LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 11/15 p. 3
  • It-Twemmin fid-Destin Jaħkem lil Ħajtek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Twemmin fid-Destin Jaħkem lil Ħajtek?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ir-​Rwol tar-​Reliġjon
  • Destin jew biss Kumbinazzjoni?
    Stenbaħ!—1999
  • Għandu d-Destin Jaħkem lil Ħajtek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • It-​Tfittxija għad-​Destin Tal-​bniedem
    Stenbaħ!—1999
  • L-Inċidenti—Destin jew Ċirkostanzi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 11/15 p. 3

It-​Twemmin fid-​Destin Jaħkem lil Ħajtek?

F’SETTEMBRU tal-​1988 kien hemm diżastru. L-​ilmijiet bla ħniena tad-​delta vasta tax-​xmajjar Ganges u Brahmaputra għolew 30 pied u belgħu tliet kwarti mill-​Bangladesh. Eluf għerqu. Xi 37,000,000 baqgħu bla djar. ’lI fuq minn 40,000 mili toroq sparixxew.

Minħabba li għargħar bħal dan ħakem fuq il-​Bangladesh ħafna drabi, gazzetta sejħet il-​pajjiż “Delta taʼ Kastig.” Dik l-​ispjegazzjoni tirrifletti kif jaħsbuha ħafna nies dwar diżastri li jixxukkjaw bħal dawn: kastig jew destin.

Għalkemm oħrajn jistgħu jħossu li d-​destin ma jaħkimx il-​ħajja, opinjonijiet fatalistiċi tabilħaqq jeżistu madwar il-​globu. Għala tant nies jemmnu fid-​destin, u x’inhu l-​fataliżmu?

Ir-​Rwol tar-​Reliġjon

Il-​kelma “destin” ġejja mill-​kelma Latina fatum, li tfisser “dak li ntqal.”a Il-​fatalisti jemmnu li l-​ġrajjiet huma ffissati bil-​quddiem u li l-​bnedmin m’għandhomx setgħa li jbiddlu l-​affarijiet. Din il-​ħarsa ġiet mifruxa minn reliġjonijiet differenti u fasslet il-​ħarsa taʼ miljuni taʼ nies li jemmnu. Titwila fit-​tliet reliġjonijiet l-​iktar kbar tad-​dinja turi li d-​destin jinħeba wara faċċata taʼ diversi espressjonijiet—diversi daqs l-​għamliet tat-​tempji tal-​Indu, Moskejiet Islamiċi, u knejjes tal-​Kristjaneżmu.

Id-900 miljun Musulman li hawn fid-​dinja, per eżempju, jsostnu li d-​destin (Kismet) huwa ffissat mir-​rieda divina.b Il-​Koran jiddikjara: “L-​ebda ħażen ma jiġi fuq l-​art . . .. imma mniżżel fi ktieb qabel ma nġibuh f’eżistenza.” “U ruħ ma tmutx jekk mhux bil-​permess taʼ Allah; il-​perijodu huwa ffissat.”—Surah 57:22; 3:145.

Karma hija l-​liġi tal-​kaġun u l-​effett—faċċata oħra tad-​destin—li jeffettwa l-​ħajjiet taʼ kważi 700 miljun Indu fid-​dinja. Huma jemmnu li l-​ġrajjiet li jiġru fil-​ħajja preżenti taʼ wieħed Indu huma mmexxijin mill-​azzjonijiet tiegħu f’inkarnazzjoni preċedenti. Il-​Garuda Purana, kitba antika tal-​Indu tgħid: “Huma x-​xogħlijiet taʼ dan il-​wieħed fl-​eżistenza taʼ qabel li jiddeterminaw in-​natura tal-​organiżmu tiegħu fl-​oħra, kif ukoll il-​kwalità taʼ mard, kemm fiżiku jew mentali, li għandu jgħaddi minnu . . . Wieħed ikollu fil-​ħajja dak li hu ddestinat li jkollu.”

U xi ngħidu dwar il-​madwar 1,700 miljun membru tal-​Kristjaneżmu? Veru, xi wħud fil-​Kristjaneżmu jistgħu jsostnu li Alla ħa post id-​destin, u l-​fataliżmu ħaditlu postu l-​predestinazzjoni. Imma l-​Encyclopoedia of Religion and Ethics tgħid: “Ma jistax jingħad li l-​Kristjanità hija . . . totalment ħielsa mit-​twemmin fid-​Destin.” Xi denominazzjonijiet għadhom jidwu t-​twemmin taʼ Martin Luther, riformatista tas-​seklu 16, li darba kien stqarr li l-​bniedem huwa “ħieles daqs blokka tal-​injam, blata, ftit tafal, jew kolonna tal-​melħ.”

Iva, kemm jekk imsejjaħ Kismet, Karma, Alla, fortuna, jew l-​istilel, it-​twemmin fid-​destin huwa mifrux mal-​globu u għamel hekk għal ħafna żmien.

[Noti taʼ taħt]

a The Encyclopedia of Religion, il-​5 Volum, paġna 290, tistqarr: “ID-​DESTIN. Ġej mill-​kelma latina fatum (xi ħaġa mitkellma, dikjarazzjoni profetika, oraklu, determinazzjoni divina).”

b “Kismet hija differenti minn Destin biss f’li tiġi rreferuta għal Rieda li tistaʼ kollox; kull appell uman kontra xi waħda minnhom huwa għal xejn.”−Encyclopedia of Religion and Ethics taʼ Hastings, Volum V, paġna 774.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja