LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 8/1 p. 3
  • Il-Kriminalità f’Dinja Kaotika

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Kriminalità f’Dinja Kaotika
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Materjal Simili
  • Inkampaw mal-Kriminalità f’Dinja Kaotika
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Il-​ġlieda Mitlufa Kontra L-​kriminalità
    Stenbaħ!—1998
  • Il-Pulizija X’Inhu l-Futur Tagħhom?
    Stenbaħ!—2002
  • Meta Ma Kienx Hawn Kriminalità
    Stenbaħ!—1998
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 8/1 p. 3

Il-​Kriminalità f’Dinja Kaotika

“L-​KRIMINALITÀ m’hijiex xi fenomenu modern. L-​ewwel qtil seħħ eluf taʼ snin ilu meta Kajjin qatel lil ħuh Abel. L-​istupru u s-​sodomija huma msemmijin fl-​Iskrittura antika Ebrajka. (Ġenesi 4:8; 19:4, 5; 34:1-4) In-​nies kienu jiġu attakkati u misruqin fl-​ewwel seklu tal-​Era Komuni tagħna, kif turi l-​parabbola tas-​Samaritan it-​tajjeb. (Luqa 10:29-37) Imma hemm differenza llum.

Dak li jħossu n-​nies f’ħafna bliet kbar tad-​dinja, kemm jekk fi New York, Londra, Calcutta, jew Bogota, hu li l-​kriminalità hija iktar prevalenti u taʼ theddida akbar. Rapport f’India Today li jġib it-​titlu “Cult of Anarchy” (Kult taʼ Anarkija) jistqarr: “Żvilupp li jħawdek li qed ihedded li jġib fix-​xejn l-​insiġ delikat morali u soċjali li jinseg il-​pajjiż flimkien hu l-​elevazzjoni tal-​vjolenza, nuqqas taʼ dixxiplina bi sfida, u nuqqas taʼ liġi li sar kult.” Fil-​ġlieda tagħhom kontra l-​kriminalità, saħansitra l-​pulizija jiġu xi kultant ittantati li jgħaddu l-​konfini taż-​żamma tal-​liġi u jużaw metodi kriminali huma stess. Ir-​rapport taʼ qabel mill-​Indja jistqarr: “L-​imwiet li jseħħu fil-​kustodja tal-​pulizija għadhom ikunu fl-​aħbarijiet.” U dak huwa veru wkoll f’pajjiżi oħrajn.

Il-possibiltà taʼ li wieħed isir vittma tal-​kriminalità sejra mill-​ħażin għall-​agħar. Rapport mill-​Istati Uniti jgħid li “waħda minn kull erbat idjar Amerikani kienu involuti fi kriminalità jew vjolenza jew serq fl-​1988.” Barra minn hekk, in-​nies issa qed jikkommettu delitti vjolenti taʼ età iżgħar. Ir-​rivista Latina-Amerikana Visión tistqarr li “disaʼ minn kull għaxar sicarios [qattiela mikrijin] huma minuri. [Huma] ‘tfal’ fis-​sens ġenetiku u taħt protezzjoni legali.” Terġaʼ u tgħid, it-​twettieq taʼ delitti vjolenti minn minuri hija xejra mad-​dinja kollha.

Il-Bibbja pprofetizzat kważi 2,000 sena ilu: “Imma kun af dan, li fl-​aħħar jiem se jkun hawn żminijiet kritiċi li iebes biex issib tarfhom. Għax il-​bnedmin se jkunu jħobbu lilhom infushom, iħobbu l-​flus, . . . m’humiex leali, m’għandhom ebda affezzjoni naturali, . . . bla rażan, feroċi, mingħajr imħabba għat-​tjieba, tradituri, rashom iebsa, minfuħin bil-​kburija . . . Nies mill-​agħar u imposturi se jimxu ’l quddiem mill-​ħażin għall-​agħar, iqarrqu u jitqarrqu.”−2 Timotew 3:1-4, 13.

Mill-1914 ’il hawn hemm abbundanza taʼ evidenza li qed ingħixu f’dawk l-​aħħar jiem kritiċi. Id-​dinja, billi għaddiet minn żewġ gwerer dinjin u konflitti kbar oħrajn, saret f’ħafna modi li ma tistax tiggvernaha, kaotika. Il-​kriminalità qed tikber. F’ħafna bliet, il-​kriminali qed imexxu, billi bidlu l-​mod taʼ ħajja tal-​maġġoranza li jobdu l-​liġi. Kif stqarr wieħed senatur prominenti tal-​Istati Uniti: “Tant hemm affarijiet li jġagħluk tinkwieta llum, affarijiet li qatt ma konna nibżgħu minnhom qabel. Xi drabi tant nibżgħu li sirna priġunieri, waqt li dawk li suppost huma maqfulin qegħdin ħelsin.”

Bħala konsegwenza, in-​nies illum qed jieħdu prekawzjonijiet li ma kinux meħtieġa 20 jew 30 sena ilu. Il-​bibien għandhom żewġ jew tliet serraturi u huma rinforzati bl-​azzar. In-​nies f’ħafna nħawi jġorru biżżejjed flus biex jissodisfaw lil xi brigant bit-​tama li jevitaw li jaqilgħu xi xebaʼ għax ma jkollhomx biżżejjed biex inewlu lill-​ħallelin. Ħafna toroq huma baħħ wara nżul ix-​xemx, u jkun hemm biss l-​inġenjużi, taʼ moħħhom ħafif, u dawk li sfurzati miċ-​ċirkustanzi biex joħorġu—miri faċli għal predaturi li jgħarrxu fil-​belt qisha ġungla.

X’nistgħu nagħmlu aħna biex nevitaw li nkunu vittmi tal-​kriminalità f’din id-​dinja kaotika u taʼ anarkija? Kif nistgħu nkampaw?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja