LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 79
  • Danjel fil-Ħofra tal-Iljuni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Danjel fil-Ħofra tal-Iljuni
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Danjel fil-ħofra tal-iljuni
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Meħlus Minn Ħalq l-​Iljuni!
    Oqgħod Attent għall-Profezija taʼ Danjel!
  • Dariju—Sultan b’Sens taʼ Ġustizzja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Jehovah Jwiegħed Premju taʼ l-​Għaġeb lil Danjel
    Oqgħod Attent għall-Profezija taʼ Danjel!
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 79

STORJA 79

Danjel fil-Ħofra tal-Iljuni

X’WAĦDA din! Jidher li Danjel jinsab f’ħafna inkwiet. Imma l-​iljuni mhumiex iweġġgħuh! Taf għala? Min poġġa lil Danjel f’dan il-​post maʼ dawn l-​iljuni kollha? Ejja naraw.

Issa s-​sultan taʼ Babilonja hu wieħed raġel jismu Darju. Hu jħobb lil Danjel ħafna għaliex Danjel hu tassew qalb tajba u għaref. Darju jagħżel lil Danjel biex ikun ħakkiem ewlieni fis-​saltna tiegħu. Dan jagħmel lil irġiel oħrajn fis-​saltna jgħiru għal Danjel, allura ejja naraw x’jagħmlu.

Imorru għand Darju u jgħidu: ‘Qbilna lkoll, O sultan, li għandek tgħaddi liġi li tgħid li għal 30 jum ħadd m’għandu jitlob lil xi alla jew bniedem ħlief lilek O sultan. Jekk xi ħadd ma jobdix, għandu jintefaʼ mal-​iljuni.’ Darju ma jafx għala dawn l-​irġiel iridu jgħaddu din il-​liġi. Imma hu jaħseb li hi idea tajba, allura jgħaddi l-​liġi. Issa l-​liġi ma tistax tinbidel.

Meta Danjel isir jaf bil-​liġi, hu jmur id-​dar u jitlob, sewwasew bħalma għamel dejjem. L-​irġiel ħżiena kienu jafu li Danjel ma kienx se jieqaf jitlob lil Ġeħova. Huma jifirħu għax milli jidher il-​pjan tagħhom biex jeħilsu minn Danjel qed jirnexxi.

Meta s-​Sultan Darju jinduna għala dawn l-​irġiel riedu jgħaddu din il-​liġi, hu jiddispjaċih ħafna. Imma ma jistax jibdel il-​liġi. Allura jkollu jagħti l-​kmand biex Danjel jintefaʼ fil-​ħofra tal-​iljuni. Imma s-​sultan jgħid lil Danjel: ‘Nittama li Alla tiegħek, li int taqdih, se jsalvak.’

Darju tant jinkwieta li ma jkunx jistaʼ jorqod dak il-​lejl. L-​għada filgħodu jmur jiġri ħdejn il-​ħofra tal-​iljuni. Tistaʼ tarah hemmhekk. Hu jgħajjat: ‘Danjel, qaddej tal-​Alla l-​ħaj! Irnexxielu jsalvak mill-​iljuni l-​Alla li int taqdi?’

‘Alla bagħat l-​anġlu tiegħu,’ iwieġeb Danjel, ‘u għalaq ħalq l-​iljuni, allura ma weġġgħunix.’

Is-​sultan jifraħ ħafna. Hu jikkmanda li Danjel jittellaʼ mill-​ħofra. Imbagħad, hu jara li l-​irġiel ħżiena li pprovaw jeħilsu minn Danjel jintefgħu fil-​ħofra mal-​iljuni. Saħansitra qabel ma jmissu l-​qiegħ tal-​ħofra, l-​iljuni jaħtfuhom u jkissrulhom għadamhom kollu.

Imbagħad is-​Sultan Darju jikteb lin-​nies kollha fis-​saltna tiegħu: ‘Nikkmanda li kulħadd għandu jirrispetta l-​Alla taʼ Danjel. Hu jagħmel mirakli tal-​għaġeb. Hu salva lil Danjel milli jittiekel mill-​iljuni.’

Danjel 6:1-28.

Mistoqsijiet għall-Istudju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja