LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 75
  • Is-Sors tal-Hena

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-Sors tal-Hena
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Ġesù jirrivela kif tistaʼ tikseb l-hena
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Il-mirakli—Bil-qawwa taʼ min?
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ġesù Jċanfar lill-Fariżej
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • F’Nofs Kontroversja
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 75

Kapitlu 75

Is-​Sors tal-​Hena

MATUL il-​ministeru tiegħu fil-​Galilija, Ġesù għamel xi mirakli, u hu issa jirrepeti dawn fil-​Ġudea. Per eżempju, hu jkeċċi minn ġo raġel demonju li ma ħalliehx jitkellem. Il-​folol huma mgħaġġbin, imma dawk li jikkritikaw iqajmu l-​istess oġġezzjoni li kienet imqajma fil-​Galilija. “Hu jkeċċi d-​demonji permezz taʼ Begħelżebub il-​ħakkiem tad-​demonji,” huma jsostnu. Oħrajn iridu evidenza akbar mingħand Ġesù dwar l-​identità tiegħu, u huma jippruvaw jittantawh billi jistaqsuh għal sinjal mis-​sema.

Billi jaf x’inhuma jaħsbu, Ġesù jagħti l-​istess tweġiba lil dawk li qed jikkritikawh fil-​Ġudea bħalma ta lil dawk fil-​Galilija. Hu josserva li kull saltna li hi maqsuma kontra tagħha nfisha se taqaʼ. “Mela,” hu jistaqsi, “jekk Satana huwa wkoll maqsum kontra tiegħu nnifsu, kif se żżomm wieqfa s-​saltna tiegħu?” Hu juri l-​pożizzjoni perikoluża tal-​kritiċi tiegħu billi jgħid: “Jekk huwa permezz tas-​sabaʼ t’Alla li jien inkeċċi d-​demonji, is-​saltna t’Alla tassew għaddietkom.”

Dawk li qed josservaw il-​mirakli taʼ Ġesù għandhom iwieġbu għalihom bl-​istess mod kif għamlu dawk li sekli qabel raw lil Mosè jagħmel miraklu. Huma jesklamaw: “Huwa s-​sabaʼ t’Alla!” Kien ukoll “is-​sabaʼ t’Alla” li naqax il-​Għaxar Kmandamenti fuq twavel tal-​ġebel. U “s-​sabaʼ t’Alla”​—l-​ispirtu qaddis, jew il-​forza attiva tiegħu​—huwa dak li permezz tiegħu Ġesù jkeċċi d-​demonji u jfejjaq il-​morda. Mela s-​Saltna t’Alla tabilħaqq għaddiethom lil dawn il-​kritiċi, ladarba Ġesù, is-​Sultan magħżul tas-​Saltna, qiegħed eżatt hemm f’nofshom.

Ġesù mbagħad juri li l-​ħila tiegħu li jkeċċi d-​demonji hija evidenza tal-​qawwa tiegħu fuq Satana, sewwa sew bħalma meta raġel iktar b’saħħtu jiġi u jegħleb lil raġel armat tajjeb li qed igħasses il-​palazz tiegħu. Hu jirrepeti wkoll it-​tixbieha li ta fil-​Galilija rigward spirtu mhux nadif. L-​ispirtu jitlaq lil raġel, imma meta r-​raġel ma jimliex il-​vojt b’affarijiet tajbin, l-​ispirtu jiġi lura b’sebgħa oħra, u l-​qagħda tar-​raġel issir agħar milli kienet għall-​ewwel.

Waqt li qed tismaʼ dan it-​tagħlim, waħda mara mill-​folla tiġi mqanqla biex tesklama b’leħen għoli: “Hieni hu l-​ġuf li ġarrek u s-​sider li int irdajt!” Ladarba x-​xewqa taʼ kull mara Lhudija hija li tkun l-​omm taʼ xi profeta u partikolarment tal-​Messija, wieħed jistaʼ jifhem li din il-​mara tgħid dan il-​kliem. Mid-​dehra hija ħasbet li Marija setgħet b’mod speċjali tkun ferħana minħabba li kienet omm Ġesù.

Madankollu, Ġesù malajr jikkorreġi lill-​mara rigward il-​veru sors taʼ hena. “Le,” iwieġeb hu, “minflok, henjin huma dawk li qed jisimgħu l-​kelma t’Alla u qed iżommuha!” Ġesù qatt ma implika li ommu, Marija, għandha tingħata unur speċjali. Minflok, hu wera li l-​vera hena tinstab f’li wieħed ikun qaddej lejali t’Alla, mhux f’xi rabtiet fiżiċi jew twettiqiet.

Bħalma għamel fil-​Galilija, Ġesù wkoll jissokta jċanfar lin-​nies fil-​Ġudea talli talbu għal sinjal mis-​sema. Hu jgħidilhom li ebda sinjal ma se jingħata ħlief is-​sinjal taʼ Ġona. Ġona sar sinjal kemm permezz tat-​tlett ijiem tiegħu fil-​ħuta u kemm permezz tal-​ippridkar qalbieni tiegħu, li rriżulta f’li n-​Nineviti jiġu mqanqlin biex jindmu. “Imma, ħares!” igħid Ġesù, “xi ħaġa iktar minn Ġona hi hawn.” Bl-​istess mod, is-​sultana taʼ Xeba baqgħet imgħaġġba bil-​għerf taʼ Salamun. “Imma, ħares!” igħid ukoll Ġesù, “xi ħaġa iktar minn Salamun hi hawn.”

Ġesù jispjega li meta wieħed jixgħel lampa, hu ma jpoġġihiex f’xi post moħbi jew taħt xi qoffa imma fuq gandlier sabiex in-​nies ikunu jistgħu jaraw id-​dawl. Forsi hu jrid jagħti lil wieħed x’jifhem illi li jgħallem u li jagħmel il-​mirakli quddiem dawn in-​nies taʼ rashom iebsa fl-​udjenza tiegħu jistaʼ jiġi pparagunat maʼ li wieħed jaħbi d-​dawl taʼ xi lampa. Il-​għajnejn taʼ osservaturi bħal dawn m’humiex sempliċi, jew iffokati, u għalhekk il-​mirakli tiegħu m’humiex iwettqu l-​iskop maħsub tagħhom.

Ġesù għadu kif keċċa demonju u ġiegħel lil raġel mutu jitkellem. Dan għandu jqanqal lil nies b’għajnejn sempliċi, jew iffokati, biex ifaħħru lil din il-​bravura glorjuża u biex ixandru l-​aħbar tajba! Madankollu, maʼ dawn il-​kritiċi, mhux hekk jiġri. Mela Ġesù jikkonkludi: “Oqgħod attent, għalhekk. Forsi d-​dawl li hemm ġo fik huwa dlam. Għalhekk, jekk ġismek kollu jiddi u ebda parti minnu m’hi mudlama, se jkun jiddi kollu kemm hu daqs meta lampa tagħtik id-​dawl bir-​raġġi tagħha.” Luqa 11:​14-36; Eżodu 8:​18, 19; 31:18; Mattew 12:22, 28.

▪ X’inhi t-​tweġiba għal li Ġesù jfejjaq lir-​raġel?

▪ X’inhu “s-​sabaʼ t’Alla,” u s-​Saltna t’Alla kif kienet għaddiet lis-​semmiegħa taʼ Ġesù?

▪ X’inhu s-​sors tal-​vera hena?

▪ Kif jistaʼ wieħed ikollu għajn sempliċi?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja