LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 11/15 pp. 4-6
  • Għandu d-Destin Jaħkem lil Ħajtek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għandu d-Destin Jaħkem lil Ħajtek?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Implikazzjonijiet tal-​Fataliżmu u l-​Kwalitajiet t’Alla
  • Il-​Fataliżmu u l-​Fatti
  • Il-​Konsegwenzi Fatali tal-​Fataliżmu
  • It-Twemmin fid-Destin Jaħkem lil Ħajtek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Destin jew biss Kumbinazzjoni?
    Stenbaħ!—1999
  • L-Inċidenti—Destin jew Ċirkostanzi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • It-​Tfittxija għad-​Destin Tal-​bniedem
    Stenbaħ!—1999
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 11/15 pp. 4-6

Għandu d-​Destin Jaħkem lil Ħajtek?

ĠESÙ KRISTU ma kienx jemmen bil-​fataliżmu. X’kienet il-​ħarsa tiegħu?

Ir-rakkonti biografiċi tal-​ewwel seklu dwar Ġesù (il-kotba Bibliċi taʼ Mattew, Mark, Luqa, u Ġwanni) jenfasizzaw it-​twemmin tiegħu f’li individwi jistgħu jkollhom influwenza fuq il-​futur tagħhom, li sempliċement ifisser dak li jiġrilhom.

Per eżempju, Ġesù qal li Alla se “jagħti affarijiet tajbin lil dawk li jistaqsuh” u li dak li “jkun issaporta sat-​tmiem hu dak li se jkun salvat.” Bl-​istess mod, meta l-​abitanti taʼ Ġerusalemm injoraw it-​twissijiet li kienu jsalvawlhom ħajjithom, Ġesù ma waħħalx fid-​destin għar-​reazzjoni tagħhom. Minflok, hu qal: “Intom ma ridtuhiex.”—Mattew 7:7-11; 23:37, 38; 24:13.

Nistgħu wkoll nindunaw kif kien jaħsibha Ġesù mill-​mod kif hu innota dwar inċident fatali li ġara f’Ġerusalemm, billi qal: “Dawk it-​tmintax li fuqhom waqaʼ t-​torri f’Siloam u b’hekk qatilhom, timmaġinaw intom li huma ġew ippruvati li kienu midjunin akbar min-​nies l-​oħra kollha li kienu joqogħdu f’Ġerusalemm? Le, tabilħaqq, ingħidilkom.” (Luqa 13:4, 5) Innota li Ġesù m’attribwiex il-​mewt taʼ dawk it-​18-il raġel lid-​destin, lanqas ma qal li huma mietu minħabba li kienu iktar ħżiena minn oħrajn. Minflok, kuntrarju għall-​Fariżej taʼ żmienu li ppruvaw igħaqqdu l-​fataliżmu mat-​twemmin li l-​bniedem huwa ħieles, Ġesù għallem li l-​bniedem jistaʼ jinfluwenza l-​futur individwali tiegħu.

L-appostli taʼ Ġesù bl-​istess mod għallmu li s-​salvazzjoni hija għażla li tistaʼ tinkiseb minn kulħadd. L-​appostlu Pawlu kiteb: “Ilek taf il-​kitbiet qaddisa, li jistgħu jagħmluk għaref għas-​salvazzjoni.” U l-​appostlu Pietru qal: “Bħal trabi għadhom jitwieldu, ifformaw xenqa għall-​ħalib mhux imħallat li jappartjeni lill-​kelma, biex bih tistgħu toktru għas-​salvazzjoni.” (2 Timotew 3:15; 1 Pietru 2:2; ara wkoll Atti 10:34, 35; 17:26, 27.) L-​Encyclopoedia of Religion and Ethics taʼ Hastings turi li kittieba tat-​tieni u t-​tielet seklu, bħal Ġustin, Oriġen, u Irenjus, ‘ma kienu jafu xejn dwar predestinazzjoni mhux kondizzjonata; huma għallmu rieda ħielsa.’

Imma jekk tant nies, inklużi ħafna Lhud madwarhom, emmnu f’forom taʼ fataliżmu, Ġesù u l-​Kristjani tal-​bidu għala ma emmnux li d-​destin tal-​bniedem huwa ffissat? Raġuni waħda hi li l-​ideja hija mħallta b’ħafna problemi. Biex insemmu biss tnejn: Il-​fataliżmu jmur kontra l-​kwalitajiet taʼ Alla Jehovah; huwa rrifjutat minn fatti stabbiliti. Iktar minn hekk, jistaʼ jipperikola l-​ħajja preżenti u futura tiegħek. Ħarsa iktar mill-​qrib se turik kif dan hu hekk.

L-​Implikazzjonijiet tal-​Fataliżmu u l-​Kwalitajiet t’Alla

Lura fit-​tielet seklu taʼ Q.E.K., il-​filosfu Zeno taʼ Ċitjum għallem lill-​istudenti tiegħu f’Ateni biex “jaċċettaw id-​digriet tad-​Destin b’mod mistur bħala l-​aħjar.” Darba waħda, madankollu, wara li Zeno sar jaf li l-​irsir tiegħu kien ħati taʼ serq, Zeno ġie wiċċ imb’wiċċ mal-​implikazzjonijiet tal-​filosofija tiegħu stess. Kif inhu dan? Meta hu sawwat lill-​ħalliel, l-​irsir wieġeb: “Imma kien miktub li jien għandi nisraq.”

L-irsir taʼ Zeno kellu punt. Jekk inti temmen li l-​mudell taʼ ħajja taʼ kull wieħed minna huwa determinat minn qabel, allura li tagħti tort lil xi ħadd għax isir ħalliel ikun qisu qed tagħti tort lil żerriegħa tal-​larinġ għax saret siġra tal-​larinġ. Wara kollox, kemm il-​bniedem u kemm iż-​żerriegħa sempliċement żviluppaw skond il-​programm. X’inhi, iżda, l-​implikazzjoni konklussiva taʼ raġunar bħal dan?

Sewwa, kieku l-​kriminali sempliċement isegwu d-​destin tagħhom, allura dak li ffissa x’kellu jiġri minnhom huwa responsabbli għall-​azzjonijiet tagħhom. Kieku min tgħid li hu dan? Skond il-​fatalisti, Alla nnifsu. Billi nieħdu dan ir-​raġunar pass taʼ ġgant ’il quddiem, Alla jrid ikun mela l-​Ewwel Kaġun tal-​ħażen, tal-​vjolenza, u tal-​oppressjoni kollha li qatt saru mill-​bniedem. Taċċettah dak int?

Artiklu fin-​Nederlands Theologisch Tijd-schrift (Ġurnal Olandiż tat-​Teoloġija) jinnota li ħarsa fatalistika bħal din “tissoponi bil-​quddiem stampa t’Alla li, għall-​inqas għall-​Kristjani, ma tistax tinżamm.” Għala? Għaliex hi tikkontradixxi l-​istampa t’Alla li hija ppreżentata mill-​kittieba mnebbħa tal-​Bibbja. Innota, per eżempju, dawn il-​kwotazzjonijiet mill-​ktieb imnebbaħ taʼ Salmi: “Int m’intix Alla li tieħu pjaċir bil-​ħażen.” “Lil kulmin iħobb il-​vjolenza Ruħu żgur li tobgħod.” “Mill-​oppressjoni u mill-​vjolenza hu [is-Sultan Messjaniku magħżul minn Alla] se jifdi lil ruħhom.” (Salm 5:4; 11:5; 72:14) B’mod ċar, l-​implikazzjonijiet tal-​fataliżmu u l-​kwalitajiet t’Alla huma kontra xulxin sew.

Il-​Fataliżmu u l-​Fatti

Imma xi ngħidu għal diżastri naturali? M’humiex iddestinati li jiġru u huma għalhekk impossibbli li treġġagħhom lura?

Il-fatti x’jistabbilixxu? Innota s-​sejbiet minn studju fuq il-​kaġun taʼ diżastri naturali, hekk kif irrapportat mill-​gazzetta Olandiża NRC Handelsblad: “S’issa, it-​terremoti, l-​għargħar, il-​valangi, u ċ-​ċikluni . . . kienu dejjem ikkunsidrati bħala xi ħaġa mhux normali fin-​natura. Madankollu, konsiderazzjoni iktar mill-​qrib turi li indħil uman drastiku fin-​natura effettwa serjament l-​abbiltà tal-​ambjent li jiddefendi lilu nnifsu kontra l-​gwaj. Bħala riżultat, diżastri naturali jieħdu iktar ħajjiet minn qatt qabel.”−Korsiv tagħna.

Il-għargħar fil-​Bangladesh li semmejna fl-​artiklu taʼ qabel huwa każ bħal dan. Ix-​xjenzati issa jgħidu li “l-​qerda tal-​foresti vasti tan-​Nepal, tal-​Indja taʼ fuq, u tal-​Bangladesh kienet fattur prinċipali fil-​għargħar li ħakmu lill-​Bangladesh f’dawn l-​aħħar snin.” (Ir-rivista Voice) Rapport ieħor igħid li t-​tqaċċit taʼ foresti żied ir-​rata taʼ għargħar fil-​Bangladesh minn għargħar kull 50 sena għal wieħed kull 4 snin. Atti bħal dawn taʼ indħil mill-​bniedem f’partijiet oħra tad-​dinja wasslu għal riżultati daqstant diżastrużi—nixfa, ħruq taʼ foresti, u valangi. Iva, l-​atti umani—mhux id-​destin misterjuż—taʼ spiss jikkaġunaw jew jaggravaw diżastri naturali.

Jekk inhu hekk, l-​atti umani għandhom ukoll jagħmlu l-​oppost: inaqqsu l-​gwaj. Hekk jiġri? Lanqas xejn. Ikkunsidra dawn il-​fatti: L-​UNICEF (United Nations Children’s Fund) tirrapporta li għal snin sħaħ mijiet taʼ tfal ġewwa l-​Bangladesh għamew. Kien dan ikkaġunat mid-​destin li ma jitbiddilx? Lanqas xejn. Wara li ħaddiema tal-​UNICEF ikkonvinċew lill-​ommijiet hemmhekk biex jitimgħu lill-​familja tagħhom mhux ross biss imma wkoll frott u ħaxix, il-​marda tal-​għajnejn bdiet tnaqqas. S’issa, din il-​bidla fid-​dieta salvat mijiet taʼ tfal fil-​Bangladesh milli jagħmew.

Bl-istess mod, nies li ma jpejpux igħixu, minn ras għal ras, sa tlieta jew erbaʼ snin iktar minn dawk li jpejpu. Passiġġieri fil-​karozzi li jilbsu ċ-​ċinturin tas-​sigurtà jmutu inqas b’diżgrazzji tas-​sewqan minn dawk li ma jilbsuhx. Ovvjament, l-​azzjonijiet tiegħek stess—mhux id-​destin—jinfluwenzaw lil ħajtek.

Il-​Konsegwenzi Fatali tal-​Fataliżmu

Kif diġà għedna, il-​fataliżmu jistaʼ wkoll iqassar il-​ħajja tiegħek. Kif? Meta tiddiskuti “eżempji tal-​fataliżmu taʼ xorta iktar tal-​biżaʼ,” The Encyclopedia of Religion tistqarr: “Mit-​Tieni Gwerra Dinjija nafu dwar attakki bit-​torpedo taʼ Ġappuniżi suwiċidjali u b’suwiċidji fil-​kwartieri tal-​SS (Schutzstaffel) matul ir-​reġim taʼ Hitler bi tweġiba għal ideja taʼ destin (Schicksal) li suppost kienet iktar mill-​valur tal-​ħajjiet umani individwali.” U iktar riċenti, jinnota l-​istess sors, “attakki suwiċidjali mnebbħin reliġjożament fuq miri li kienu bħala theddidiet għall-​Islam . . . saru kważi fattur regulari f’rapporti fil-​gazzetta dwar il-​Lvant Qarib.” Eluf taʼ suldati żgħażagħ, igħidu rapporti bħal dawn, marru fil-​battalja konvinti li “jekk mhux miktub li wieħed għandu jmut, ma se jiġrilu xejn.”

Iżda, saħansitra għalliema rispettati Musulmani joġġezzjonaw għal aġir traskurat bħal dan. Per eżempju, wieħed kalif qal: “Dak li qiegħed fin-​nar għandu jħalli ruħu f’idejn ir-​rieda t’Alla; imma dak li għad m’huwiex fin-​nar m’għandux għalfejn jintefaʼ fih.” Sfortunatament, gzuz taʼ suldati ma aġixxewx skond il-​parir tal-​kalif. Matul il-​kważi tmien snin taʼ gwerra, l-​Iran sofra telfa li hi stmata li hi taʼ 400,000 mewt—iktar imwiet mill-​battalja li kellha l-​Istati Uniti matul it-​Tieni Gwerra Dinjija! B’mod ċar, il-​fataliżmu jistaʼ jqassarlek ħajtek. Jistaʼ saħansitra jipperikola l-​ħajja futura tiegħek. Kif?

Ladarba fatalista jemmen li l-​futur huwa inevitabbli u ffissat daqs il-​passat, hu jistaʼ faċilment ifaqqas tendenza perikoluża fil-​karattru. Liema tendenza? The Encyclopedia of Theology twieġeb: “L-​individwu . . . jħossu bla ħila, fattur insinjifikanti u li jistaʼ jintuża fi proċessi soċjali li jidhru inevitabbli. Dan iħajjar lill-​passività li b’mod grat taħtaf mal-​ispjegazzjoni superstizzjuża li kollox jiddependi fuq id-​destin enigmatiku imma sovran.”

Li tkun passiv għala hu daqshekk perikoluż? Taʼ spiss iwassal għal attitudni fiergħa taʼ telfa. Dan jistaʼ jfixkel lill-​fatalist milli jieħu xi inizzjattiva jew saħansitra milli jaġixxi għall-​istedina meraviljuża t’Alla: “Ej hemm, intom ilkoll bil-​għatx! Ejjew lejn l-​ilma . . . Mejlu widintkom u ejjew għandi. Isimgħu, u ruħkom se tibqaʼ ħajja.” (Isaija 55:l-3) Jekk twemmin fid-​destin iżommok milli ‘tiġi’ u ‘tismaʼ,’ dan se jirriżulta f’li titlef l-​opportunità li ‘tibqaʼ ħaj’ għal dejjem fil-​Ġenna restawrata li ġejja fuq l-​art. Xi prezz għali dak biex tħallas!

Mela fejn qiegħed int? Jekk int trabbejt f’komunità fejn idejat fatalistiċi jiffurmaw il-​bażi tal-​mod taʼ ħsieb tan-​nies, int forsi aċċettajt it-​twemmin bla ma qatt iddubitajtu. Iżda, l-​oġġezzjonijiet diskussi f’dan l-​artiklu forsi għenuk biex tara li fil-​biċċa l-​kbira l-​ħajja preżenti u futura tiegħek hija msawra fuq l-​azzjonijiet tiegħek stess.

Kif rajt, ir-​raġuni, il-​fatti, u, fuq kollox, l-​Iskrittura Imqaddsa juru li int ma tridx iċċedi għal attitudni taʼ telfa fatali. Minflok, bħalma ħeġġeġ Ġesù: “Agonizzaw . . . biex tidħlu mill-​bieb id-​dejjaq.” (Luqa 13:24, The Emphatic Diaglott, qari interlineari) X’ried ifisser? Jispjega wieħed kummentatur tal-​Bibbja: “Il-​kelma [agonizza] hija meħuda mil-​logħob Grieg. Fit-​tlielaq tagħhom . . . huma stinkaw, jew agonizzaw, jew poġġew il-​qawwiet kollha tagħhom biex jiksbu r-​rebħa.” Minflok ma ċċedi għal li tiġi mirbuħ fil-​ħajja, Ġesù kien qed iħeġġeġ li int għandek tistinka għal xejn inqas minn rebħa!

Għaldaqstant, farfar kwalunkwe passività li tiġi minħabba t-​twemmin fid-​destin. Idħol fit-​tellieqa għall-​ħajja kif tħeġġeġ il-​Kelma t’Alla, u tħallix il-​fataliżmu jnaqqaslek ir-​ritmu. (Ara 1 Korintin 9:24-27.) Żid fil-​pass billi twieġeb malajr għall-​istedina mnebbħa: “Trid tagħżel il-​ħajja sabiex int tistaʼ tibqaʼ ħaj, int u nislek.” Kif tistaʼ tagħmel dik il-​għażla? “Billi tħobb lil Jehovah Alla tiegħek, billi tismaʼ minn leħnu u billi tingħaqad miegħu.” Li tagħmel hekk se jwassal għar-​rebħa, għax Jehovah żgur li se jkun “ħajtek u t-​tul taʼ jiemek.”−Dewteronomju 30:19, 20.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja