LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • rq lezzjoni 10 pp. 20-21
  • Prattiċi Li Alla Jobgħod

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Prattiċi Li Alla Jobgħod
  • Alla X’Jirrikjedi Minna?
  • Materjal Simili
  • Il-Ħbieb t’Alla Jevitaw Dak li Hu Ħażin
    Int Tistaʼ Tkun il-Ħabib t’Alla!
  • Evita n-Nasba tal-Logħob tal-Flus
    Stenbaħ!—2002
  • Il-​logħob għall-​flus
    Stenbaħ!—2015
  • Il-logħob tal-ażżard huwa dnub?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
Alla X’Jirrikjedi Minna?
rq lezzjoni 10 pp. 20-21

Lezzjoni Nru. 10

Prattiċi Li Alla Jobgħod

Kif għandek tħossok dwar affarijiet li Alla jgħid li huma ħżiena? (1)

Liema tipi taʼ kondotta sesswali huma ħżiena? (2)

Kristjan kif għandu jħares lejn il-​gideb? (3) il-​logħob taʼ l-​ażżard? (3) is-​serq? (3) il-​vjolenza? (4) l-​ispiritiżmu? (5) is-​sokor? (6)

Kif tistaʼ persuna tinqataʼ minn prattiċi ħżiena? (7)

1. Il-​qaddejja t’Alla jħobbu dak li huwa tajjeb. Imma jridu wkoll jitgħallmu jobogħdu dak li huwa ħażin. (Salm 97:10) Dan ifisser li tevita ċerti prattiċi li Alla jobgħod. X’inhuma xi wħud minn dawn il-​prattiċi?

2. Fornikazzjoni: Is-​sess qabel iż-​żwieġ, l-​adulterju, il-​bestjalità, l-​inċest, u l-​omosesswalità huma kollha dnubiet serji kontra Alla. (Levitiku 18:6; Rumani 1:26, 27; 1 Korintin 6:9, 10) Jekk raġel u mara m’humiex miżżewġin imma qegħdin jgħixu flimkien, għandhom jisseparaw jew inkella jiżżewġu legalment.—Lhud 13:4.

3. Gideb, Logħob taʼ l-​Ażżard, Serq: Alla Jehovah ma jistax jigdeb. (Titu 1:2) Min irid l-​approvazzjoni tiegħu għandu jevita li jigdeb. (Proverbji 6:16-19; Kolossin 3:9, 10) Kull tip taʼ logħob taʼ l-​ażżard huwa mċappas bir-​regħba. Għalhekk il-​Kristjani ma jieħdu sehem f’ebda tip taʼ logħob taʼ l-​ażżard, bħalma huma lotteriji, tiġrijiet taż-​żwiemel, u tombla. (Efesin 5:3-5) U l-​Kristjani ma jisirqux. Ma jixtrux oġġetti li jafu li huma misruqin jew jieħdu affarijiet mingħajr permess.—Eżodu 20:15; Efesin 4:28.

4. Rabja bla Kontroll, Vjolenza: Rabja li mhix ikkontrollata tistaʼ twassal għal atti taʼ vjolenza. (Ġenesi 4:5-8) Persuna vjolenti ma tistax tkun ħabiba m’Alla. (Salm 11:5; Proverbji 22:24, 25) Huwa ħażin li nivvendikaw ruħna jew li npattuha għal affarijiet ħżiena li oħrajn forsi jagħmlulna.—Proverbji 24:29; Rumani 12:17-21.

5. Seħer u Spiritiżmu: Xi nies jirrikorru għall-​qawwa taʼ l-​ispirti biex jipprovaw ifejqu l-​mard. Oħrajn jagħmlu l-​magħmul fuq l-​għedewwa tagħhom biex imarrduhom jew saħansitra joqtluhom. Satana huwa l-​qawwa wara dawn il-​prattiċi kollha. Għalhekk il-​Kristjani ma jridu jieħdu sehem fl-​ebda waħda minnhom. (Dewteronomju 18:9-13) L-​aqwa protezzjoni kontra xi magħmul li jistgħu jagħmlulna hija li nżommu qrib taʼ Jehovah.—Proverbji 18:10.

6. Sokor: M’huwiex ħażin li tixrob daqsxejn inbid, birra, jew xorb alkoħoliku ieħor. (Salm 104:15; 1 Timotju 5:23) Imma x-​xorb eċċessiv u s-​sokor huma ħżiena f’għajnejn Alla. (1 Korintin 5:11-13; 1 Timotju 3:8) Ix-​xorb żejjed jistaʼ jħassarlek saħħtek u jfarraklek il-​familja. Jistaʼ jwasslek ukoll biex iċċedi malajr ferm għal tentazzjonijiet oħrajn.—Proverbji 23:20, 21, 29-35.

7. Dawk li jipprattikaw affarijiet li Alla jgħid li huma ħżiena “ma jir[tu]x is-​saltna taʼ Alla.” (Galatin 5:19-21) Jekk verament tħobb lil Alla u trid togħġbu, tistaʼ taqtagħhom dawn il-​prattiċi. (1 Ġwann 5:3) Tgħallem obgħod dak li Alla jgħid li huwa ħażin. (Rumani 12:9) Agħmilha maʼ nies li għandhom drawwiet qaddisa. (Proverbji 13:20) Ħbieb Kristjani maturi jistgħu jkunu sors t’għajnuna. (Ġakbu 5:14) Fuq kollox, serraħ fuq l-​għajnuna t’Alla permezz tat-​talb.—Filippin 4:6, 7, 13.

[Stampi f’paġna 20, 21]

Alla jobgħod is-​sokor, is-​serq, il-​logħob taʼ l-​ażżard, u atti taʼ vjolenza

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja