LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 67 p. 158-p. 159 para. 1
  • Is-swar taʼ Ġerusalemm

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-swar taʼ Ġerusalemm
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Is-Swar taʼ Ġerusalemm
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Neħemija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • “Dejjem Irbaħ il-Ħażen bit-Tajjeb”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ġerusalemm—Hija Din “’il Fuq Minn Kull Ferħ” Tiegħek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 67 p. 158-p. 159 para. 1
Neħemija jmexxi x-xogħol tal-bini mill-ġdid tas-swar taʼ Ġerusalemm u jara fejn kellhom joqogħdu l-għassiesa

LEZZJONI 67

Is-swar taʼ Ġerusalemm

Issa, ejja mmorru lura għaż-​żmien taʼ qabel ma reġgħu nbnew is-​swar taʼ Ġerusalemm. Neħemija, qaddej tas-​Sultan Artaserse, kien raġel Iżraeli li għex fil-​belt Persjana taʼ Susan. Ħu Neħemija ġie minn Ġuda b’din l-​aħbar ħażina: ‘In-​nies li marru lura Ġerusalemm huma fil-​periklu. Is-​swar u l-​bibien tal-​belt li l-​Babiloniżi kissru, qatt ma reġgħu nbnew.’ Neħemija ħassu mdejjaq. Hu ried imur Ġerusalemm biex jgħinhom, u għalhekk talab lil Ġeħova biex is-​sultan ikun jistaʼ jħallih imur.

Darba waħda, is-​sultan induna li Neħemija kien imdejjaq, u qallu: ‘Qatt ma rajtek hekk. Xi ġralek?’ Neħemija wieġbu: ‘Kif nistaʼ ma nkunx imdejjaq meta l-​belt tiegħi, Ġerusalemm, tinsab ħerba?’ Is-​sultan staqsieh: ‘X’nistaʼ nagħmel biex ngħinek?’ Neħemija mill-​ewwel qal talba f’qalbu. Imbagħad hu qal: ‘Jekk jogħġbok, ħallini mmur Ġerusalemm biex nerġaʼ nibni s-​swar.’ Is-​Sultan Artaserse qallu li jistaʼ jmur, u għamel ċert li Neħemija ma jkunx fil-​periklu matul il-​vjaġġ twil tiegħu. Ukoll, is-​sultan għamlu gvernatur taʼ Ġuda u tah l-​injam għall-​bibien tal-​belt.

Meta Neħemija wasal Ġerusalemm, hu mar jara kif kienu s-​swar. Imbagħad laqqaʼ l-​qassisin u l-​mexxejja, u qalilhom: ‘Qegħdin f’sitwazzjoni kerha ħafna. Hemm bżonn li nibdew ix-​xogħol.’ In-​nies qablu, u reġgħu bdew jibnu s-​swar.

Imma xi għedewwa tal-​Iżraelin bdew iwaqqgħuhom għaċ-​ċajt, u qalulhom: ‘Anki volpi kapaċi jwaqqaʼ s-​sur li qed tibnu.’ Il-​ħaddiema ma tawx kashom u baqgħu jibnu. Is-​sur baqaʼ tielaʼ iktar ’il fuq u jsir iktar b’saħħtu.

L-​għedewwa ppjanaw li jiġu minn naħat differenti u jaqbdu u jattakkaw lil Ġerusalemm. Meta l-​Lhud semgħu dwar il-​pjan tagħhom bdew jibżgħu. Imma Neħemija qalilhom: ‘Tibżgħux. Ġeħova hu magħna.’ Hu poġġa għassiesa biex jipproteġu lill-​ħaddiema, u b’hekk l-​għedewwa ma setgħux jattakkaw.

Fi żmien 52 ġurnata biss, is-​swar u l-​bibien tal-​belt tlestew. Neħemija ġab il-​Leviti kollha f’Ġerusalemm biex jiċċelebraw flimkien. Hu qasamhom f’żewġ korijiet. Huma telgħu fuq il-​ħajt mit-​taraġ tal-​Bieb l-​Għajn u mbagħad imxew lejn in-​naħat opposti madwar il-​belt. Daqqew it-​trumbetti, l-​arpi, u strumenti oħrajn u kantaw lil Ġeħova. Esdra mar maʼ grupp wieħed, u Neħemija m’ieħor, sakemm imbagħad iltaqgħu ħdejn it-​tempju. In-​nies kollha—irġiel, nisa, u tfal—offrew sagrifiċċji lil Ġeħova u ċċelebraw flimkien. Il-​kant ferrieħi tagħhom kien jinstemaʼ mill-​bogħod ħafna.

“Kwalunkwe arma li tissawwar kontrik ma tirnexxix.”—Isaija 54:17

Mistoqsijiet: Neħemija għala mar Ġerusalemm? Is-​swar taʼ Ġerusalemm kemm damu biex reġgħu nbnew?

Neħemija 1:1-11; 2:1-20; 4:1-23; 5:14; 6:1-19; 12:27-43

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja