Għanja 22
Nisimgħu l-Messaġġ taʼ Ġuda
(Ġuda 21)
1. Imqanqal profondament
Għal kliem Ġuda attent.
Huwa kiteb ilu żmien
Biex ma naqaʼ qatt jien.
Mill-parir mill-isbaħ tiegħu
Qawwa w kuraġġ nikseb żgur.
Hu jġiegħel li l-fidi tiegħi tfur.
2. Sodi w ċari t-twissijiet
Biex inwarrbu l-inkwiet.
Satana jfixkilna jrid,
Nirreżistu t-taħwid!
L-għadu jxewwex kontra Alla
U b’diskors ħelu w qarrieq
Jistinka biex jiżżvijalna t-triq.
3. Bi tħajjir sabiħ għad-dnub
Xi nies jirbħu il-qlub;
Imma jekk t’Alla ħabib
L-hena fih trid is-sib.
Il-messaġġ taʼ Ġuda lilna
Jgħinna nibqgħu imqajmin,
Bla apostasija fit-twemmin.
4. Ġlieda lkoll għandna flimkien
Biex le l-fidi teħżien.
Ħniena, mħabba w t’Alla s-sliem
Jalla jkollna bla tmiem.
Lil Jehovah, l-Ħellies tagħna,
B’Ġesù Kristu il-Mulej,
Nagħtu ġieh il-lum u għal li ġej.