Jehovah Jagħtina Salvatur
29 L-ewwel persuna spirtu li ħalaq Alla kien bħal iben imwieled l-ewwel għalih.
Alla jħobbu ferm u se jużah biex jeqred lin-nies il-ħżiena u jsalva lil dawk li jobdu.—Ġwann 3:16, 36
30 Jehovah bagħat lil Ibnu biex jitwieled fuq l-art. Hu ġie msemmi Ġesù. Isem ommu kien Marija.—Luqa 1:30-35
31 Meta Ġesù kiber hu għallem ħafna affarijiet. Hu għallem li Jehovah waħdu hu l-veru Alla.—Mark 12:29, 30
Ġesù qal li għandna naduraw biss lil Jehovah.—Mattew 4:10; Ġwann 4:23, 24
Hu għallem ukoll lin-nies dwar is-saltna taʼ Jehovah.—Luqa 17:20, 21
32 Ġesù fejjaq lill-morda u għamel ħafna affarijiet tajbin. Ma għamilx affarijiet ħżiena.—Atti 10:38; 1 Pietru 2:21, 22
Iżda kif kien se jsalvana mid-dnub u mill-mewt?
33 Hu kellu joffri sagrifiċċju ’l Alla biex isalva lin-nies tajbin. Fil-passat, Alla kien qal lin-nies biex jissagrifikaw l-annimali għal dnubiethom.—Lhud 7:25, 27
34 Ġesù ma ssagrifikax lil annimali. Hu ta lilu nnifsu bħala sagrifiċċju għalina.—Mattew 20:28; Lhud 10:12
Taf int għala?