LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 6/15 pp. 3-5
  • Il-Mewt taʼ Ġesù Xi Tfisser Għalik?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Mewt taʼ Ġesù Xi Tfisser Għalik?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’Inhu r-​Rahan?
  • Għala Meħtieġ ir-​Rahan?
  • Dak li r-​Rahan Jagħmel Possibbli
  • Min Jiġi Mifdi bir-​Rahan?
  • Raġunijiet għal Gratitudni
  • Inti X’Se Tagħmel?
  • Il-fidwa—L-aqwa rigal mingħand Alla
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Il-​Fidwa​—L-​Aqwa Rigal Mingħand Alla
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Ġeħova jipprovdi “fidwa għall-kotra”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Il-Prezz tal-Fidwa li Ħallas Kristu—It-Triq t’Alla għas-Salvazzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 6/15 pp. 3-5

Il-​Mewt taʼ Ġesù Xi Tfisser Għalik?

“L-​ARMATI kollha li qatt immarċjaw, il-​flotot kollha li qatt inbnew, il-​parlamenti kollha li qatt iltaqgħu, u s-​slaten kollha li qatt saltnu, dawn kollha flimkien, ma effettwawx il-​ħajja tal-​bniedem fuq din l-​art b’tant qawwa daqskemm għamlet din il-​personalità solitarja.” Hekk kiteb l-​awtur James A. Francis dwar Ġesù Kristu.

In-nies iħarsu lejn Ġesù b’modi differenti, imma l-​Bibbja tidentifikah bħala l-​Iben t’Alla u bniedem b’imħabba li tissagrifika lilha nfisha. Ġesù semmaʼ mod wieħed prinċipali li bih hu wera dik l-​imħabba meta qal dwaru nnifsu: “Bin il-​bniedem ġie, mhux biex ikun imministrat, imma biex jimministra u biex jagħti ruħu bħala rahan bi bdil maʼ ħafna.”−Mattew 20:28.

X’inhu s-​sinjifikat taʼ dan ir-​rahan? Għala kien hemm bżonnu? Min jiġi mifdi? Tabilħaqq, xi tfisser il-​mewt taʼ Ġesù għalik?

X’Inhu r-​Rahan?

Rahan huwa xi ħaġa li jagħti l-​ħelsien. Li tifdi lil xi ħadd ifisser li teħilsu mill-​iskjavitu jew kastig billi tħallas ċerta somma. F’sens spiritwali, “li tagħti rahan” ifisser li ġġib ħelsien mid-​dnub u l-​kastig tiegħu. Dan hu għala miet Ġesù. Bħalma kiteb l-​appostlu Kristjan Pawlu: “Il-​ħlas li d-​dnub iħallas hu l-​mewt, imma l-​għotja li jagħti Alla hi l-​ħajja taʼ dejjem bi Kristu Ġesù l-​Mulej tagħna.”−Rumani 6:23.

Il-prezz tal-​fidwa huwa b’mod Skritturali assoċjat maʼ li tħallas xi rahan. Salm 49:6-9 igħid: “Dawk li qed jafdaw fil-​mezz tagħhom taʼ manteniment, u li jibqgħu jiftaħru dwar l-​abbundanza tar-​rikkezzi tagħhom, l-​ebda wieħed minnhom ma jistaʼ b’xi mod jifdi mqar lil xi ħu, lanqas ma jagħti lil Alla rahan għalih; (u l-​prezz tar-​rahan taʼ ruħhom hu tant prezzjuż li waqaf għal żmien indefinit) biex hu xorta jistaʼ jgħix għal dejjem u ma jarax il-​ħofra.” Ir-​rahan huwa fidwa mwettqa minn Alla, mhux minn xi bniedem imperfett.

Għala Meħtieġ ir-​Rahan?

Ir-​rahan huwa meħtieġ għax l-​ewwel missier uman tagħna, Adam, dineb. Huwa b’hekk tilef ħajja perfetta bla tmiem, b’mod ġust ġie ssentenzjat għall-​mewt, u eventwalment miet. (Ġenesi 2:15-17; 3:l-7, 17-19; 5:5) Bħala dixxendenti tiegħu, aħna writna d-​dnub u l-​mewt. “Permezz taʼ bniedem wieħed id-​dnub daħal fid-​dinja u l-​mewt permezz tad-​dnub,” kiteb Pawlu, “u b’hekk il-​mewt infirxet fuq il-​bnedmin kollha għaliex kollha kienu dinbu.” (Rumani 5:12) Iva, “f’Adam ilkoll qed imutu.” (1 Korintin 15:22) Mela sewwa qal is-​salmista David: “Bi żball jien inġibt bil-​weġgħat tal-​ħlas, u fid-​dnub ommi kkonċepietni.”—Salm 51:5.

Ħelsien mill-​kundanna tad-​dnub u l-​mewt huwa essenzjali jekk xi dixxendent midneb taʼ Adam għandu jirċievi ħajja eterna. Fil-​waqt li l-​bnedmin imperfetti ma jistgħux jipprovdu dan ir-​rahan, Jehovah b’imħabba għamel hekk permezz taʼ Ġesù Kristu. Iżda, x’inhu mixtri b’dan ir-​rahan? Tajjeb, meta Adam dineb, hu tilef ħajja taʼ dejjem u perfetta, bid-​drittijiet u l-​prospetti kollha tagħha. B’hekk, l-​istess ħaġa ġiet mifdija permezz tas-​sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala rahan.

Dak li r-​Rahan Jagħmel Possibbli

Il-​ġustizzja ġiet issodisfata billi l-​bnedmin esperjenzaw il-​mewt, il-​kastig tad-​dnub. Mela r-​rahan huwa att tal-​ħniena u tal-​qalb tajba bl-​imħabba t’Alla. Il-​ħajja umana u perfetta taʼ Ġesù, bid-​drittijiet u l-​prospetti kollha tagħha, ġiet mogħtija fil-​mewt u qatt ma ttieħdet lura, għax hu ma ġiex irxoxtat bħala bniedem tad-​demm u l-​laħam imma bħala ħlejqa spirtu u immortali. (1 Korintin 15:50; 1 Pietru 3:18) Il-​ħajja umana ssagrifikata taʼ Ġesù Kristu għalhekk tkompli jkollha qawwa li tifdi, jew li teħles.

Bħala bniedem bla dnub, Ġesù kien f’pożizzjoni li tixbaħ lil dik li oriġinalment kienet okkupata minn Adam il-​perfett. Talli kien ubbidjenti lejn Alla sal-​mewt, Ġesù ġie magħmul il-​kbir Qassis il-​Kbir, u hu ppreżenta l-​valur tas-​sagrifiċċju uman perfett tiegħu fis-​sema. (Ebrej 9:24-26) Minħabba li Alla aċċetta dan il-​prezz taʼ fidwa, Ġesù setaʼ jifdi lid-​dixxendenti li jemmnu taʼ Adam mid-​dnub u mill-​mewt billi applika l-​mertu tas-​sagrifiċċju tiegħu għan-​nom tagħhom. (1 Korintin 6:20; 7:23; 1 Ġwann 2:1, 2) Ġesù b’hekk “sar responsabbli għas-​salvazzjoni taʼ dejjem għal dawk li jobduh.” (Ebrej 5:8, 9) Dan jagħmilha possibbli għalihom biex jiksbu waqfa taʼ tjieba quddiem Alla permezz taʼ Ibnu.

Min Jiġi Mifdi bir-​Rahan?

Min, mela, jibbenefika minn dan ir-​rahan? Bnedmin li jeżerċitaw fidi f’dan il-​provvediment u b’hekk jiġu fi qbil maʼ Alla. Billi jaqduh fedelment, jistgħu jinħelsu mid-​dnub u l-​kastig tiegħu u jirċievu l-​ħajja eterna.—Ġwann 17:3.

L-ewwel raġel setaʼ jiddeċiedi jekk jobdix lil Alla jew le. Hu għażel id-​diżubbidjenza. “Adam ma kienx imqarraq,” imma hu miet bħala midneb minn jeddu. (1 Timotew 2:14) Iżda, xi ngħidu għad-​dixxendenti taʼ Adam? Huma jistgħu jagħżlu jew li jaqdu lil Alla bl-​aħjar abbiltà imperfetta tagħhom jew li ma jobdux lill-​Ħallieq tagħhom.—Ġożwè 24:15.

Ġesù ġie “biex jagħti ruħu bħala rahan bi bdil maʼ ħafna.” (Mark 10:45) Imma min huma l-​“ħafna”? Adam huwa b’mod evidenti eskluż għaliex hu kien raġel perfett li deliberatament għażel li ma jobdix lil Alla u miet bħala midneb minn jeddu u li ma nidimx. Imma xi ngħidu dwar il-​familja kbira tiegħu, li jgħoddu bl-​eluf taʼ miljuni? Bi prezz li jikkorrispondi, Ġesù Kristu bbilanċja l-​kundanna li ntirtet u li kienet qiegħda fuq il-​familja taʼ Adam. (Qabbel 1 Timotew 2:5, 6.) Għan-​nom tal-​“ħafna” li jemmnu, Ġesù applika l-​mertu tal-​prezz tiegħu li jifdi.

Il-mifdijin li jemmnu jinkludu kemm Lhud kif ukoll Ġentili, jew nies tal-​ġnus. Igħid Pawlu: “Bhalma permezz taʼ nuqqas wieħed ir-​riżultat għall-​bnedmin taʼ kull xorta kien kundanna, bl-​istess mod ukoll permezz taʼ att wieħed taʼ ġustifikazzjoni r-​riżultat għall-​bnedmin taʼ kull xorta hu li jiġu ddikjarati twajbin għall-​ħajja.” (Rumani 5:18) Billi miet fuq zokk, “Kristu b’xiri ħeles [Lhud] mis-​saħta tal-​Liġi billi sar saħta minflok[hom], għaliex hu miktub: ‘Misħut hu kull raġel imdendel fuq zokk.’” (Galatin 3:13; Dewteronomju 21:23) Rumani 4:11 jalludi għall-​Ġentili meta jgħid li waqt li Abraham, il-​patrijarka tal-​Lhud, kien għadu mhux ċirkonċiż, hu sar “il-​missier taʼ dawk kollha li għandhom il-​fidi waqt li kien fin-​nuqqas taʼ ċirkonċiżjoni.” Mela, allura, is-​sagrifiċċju taʼ rahan taʼ Ġesù jibbenefika lil Lhud u Ġentili li jemmnu.

Il-korsa li tittieħed minn kull individwu tiddetermina jekk hux se jibbenefika mis-​sagrifiċċju taʼ Ġesù. Bħal Adam, dawk li minn jeddhom huma ħżiena ma jkollhomx il-​mertu taʼ rahan u l-​ħajja taʼ dejjem sfurzata fuqhom. Bħalma qal Kristu: “Dak li jeżerċita fidi fl-​Iben għandu l-​ħajja taʼ dejjem; dak li ma jobdix lill-​Iben mhux se jara l-​ħajja, imma l-​korla t’Alla tibqaʼ fuqu.” (Ġwann 3:36) Ir-​rahan ukoll jagħmel irxoxt possibbli għal dawk il-​mejtin li qegħdin fil-​memorja t’Alla. (Ġwann 5:28, 29) Jekk juru li huma ubbidjenti u japprezzaw, l-​applikazzjoni tal-​benefiċċji tar-​rahan għalihom tfisser li huma se jgħixu għal dejjem. Imma għal dawk li qed igħixu f’dawn “l-​aħhar jiem,” hemm il-​possibiltà taʼ ħajja eterna mingħajr ma jkollhom bżonn imutu qatt.—2 Timotew 3:l-5; Mattew 24:3-14, 21, 34; Ġwann 11:25, 26.

Raġunijiet għal Gratitudni

Kulmin jixtieq jibbenefika mir-​rahan irid ikollu apprezzament profond għalih. U kemm hi xierqa gratitudni bħal din! Wara kollox, ir-​rahan kien jeħtieġ imħabba abbundanti min-​naħa t’Alla u taʼ Kristu.

Alla Jehovah wera mħabba kbira f’li jipprovdi r-​rahan permezz tal-​mewt taʼ Ibnu. Qal Ġesù: “Alla tant ħabb lid-​dinja [taʼ bnedmin] li ta l-​Iben uniġenitu tiegħu, sabiex kulmin jeżerċita fidi fih jistaʼ ma jinqeridx imma jkollu l-​ħajja taʼ dejjem. Għax Alla bagħat lil Ibnu ’l quddiem ġewwa d-​dinja, mhux biex jiġġudika lid-​dinja, imma biex id-​dinja tiġi salvata permezz tiegħu.” (Ġwann 3:16, 17) M’għandekx int tapprezza din it-​turija tal-​imħabba t’Alla?

Aħseb iktar dwar il-​fond tal-​imħabba taʼ Jehovah f’li jagħmel provvediment għal rahan. Qabel ma l-​Iben t’Alla ġie mibgħut lejn l-​art biex igħix u jmut bħala raġel perfett, hu kien jeżisti qabel ma sar bniedem. Hu kien “l-​ewwel imwieled tal-​ħolqien kollu,” li permezz tiegħu “l-​affarijiet l-​oħra kollha nħolqu fis-​smewwiet u fuq l-​art, l-​affarijiet viżibbli u l-​affarijiet inviżibbli.” (Kolossin 1:13-16) Kemm kien iħobbu Jehovah lil Ibnu! Minkejja dan, Alla ma bagħatx wieħed kwalunkwe mill-​miljuni taʼ anġli tajbin lejn l-​art. L-​imħabba tiegħu għall-​umanità kienet tant kbira li bagħat lill-​Iben imwieled l-​ewwel tiegħu.

Ikkunsidra, wkoll, l-​imħabba profonda li Ġesù wera f’konnessjoni mar-​rahan. Bħala ħlejqa spirtu fis-​sema, hu kien “l-​imgħallem.” Veru, “l-​affarijiet li [l-Iben t’Alla] kien jitgħaxxaq bihom kienu m’ulied il-​bnedmin.” (Proverbji 8:22-31) Iżda, ma kienx faċli għalih li jħalli s-​sema, biċ-​ċirkostanzi favorevoli ferm tiegħu fi sħubija maʼ Missieru u maʼ mirjadi taʼ anġli tajbin. Mill-​post taʼ vantaġġ tiegħu fis-​sema, l-​Iben t’Alla setaʼ jara l-​kundizzjonijiet ħżiena fuq l-​art u l-​ħsara tad-​dnub u l-​mewt fuq l-​umanità. Hu kien jaf ukoll li biex jipprovdi r-​rahan se jfisser il-​mewt tiegħu. Iżda, hu “ħa s-​sura taʼ rsir u sar jixbaħ lill-​bnedmin. Iktar minn hekk, . . . umilja lilu nnifsu u sar ubbidjenti sal-​mewt.” Għal fedeltà bħal din, Ġesù ġie mgħolli għal ħajja glorjuża fis-​sema. (Filippin 2:5-11) X’imħabba wera f’dak li għandu x’jaqsam mar-​rahan! Tapprezzah int dak li għamel Ġesù?

Inti X’Se Tagħmel?

Il-​prelat Ingliż Richard taʼ Chichester (c. 1198-1253) darba talab li l-​irġiel u n-​nisa jistgħu jsiru “jafu lil Ġesù Kristu iktar biċ-​ċar, iħobbuh iktar mill-​qalb, u jsegwuh iktar mill-​qrib.” Is-​sagrifiċċju bħala rahan taʼ Ġesù żgur li jipprovdi raġuni waħda soda biex issir tafu, tħobbu, u ssegwih.

Li kieku ma kienx għar-​rahan, bħala midinbin aħna konna mmutu mingħajr tama, għax “in-​niggieża li tipproduċi l-​mewt hija d-​dnub.” (1 Korintin 15:56) B’hekk, biex tkun salvat mill-​mewt li tirriżulta minħabba li tkun ġejt imniggeż mid-​dnub, xi trid tagħmel? Hemm bżonn li titgħallem dwar il-​provvediment t’Alla għas-​salvazzjoni permezz taʼ Ġesù Kristu. Imbagħad trid turi li inti teżerċita l-​fidi fir-​rahan. Kif? Billi turi apprezzament mill-​qalb għalih, tiddedika lilek innifsek lil Alla, u tgħid lil oħrajn dwar dan il-​provvediment tal-​għaġeb għas-​salvazzjoni.

Din il-​korsa tistaʼ tpoġġik fost dawk tal-​“folla kbira” li “joħorġu mit-​tribulazzjoni l-​kbira, u . . . ħaslu lbieshom u għamluhom bojod fid-​demm tal-​Ħaruf,” Ġesù Kristu. (Rivelazzjoni 7:9, 14) Tagħhom hi t-​tama taʼ ħajja eterna f’ġenna tal-​art. (Luqa 23:43) Iva, u int tistaʼ tkun parti minn dik il-​folla ferħana, jekk il-​mewt taʼ Ġesù verament hija xi ħaġa prezzjuża għalik.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja