LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • yc lezzjoni 2 pp. 6-7
  • Rebekka riedet tagħmel lil Ġeħova ferħan

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Rebekka riedet tagħmel lil Ġeħova ferħan
  • Għallem lil Uliedek
  • Materjal Simili
  • “Irrid immur”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Rebekka-Mara Bieżla li Kellha l-Biżaʼ t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Mara Tajba Għal Iżakk
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Il-Qawwa li Għandu t-Talb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
Għallem lil Uliedek
yc lezzjoni 2 pp. 6-7
Eligħeżer, Rebekka, il-qaddejja, u għaxart iġmla, jagħmlu l-vjaġġ twil lejn Kangħan

LEZZJONI 2

Rebekka riedet tagħmel lil Ġeħova ferħan

Rebekka kienet mara li tħobb lil Ġeħova. Ir-​raġel tagħha kien jismu Iżakk. Anki hu kien iħobb lil Ġeħova. Rebekka kif iltaqgħet maʼ Iżakk? Kif uriet li riedet tagħmel lil Ġeħova ferħan? Ejja nitgħallmu iktar dwarha.

Il-​ġenituri taʼ Iżakk kienu Abraham u Sara. Kienu jgħixu f’post jismu Kangħan, fejn in-​nies ma kinux iqimu lil Ġeħova. Imma Abraham ried li t-​tifel tiegħu jiżżewweġ mara li kienet tqim lil Ġeħova. Allura bagħat lill-​qaddej tiegħu, x’aktarx lil Eligħeżer, biex isib mara għal Iżakk f’post jismu Ħaran, fejn kienu jgħixu ftit mill-​qraba t’Abraham.

Rebekka tferraʼ l-ilma biex jixorbu l-iġmla t’Eligħeżer

Rebekka kienet lesta taħdem iebes biex iġġib l-ilma għall-iġmla

Eligħeżer ivvjaġġa maʼ qaddejja oħrajn t’Abraham. Kien vjaġġ twil ħafna. Magħhom ħadu għaxar iġmla li kienu qed iġorru ikel u rigali. Eligħeżer kif kien se jkun jaf liema mara għandu jagħżel għal Iżakk? Meta Eligħeżer u l-​qaddejja l-​oħrajn waslu Ħaran, waqfu ħdejn bir għax Eligħeżer kien jaf li n-​nisa dalwaqt kienu se jmorru biex iġibu l-​ilma. Hu talab lil Ġeħova u qal: ‘Jekk nitlob lil xi mara żagħżugħa biex tagħtini l-​ilma u tagħti lili u lill-​iġmla tiegħi l-​ilma, inkun naf li din hi l-​mara li int għażilt.’

Imbagħad it-​tfajla Rebekka marret ħdejn il-​bir. Il-​Bibbja tgħid li kienet ħelwa ħafna. Eligħeżer talabha ftit ilma, u hi qalet: ‘Mela le. Ħa ntik ftit ilma, u ħa mmur inġib għall-​iġmla tiegħek ukoll.’ Immaġina ftit! Iġmla li jkollhom l-​għatx jixorbu ħafna ilma, allura Rebekka qagħdet ġejja u sejra ttellaʼ l-​ilma mill-​bir darba wara l-​oħra. Qed tara fl-​istampa kemm qed taħdem iebes?— Eligħeżer stagħġeb b’kif Ġeħova wieġeb it-​talba tiegħu.

Eligħeżer ta lil Rebekka ħafna rigali sbieħ. Hi stiednet lil Eligħeżer u lill-​qaddejja l-​oħra fid-​dar tal-​familja tagħha. Eligħeżer spjega għala Abraham kien bagħtu hemm u kif Ġeħova kien wieġeb it-​talba tiegħu. Il-​familja taʼ Rebekka kienu kuntenti jħalluha tiżżewweġ lil Iżakk.

Rebekka marret Kangħan maʼ Eligħeżer u żżewġet lil Iżakk

Imma taħseb li Rebekka riedet tiżżewweġ lil Iżakk?— Rebekka kienet taf li Ġeħova kien bagħat lil Eligħeżer hemmhekk. Allura meta l-​familja taʼ Rebekka staqsewha jekk riditx tmur Kangħan u tiżżewweġ lil Iżakk, hi qalet, ‘Iva, irrid immur.’ Dak il-​ħin stess telqet maʼ Eligħeżer. Meta waslu Kangħan, hi żżewġet lil Iżakk.

Minħabba li Rebekka għamlet dak li Ġeħova riedha tagħmel, Ġeħova ħa ħsiebha. Ħafna snin wara, Ġesù twieled fil-​familja tagħha! Jekk inti bħal Rebekka u tagħmel lil Ġeħova ferħan, hu se jieħu ħsiebek ukoll.

AQRA MILL-BIBBJA TIEGĦEK

  • Ġenesi 12:4, 5; 24:1-58, 67

MISTOQSIJIET:

  • Min kienet Rebekka?

  • Abraham għala ma riedx lil Iżakk jiżżewweġ mara minn Kangħan?

  • Eligħeżer kif kien jaf li Rebekka kienet il-​mara li Iżakk għandu jiżżewweġ?

  • X’nistgħu nagħmlu biex inkunu bħal Rebekka?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja