LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwfq artiklu 34
  • Ix-Xhieda ta’ Ġeħova għandhom il-Bibbja tagħhom stess?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ix-Xhieda ta’ Ġeħova għandhom il-Bibbja tagħhom stess?
  • Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Materjal Simili
  • Kif Tistaʼ Tagħżel Traduzzjoni Tajba tal-Bibbja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Ġrajja Sinjifikanti Għal Dawk Li Jħobbu l-Kelma t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • In-New World Translation Apprezzata minn Miljuni fid-Dinja Kollha
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Hija t-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida eżatta?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
ijwfq artiklu 34
Raġel jaqra l-​Bibbja

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova għandhom il-​Bibbja tagħhom stess?

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova użaw ħafna traduzzjonijiet differenti fl-​istudju tagħhom tal-​Bibbja. Imma speċjalment iħobbu jużaw it-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Mqaddsa, jekk din tkun disponibbli bil-​lingwa tagħhom, għax tuża l-​isem t’Alla u hi miktuba b’eżattezza u b’mod ċar.

  • L-​użu tal-​isem t’Alla. Xi pubblikaturi tal-​Bibbja naqqsu milli jonoraw l-​Awtur tagħha. Pereżempju, traduzzjoni tal-​Bibbja fiha lista taʼ xi 70 persuna li b’xi mod jew ieħor għenu biex tiġi stampata. Però, din l-​istess Bibbja tħalli barra għalkollox l-​isem tal-​Awtur—Alla Ġeħova!

    Mill-​banda l-​oħra, it-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida reġgħet poġġiet l-​isem divin f’eluf taʼ postijiet fejn kien fit-​test oriġinali, filwaqt li l-​kumitat li għamel it-​traduzzjoni jibqaʼ anonimu.

  • B’eżattezza. Mhux it-​traduzzjonijiet kollha fihom il-​messaġġ oriġinali tal-​Bibbja. Pereżempju, traduzzjoni minnhom tpoġġi Mattew 27:40 b’dan il-​mod: “Jekk int l-​Iben t’Alla, inżel mis-​salib!” Madanakollu, it-​test oriġinali uża terminu li jfisser “arblu.” Forsi t-​tradutturi daħħlu l-​kelma “salib” għax emmnu li Ġesù miet fuq salib. Imma l-​Bibbja mkien ma tgħid hekk. Għalhekk, it-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida b’eżattezza tgħid: “Jekk int bin Alla, inżel minn fuq iz-​zokk tat-​tortura!”

  • B’mod ċar. Traduzzjoni tajba m’għandhiex tkun eżatta biss imma wkoll ċara u faċli li tinftiehem. F’​Mattew 5:3, Ġesù uża espressjoni li letteralment tfisser “henjin il-​foqra fl-​ispirtu.” Ladarba din l-​espressjoni ftit tagħmel sens illum il-​ġurnata, it-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida tpoġġi dan il-​vers b’tali mod li jkun faċli biex jinftiehem. Tgħid: “Henjin dawk li huma konxji tal-​bżonn spiritwali tagħhom.”

Minbarra li tuża l-​isem t’Alla u li hi miktuba b’eżattezza u b’mod ċar, it-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida għandha xi ħaġ’oħra li tispikka: Titqassam lin-​nies mingħajr ħlas. Għalhekk, miljuni taʼ nies jistgħu jaqraw il-​Bibbja bi lsien pajjiżhom—anki dawk li ma jaffordjawx li jixtru Bibbja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja