LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 64 p. 152-p. 153 para. 4
  • Danjel fil-ħofra tal-iljuni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Danjel fil-ħofra tal-iljuni
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Danjel fil-Ħofra tal-Iljuni
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Meħlus Minn Ħalq l-​Iljuni!
    Oqgħod Attent għall-Profezija taʼ Danjel!
  • Dariju—Sultan b’Sens taʼ Ġustizzja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Jehovah Jwiegħed Premju taʼ l-​Għaġeb lil Danjel
    Oqgħod Attent għall-Profezija taʼ Danjel!
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 64 p. 152-p. 153 para. 4
Irġiel għajjurin jaqbdu lil Danjel jitlob quddiem tieqa miftuħa

LEZZJONI 64

Danjel fil-ħofra tal-iljuni

Sultan ieħor li kien imexxi f’Babilonja kien Darju l-​Medi. Darju ra li Danjel kien intelliġenti iktar minn oħrajn u għalhekk poġġieh fuq l-​iktar irġiel importanti tal-​pajjiż. Dawn l-​irġiel kienu jgħiru għal Danjel u riedu jeħilsu minnu. Huma kienu jafu li Danjel kien jitlob lil Ġeħova tliet darbiet kuljum, allura qalu lil Darju: ‘O sultan, għandu jkun hemm liġi li kulħadd għandu jitlob lilek biss. Dawk li ma jobdux din il-​liġi għandhom jiġu mitfugħin fil-​ħofra tal-​iljuni.’ Darju għoġbitu l-​idea u għalhekk iffirma l-​liġi.

Malli Danjel semaʼ dwar il-​liġi l-​ġdida, hu mar id-​dar tiegħu. Quddiem tieqa miftuħa, hu niżel għarkopptejh u talab lil Ġeħova. L-​irġiel li kienu jgħiru għalih qabdu u daħlu f’daru, u sabuh jitlob. Huma marru jiġru għand Darju u qalulu: ‘Danjel mhux qed jobdik. Hu qed jitlob lil Alla tiegħu tliet darbiet kuljum.’ Darju kien jirrispettah ħafna lil Danjel u ma ridux imut. Għalhekk qattaʼ l-​ġurnata kollha jipprova jaħseb b’liema mod setaʼ jsalvah. Imma lanqas is-​sultan ma setaʼ jbiddel liġi li kien iffirma hu stess. Għalhekk, kellu jikkmanda lill-​irġiel tiegħu biex jitfgħu lil Danjel fil-​ħofra tal-​iljuni feroċi.

Dak il-​lejl, Darju tant inkwieta fuq Danjel li ma setax jorqod. Filgħodu hu mar jiġri lejn il-​ħofra u għajjat lil Danjel: ‘Salvak Alla tiegħek?’

Darju semaʼ leħen. Kien Danjel! Hu wieġeb lura lil Darju b’leħen għoli: ‘L-​anġlu taʼ Ġeħova għalaq ħalq l-​iljuni. Huma m’għamluli xejn.’ Darju kien ferħan ħafna! Hu ordna biex joħorġu lil Danjel minn ġol-​ħofra. Danjel lanqas girfa waħda ma kellu. Imbagħad is-​sultan ikkmanda: ‘Itfgħu lill-​irġiel li akkużaw lil Danjel fil-​ħofra.’ Meta tefgħu lil dawn fil-​ħofra, l-​iljuni li kellhom ħafna ġuħ, kiluhom.

Darju bagħat din l-​ordni lin-​nies tiegħu: ‘Kulħadd għandu jirrispetta lil Alla taʼ Danjel. Hu salva lil Danjel mill-​iljuni.’

Int titlob lil Ġeħova kuljum bħal Danjel?

Danjel fil-ħofra tal-iljuni

“Ġeħova jaf kif jeħles mill-​provi lil dawk li huma devoti lejh.”—2 Pietru 2:9

Mistoqsijiet: Danjel x’kien jagħmel tliet darbiet kuljum? Ġeħova kif salvah lil Danjel?

Danjel 6:1-28

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja