LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 16
  • Mara Tajba Għal Iżakk

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mara Tajba Għal Iżakk
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • “Irrid immur”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Rebekka-Mara Bieżla li Kellha l-Biżaʼ t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Rebekka riedet tagħmel lil Ġeħova ferħan
    Għallem lil Uliedek
  • Alla Jgħaddi l-Fidi t’Abraham Minn Prova
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 16

STORJA 16

Mara Tajba Għal Iżakk

TAF min hi l-​mara fl-​istampa? Jisimha Rebekka. U r-​raġel li ġejja tiltaqaʼ miegħu hu Iżakk. Se ssir il-​mara tiegħu. Dan kif ġara?

Mela, missier Iżakk, Abraham, ried isib mara tajba għal ibnu. Ma riedx li Iżakk jiżżewweġ waħda min-​nisa taʼ Kangħan, għax dawn in-​nies kienu jqimu allat foloz. Għalhekk, Abraham sejjaħ lill-​qaddej tiegħu u qallu: ‘Irridek tmur lura Ħaran, fejn jgħixu qrabati u ssib mara għal ibni Iżakk.’

Mill-​ewwel, il-​qaddej t’Abraham ħa għaxar iġmla u telaq għall-​vjaġġ twil. Meta wasal viċin tal-​post fejn kienu jgħixu l-​qraba t’Abraham, hu waqaf ħdejn bir. Kien tard waranofsinhar, il-​ħin meta n-​nisa tal-​belt kienu joħorġu biex iġibu l-​ilma mill-​bir. Għalhekk, il-​qaddej t’Abraham qal talba lil Ġeħova: ‘Jalla l-​mara li ġġib l-​ilma għalija u għall-​iġmla tkun dik li int tagħżel biex tkun il-​mara t’Iżakk.’

Ftit wara, ġiet Rebekka biex iġġib l-​ilma. Meta l-​qaddej talabha tagħtih x’jixrob, hi hekk għamlet. Imbagħad, marret u ġabet biżżejjed ilma biex jixorbu l-​iġmla kollha, li kienu bil-​għatx. Din kienet biċċa xogħol iebsa għax l-​iġmla jixorbu ħafna u ħafna ilma.

Meta Rebekka lestiet milli tagħtihom l-​ilma, il-​qaddej t’Abraham staqsieha x’kien jismu missierha. Staqsa wkoll jekk setax iqattaʼ l-​lejl għandhom. Hi qaltlu: ‘Missieri jismu Betwel, u hemm wisaʼ biex toqgħod magħna.’ Il-​qaddej t’Abraham kien jaf li Betwel kien it-​tifel taʼ ħu Abraham, Naħor. Għalhekk, niżel għarkopptejh u rringrazzja lil Ġeħova talli wasslu ħdejn il-​qraba t’Abraham.

Dak il-​lejl, il-​qaddej t’Abraham qal lil Betwel u lil ħu Rebekka, Laban, għala kien ġie. It-​tnejn li huma qablu li Rebekka setgħet tmur lura miegħu u tiżżewweġ lil Iżakk. Rebekka x’qalet meta staqsewha? Qalet, ‘Iva.’ Hi riedet tmur. Allura, l-​għada stess rikbu l-​iġmla u bdew il-​vjaġġ twil lura lejn Kangħan.

Meta waslu kien filgħaxija. Rebekka rat raġel miexi fl-​għalqa. Kien Iżakk. Hu feraħ meta ra lil Rebekka. Ommu, Sara, kienet mietet tliet snin qabel biss, u kien għadu mnikket minħabba dan. Imma issa, Iżakk sar iħobb lil Rebekka ħafna, u reġaʼ sar ferħan.

Ġenesi 24:1-​67.

Mistoqsijiet għall-Istudju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja