LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jt pp. 12-14
  • X’Jemmnu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Jemmnu?
  • Ix-Xhieda taʼ Jehovah—Min Huma? X’Jemmnu?
  • Materjal Simili
  • Veritajiet li Nieħdu Pjaċir Ngħallmu
    L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
  • L-ewwel parti: Twemmin Kristjan
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Il-​Messaġġ li Għandna Nxandru
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda”
    “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda”
Ix-Xhieda taʼ Jehovah—Min Huma? X’Jemmnu?
jt pp. 12-14

X’Jemmnu?

IX-​XHIEDA TAʼ JEHOVAH jemmnu f’Alla li Jistaʼ Kollox, Jehovah, il-​Ħallieq tas-​sema u l-​art. L-​univers taʼ madwarna huwa mimli b’għeġubijiet magħmulin b’tant preċiżjoni. Bir-​raġun, l-​eżistenza tagħhom tindika li Ħallieq intelliġenti u setgħan għamel dan kollu. Sewwa sew bħalma x-​xogħlijiet taʼ rġiel u nisa jirriflettu l-​kwalitajiet li għandhom, hekk ukoll jagħmlu dawk taʼ Alla Jehovah. Il-​Bibbja tgħidilna li “l-​kobor [“kwalitajiet,” New World Translation] tiegħu li ma jidhirx, . . . huma setgħu jagħrfuh sa mill-​ħolqien tad-​dinja, permezz tal-​ħlejjaq.” Bl-​istess mod, mingħajr leħen jew kliem, “is-​smewwiet ixandru l-​glorja taʼ Alla.”—Rumani 1:20; Salm 19:2-5 (19:1-4, NW).

In-nies ma jagħmlux reċipjenti tal-​fuħħar jew settijiet tat-​televixin u kompjuters mingħajr skop. L-​art u l-​ħolqien li fiha taʼ pjanti u annimali huma bil-​wisq iktar meraviljużi. Il-​bniedem għadu ma bediex jifhem l-​istruttura tal-​ġisem uman bit-​triljuni taʼ ċelluli li fih. Anki l-​moħħ li naħsbu bih huwa taʼ l-​għaġeb u lanqas biss nifhmu kif jaħdem! Jekk il-​bniedem ikollu skop meta jagħmel xi invenzjoni, li hi insinifikanti ħdejn l-​għeġubijiet tal-​ħolqien, żgur li Alla Jehovah kellu skop meta għamel il-​ħolqien taʼ l-​għaġeb tiegħu! Qwiel 16:4 (Saydon) jgħid li: “Kollox għamel il-​Mulej għal skop.”

Jehovah għamel l-​art għal skop, bħalma qal lill-​ewwel koppja umana: “Nisslu u oktru, u imlew l-​art, u aħkmuha; u saltnu fuq il-​ħut tal-​baħar u t-​tajr taʼ l-​ajru u l-​ħlejjaq kollha li jitkaxkru fuq l-​art.” (Ġenesi 1:28) Peress li m’obdewx, l-​ewwel raġel u mara naqsu li jimlew l-​art b’familji taʼ tjieba li kienu se jħobbu u jieħdu ħsieb l-​art u l-​pjanti u l-​annimali taʼ ġo fiha. Imma l-​fatt li naqsu ma jfissirx li Jehovah fallielu l-​iskop li kellu. Eluf taʼ snin wara nkiteb: “Alla, li sawwar l-​art, . . . ma ħalaqhiex għall-​baħħ.” Hu “sawwarha biex jgħammru fiha.” Din m’hijiex se tinqered, imma “l-​art tibqaʼ għal dejjem.” (Isaija 45:18; Koħèlet 1:4) L-​iskop taʼ Jehovah għall-​art se jitwettaq: “Il-​ħsieb tiegħi għad iseħħ, u nagħmel kull ma rrid.”—Isaija 46:10.

Għaldaqstant, ix-​Xhieda taʼ Jehovah jemmnu li l-​art se tibqaʼ għal dejjem. In-​nies kollha, kemm il-​ħajjin u kemm dawk li mietu, li jimxu fi qbil maʼ l-​iskop taʼ Jehovah li jagħmel l-​art sabiħa u abitabbli, ikunu jistgħu jgħixu fuqha għal dejjem. Il-​bnedmin kollha wirtu l-​imperfezzjoni mingħand Adam u Eva, u għaldaqstant, huma midinbin. (Rumani 5:12) Il-​Bibbja tgħidilna: “Il-​ħlas tad-​dnub hu l-​mewt.” “Il-​ħajjin, għallinqas, jafu li għad imutu, iżda l-​mejtin ma jafu xejn.” “Ir-​ruħ li tidneb, tmut.” (Rumani 6:23; Koħèlet 9:5; Eżekjel 18:4, 20, KŻ) Mela allura kif jistgħu jerġgħu jgħixu biex igawdu mill-​barkiet li se jkun hawn fuq l-​art? Dan huwa possibbli biss permezz tas-​sagrifiċċju taʼ fidwa taʼ Kristu Ġesù, għax hu qal: “Jien hu l-​qawmien u l-​ħajja. Kull min jemmen fija, ukoll jekk imut, jgħix.” “Dawk kollha li jkunu fl-​oqbra jisimgħu leħnu u joħorġu.”—Ġwann 5:28, 29; 11:25; Mattew 20:28.

Dan kif se jseħħ? Dan insibuh spjegat fl-​“Evanġelju [“aħbar tajba,” NW] tas-​Saltna,” li Ġesù beda jxandar meta kien fuq l-​art. (Mattew 4:17-23) Imma llum ix-​Xhieda taʼ Jehovah qed ixandru l-​aħbar tajba b’mod tassew speċjali.

[Tabella f’paġna 13]

X’JEMMNU X-​XHIEDA TAʼ JEHOVAH

Twemmin Raġuni Skritturali

Il-​Bibbja hija l-​Kelma t’Alla 2 Tim. 3:16, 17;

u hija l-​verità 2 Pt.1:20, 21; Ġw. 17:17

Il-​Bibbja tistaʼ tafdaha iktar Mt. 15:3; Kol. 2:8

mit-tradizzjonijiet

L-​isem t’Alla hu Jehovah Salm 83:19 (83:18, NW);

Is. 26:4, KŻ; Eżo. 6:2, 3

Kristu hu l-​Iben t’Alla u Mt. 3:​17; Ġw. 8:​42; 14:28;

hu inqas Minnu Ġw. 20:17; 1 Kor. 11:3; 15:28

Kristu kien l-​ewwel Kol. 1:​15; Apk. 3:14

mill-ħolqien t’Alla

Kristu miet fuq għuda, Gal. 3:​13; Atti 5:30

mhux fuqsalib

Kristu ta l-​ħajja umana Mt. 20:28; 1 Tim. 2:​5, 6;

tiegħu bħala fidwa 1 Pt. 2:24, Saydon

għall-bnedmin ubbidjenti

Is-​sagrifiċċju wieħed taʼ Rum. 6:​10; Lhud 9:​25-​28

Kristu kien biżżejjed

Kristu tqajjem mill-​mewt 1 Pt. 3:​18; Rum. 6:9;

bħala spirtu immortali Apk. 1:​17, 18

Il-​preżenza taʼ Kristu Ġw. 14:19; Mt. 24:3;

hija fl-​ispirtu 2 Kor. 5:​16; Salm 110:​1, 2

Issa ninsabu fiż-​‘żmien Mt. 24:​3-​14; 2 Tim. 3:​1-5;

taʼ l-​aħħar’ Lq. 17:​26-​30

Is-​Saltna taħt Kristu Is. 9:​5, 6 (9:​6, 7, NW);

se taħkem fuq l-​art Is. 11:​1-5; Dan. 7:​13, 14;

bit-tjieba u l-​paċi Mt. 6:10

Is-​Saltna se ġġib Salm 72:​1-4; Apk. 7:​9, 10,

kundizzjonijiet tal-​ħajja 13-17; 21:​3, 4

ideali fuq l-​art

L-​art qatt ma se tinqered Koħ. 1:4; Is. 45:18;

jew tispiċċa bla nies Salm 78:69

Alla se jneħħi s-​sistema Apk. 16:​14, 16; Sof. 3:8;

t’affarijiet preżenti Dan. 2:44; Is. 34:2; 55:10, 11

fil-gwerra taʼ Ħarmagedon

In-​nies mill-​agħar se Mt. 25:​41-​46; 2 Tess. 1:​6-9

jinqerdu għal dejjem

In-​nies li għandhom Ġw. 3:​16; 10:​27, 28; 17:3;

l-approvazzjoni t’Alla Mk. 10:​29, 30

se jirċievu ħajja eterna

Triq waħda biss hemm Mt. 7:​13, 14; Efes. 4:​4, 5

għall-ħajja

Il-​bnedmin imutu minħabba Rum. 5:​12; 6:23

d-dnub taʼ Adam

Ir-​ruħ umana ma tibqax Eżek. 18:4, KŻ; Koħ. 9:​10;

teżisti wara l-​mewt Salm 6:6 (6:5, NW); Sa. 146:4;

Ġw. 11:​11-​14

L-​infern huwa l-​qabar komuni Job 14:​13, Dy;

tal-bnedmin Rev. 20:​13, 14, AV (margin)

Il-​mejtin għandhom it-​tama 1 Kor. 15:​20-​22;

taʼ l-​irxoxt Ġw. 5:​28, 29; 11:​25, 26

Il-​mewt minn Adam se tispiċċa 1 Kor. 15:26, 54; Apk. 21:4;

Is. 25:8

Merħla ċkejkna biss taʼ Lq. 12:32; Apk. 14:​1, 3;

144,000 ruħ se tmur fis-​sema 1 Kor. 15:​40-​53; Apk. 5:​9, 10

u ssaltan maʼ Kristu

Il-​144,000 jitwieldu mill-​ġdid 1 Pt. 1:​23; Ġw. 3:3;

bħala wlied spiritwali t’Alla Apk. 7:​3, 4

Patt ġdid magħmul maʼ Ġer. 31:31; Lhud 8:​10-​13

Iżrael spiritwali

Il-​kongregazzjoni taʼ Kristu Efes. 2:​20; Is. 28:16;

hija mibnija fuqu stess Mt. 21:42

It-​talb irid jiġi dirett biss Ġw. 14:​6, 13, 14; 1 Tim. 2:5

lil Jehovah permezz taʼ Kristu

Ix-​xbihat m’għandhomx Eżo. 20:​4, 5; Lev. 26:1;

jintużaw fil-​qima 1 Kor. 10:14; Salm 115:​4-8

L-​ispiritiżmu jrid jiġi Dt. 18:​10-​12; Gal. 5:​19-​21;

evitat Lev. 19:31

Satana huwa l-​ħakkiem 1 Ġw. 5:​19; 2 Kor. 4:4;

inviżibbli tad-​dinja Ġw. 12:31

Kristjan m’għandu jkollu 2 Kor. 6:​14-​17; 11:​13-​15;

ebda parti f’attivitajiet taʼ Gal. 5:9; Dt. 7:​1-5

taħlit taʼ twemmin differenti

Kristjan għandu jżomm Ġak. 4:4; 1 Ġw. 2:​15;

separat mid-​dinja Ġw. 15:19; 17:16

Il-​liġijiet umani li ma Mt. 22:​20, 21;

jmorrux kontra l-​liġijiet 1 Pt. 2:​12; 4:15

t’Alla għandhom jiġu obduti

Jekk wieħed jieħu d-​demm Ġen. 9:​3, 4; Lev. 17:14;

mill-ħalq jew mill-​vini jkun Atti 15:​28, 29

qed jikser il-​liġi t’Alla

Il-​liġijiet tal-​Bibbja fuq 1 Kor. 6:​9, 10; Lhud 13:4;

il-morali jridu jiġu obduti 1 Tim. 3:2; Prov. 5:​1-​23

L-​osservanza tas-​Sabat kienet Dt. 5:​15; Eżo. 31:13; Rum. 10:4;

mogħtija biss lil Iżrael Gal. 4:​9, 10; Kol. 2:​16, 17

u ntemmet mal-​Liġi Mosajka

Klassi tal-​kleru u titli Mt. 23:​8-​12; 20:​25-​27;

speċjali m’humiex xierqa Ġob 32:​21, 22

Il-​bniedem ma evolviex Is. 45:12; Ġen. 1:27;

imma ġie maħluq Mt. 19:4

Kristu ħalla eżempju li 1 Pt. 2:​21; Lhud 10:7;

wieħed irid jimxi fuqu Ġw. 4:​34; 6:38

biex jaqdi lil Alla

Il-​magħmudija bit-​tgħaddis Mk. 1:​9, 10; Ġw. 3:​23;

komplet taħt l-​ilma Atti 19:​4, 5

tissimbolizza d-​dedikazzjoni

Il-​Kristjani bil-​ferħ jagħtu Rum. 10:10; Lhud 13:15;

xiehda pubblika rigward Is. 43:​10-​12

veritajiet Skritturali

[Stampa f’paġna 12]

L-​ART . . . maħluqa minn Jehovah . . . jieħu ħsiebha l-​bniedem . . . abitata għal dejjem

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja