenta lin-​nies f’infern għal dejjem. U ma nemmnux li dawk li jmexxu l-​attivitajiet reliġjużi għandu jkollhom titli li jgħolluhom fuq ħaddieħor.—Ekkleżjasti 9:5; Eżekjel 18:4; Mattew 23:8-​10.

  2. Id-dinja

    2 FALZ. Aħna nemmnu li Alla ħalaq kollox. Imma ma naqblux maʼ ħafna li jemmnu li Alla ħalaq l-​art f’sitt ijiem letterali. Għala le? Għax diversi ideat taʼ dawk li jemmnu dan jikkontradixxu l-​Bibbja. Huma jisħqu li s-​sitt ijiem tal-​ħolqien kienu jiem taʼ 24 siegħa kif nafuhom aħna. Imma l-​kelma “jum” fil-​Bibbja tistaʼ tirreferi għal żmien twil mhux ħażin. (Ġenesi 2:4; Salm 90:4) Barra minn hekk, xi wħud jgħallmu li l-​art għandha biss ftit eluf taʼ snin. Madankollu, il-​Bibbja tindika li l-​art u l-​univers eżistew ħafna qabel is-​sitt ijiem tal-​ħolqien.1—Ġenesi 1:1.

  3. Stetoskopju

    3 FALZ. Aħna naċċettawha l-​kura medika. Infatti, uħud minna huma tobba, bħalma kien il-​Kristjan tal-​ewwel seklu li kien jismu Luqa. (Kolossin 4:14) Però, ma naċċettaw l-​ebda kura li tmur kontra prinċipji Bibliċi. Pereżempju, ma naċċettawx it-​trasfużjonijiet tad-​demm għax il-​Bibbja tipprojbixxi li nieħdu d-​demm.—Atti 15:20, 28, 29.

    Xorta waħda, infittxu l-​aqwa kura medika possibbli għalina nfusna u għall-​familja tagħna. Infatti, kuri għall-​konservazzjoni tad-​demm li ġew żviluppati għal pazjenti Xhieda issa qed jintużaw biex jibbenefika minnhom kulħadd. F’ħafna pajjiżi, kwalunkwe pazjent issa jistaʼ jagħżel li jevita r-​riskji li jiġu mit-​trasfużjonijiet tad-​demm, bħal mard li jittieħed mid-​demm, reazzjonijiet tas-​sistema tal-​immunità, u żbalji umani.

  4. Ktieb miftuħ

    4 VERU. Aħna nemmnu li l-​Bibbja kollha hi “mnebbħa minn Alla u tiswa.” (2 Timotju 3:16) Dan jinkludi t-​Testment il-​Qadim kif ukoll it-​Testment il-​Ġdid, bħalma huma spiss imsejħin. Aħna ġeneralment nirreferu għal dawn il-​partijiet tal-​Bibbja bħala l-​Iskrittura Ebrajka u l-​Iskrittura Griega Kristjana. B’hekk, nevitaw li nagħtu l-​impressjoni li xi partijiet tal-​Bibbja huma antikwati jew irrilevanti.

  5. Kotba

    5 FALZ. Aħna nużaw ħafna traduzzjonijiet fl-​istudju tagħna tal-​Bibbja. Madankollu, f’lingwi li fihom hi disponibbli t-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Mqaddsa, napprezzaw b’mod speċjali din il-​verżjoni minħabba l-​użu tagħha tal-​isem t’Alla, għall-​eżattezza tagħha, u għall-​fatt li faċli tiġi mifhuma. Ikkunsidra l-​użu taʼ isem Alla, Ġeħova. Fl-​introduzzjoni taʼ traduzzjoni waħda tal-​Bibbja, hemm lista tal-​ismijiet taʼ 79 persuna li b’xi mod jew ieħor għenu biex issir it-​traduzzjoni. Madankollu din l-​istess Bibbja tħalli barra l-​isem tal-​Awtur innifsu—Alla Ġeħova! B’kuntrast maʼ dan, it-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida tpoġġi l-​isem divin fl-​eluf taʼ postijiet fejn kien jidher fit-​test oriġinali.2

  6. Bozza

    6 FALZ. Meta skoprejna li t-​twemmin tagħna ma kienx eżattament fi qbil mal-​Bibbja, biddilna l-​fehma tagħna. Ħafna qabel ma bdejna nipproduċu t-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Mqaddsa bl-​Ingliż fl-​1950, konna nużaw traduzzjonijiet li kienu disponibbli u fformajna t-​twemmin tagħna skont dawn.

  7. Jieħdu b’idejn xulxin

    7 FALZ. Ix-​xogħol tal-​ippritkar tagħna jġib benefiċċji lil ħafna fil-​komunità. Għenna lil ħafna nies jegħlbu vizzji taʼ ħsara, bħall-​abbuż tad-​droga u l-​alkoħol. Il-​klassijiet li norganizzaw madwar id-​dinja biex ngħallmu lin-​nies jiktbu u jaqraw jgħinu lil eluf jagħmlu proprju dan. Ngħinu wkoll meta jkun hemm xi diżastru billi nipprovdu għajnuna prattika kemm lil Xhieda u kemm lil dawk li mhumiex. Nipprovaw nagħtu s-​sapport emozzjonali u spiritwali li tant ikollhom bżonn il-​vittmi fi żminijiet bħal dawn.3

  8. Nies

    8 FALZ. Aħna nsegwu l-​parir Bibliku biex ‘nagħtu ġieħ lil kulħadd’—hu x’inhu t-​twemmin reliġjuż tiegħu. (1 Pietru 2:17, Il-​Bibbja tal-​Għaqda Biblika Maltija) Pereżempju, għalkemm f’xi pajjiżi hemm mijiet taʼ eluf taʼ Xhieda, ma nipprovawx nagħmlu pressjoni fuq il-​politiċi jew dawk li jagħmlu l-​liġijiet biex jirrestrinġu jew jipprojbixxu x-​xogħol taʼ gruppi reliġjużi oħra. Lanqas ma nagħmlu kampanji biex isiru liġijiet li jimponu t-​twemmin morali u reliġjuż tagħna fuq il-​komunità. Pjuttost, nestendu lil oħrajn l-​istess tolleranza li napprezzaw li nirċievu mingħandhom aħna.—Mattew 7:12.

Dan l-​artiklu fih informazzjoni magħżula mill-​Websajt uffiċjali tagħna, jw.org/mt. Għal iżjed informazzjoni, ikklikkja fuq DWARNA > MISTOQSIJIET KOMUNI.

^ 1. Għal din ir-​raġuni, m’għandna l-​ebda oġġezzjoni—bħalma għandhom xi wħud li jħaddnu dan it-​twemmin—għal riċerka xjentifika konvinċenti li tindika li l-​art jistaʼ jkun li għandha biljuni taʼ snin.

^ 2. Hemm xi ħaġa oħra li tagħmel it-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida tispikka: Titqassam bla ħlas. B’hekk, miljuni taʼ nies jistgħu jaqraw il-​Bibbja bil-​lingwa tagħhom stess. It-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida issa hi disponibbli f’xi 130 lingwa. Tistaʼ taqraha wkoll onlajn fuq www.jw.org/mt.

^ 3. Mod wieħed kif nużaw il-​kontribuzzjonijiet hu billi nipprovdu għajnuna lill-​vittmi tad-​diżastri. (Atti 11:27-​30) Ladarba x-​xogħol isir minn volontieri li ma jitħallsux, il-​fondi allokati jintefqu kollha fl-​għajnuna, u mhux f’pagi amministrattivi.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja