LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 8/1 pp. 4-6
  • Inkampaw mal-Kriminalità f’Dinja Kaotika

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Inkampaw mal-Kriminalità f’Dinja Kaotika
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Mentalità Kriminali u l-​Ġustizzja
  • Għerf Prattiku u Sens Komun
  • Xi Ngħidu Jekk Tiġi Attakkat?
  • Meta l-​Kriminalità Se Tieqaf
  • Il-Pulizija X’Inhu l-Futur Tagħhom?
    Stenbaħ!—2002
  • Il-Kriminalità f’Dinja Kaotika
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Il-​ġlieda Mitlufa Kontra L-​kriminalità
    Stenbaħ!—1998
  • Meta Ma Kienx Hawn Kriminalità
    Stenbaħ!—1998
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 8/1 pp. 4-6

Inkampaw mal-​Kriminalità f’Dinja Kaotika

TIBŻAʼ int toħroġ barra bil-​lejl? Għandek bżonn taʼ tnejn jew tliet serraturi fil-​bibien u t-​twieqi tiegħek? Il-​karozza jew ir-​rota tiegħek qatt ġew misruqin? Qatt ħadulek ir-​radju mill-​karozza tiegħek? Tħossok int li tibża tmur f’ċerti nħawi?

Jekk it-​tweġiba tiegħek hija iva għal xi waħda minn dawn il-​mistoqsijiet, mela int qed tipprova tkampa mal-​kriminalità f’dinja kaotika. X’tistaʼ tagħmel dwar dan? Il-​Bibbja tistaʼ tgħinek biex tkampa?

Il-​Mentalità Kriminali u l-​Ġustizzja

Fid-​dinja mimlija kriminalità, hemm tliet elementi bażiċi: il-​kriminali, l-​pulizija, u l-​vittmi. X’inhu meħtieġ sabiex int, vittma prospettiv, tkun tistaʼ tkampa mal-​kriminalità? Tistaʼ tinfluwenza xi wieħed minn dawn it-​tliet elementi? Per eżempju, tistaʼ tbiddel lill-​kriminali?

Ara, ħafna kriminali għamlu l-​kriminalità l-​karriera tagħhom. Huma għażluha bħala l-​eħfef mod taʼ ħajja. ‘Għalfejn taħdem meta tistaʼ tgħix b’dak li jaqlaʼ ħaddieħor?’ jidher li hi l-​filosofija tagħhom. Il-​briganti jafu li ġeneralment il-​vittmi jnewlu flushom mingħajr ġlied. U billi jafu li ma jinqabdux kif ġieb u laħaq, għalihom il-​kriminalità hija l-​aħjar.

Barra minn hekk, il-​proċeduri tal-​qorti huma kkumplikati u jieħdu ħafna żmien. F’ħafna pajjiżi, hemm ftit wisq qrati, imħallfin, u ħabsijiet. Il-​każi pendenti tal-​kriminal jegħlbu lis-​sistema. Ir-​roti tal-​ġustizzja jduru tant bil-​mod li s-​sitwazzjoni hi kif il-​Bibbja ddeskrivietha iktar minn tlett elef sena ilu: “Għaliex sentenza kontra xogħol ħażin ma ġietx esegwita bil-​għaġla, hu għalhekk li l-​qalb taʼ wlied il-​bnedmin saret lesta għalkollox fihom biex jagħmlu l-​ħażin.” Kif jindika l-​prinċipju Bibliku, hemm tama żgħira taʼ soluzzjoni billi jitnaqqas in-​numru taʼ kriminali jew li jirriformawhom.—Ekkleżjasti 8:11.

Xi ngħidu għat-​tieni element, il-​pulizija? Hemm xi tama li l-​pulizija se tlaħħaq mas-​sitwazzjoni? Huma nfushom iwieġbu: Bil-​liġijiet li dejjem ixaqilbu favor id-​drittijiet tal-​kriminali, b’avukati bla skruplu li jimmanipulaw il-​liġi biex jeħilsu bniedem ħati, b’komunitajiet li jżommu lura milli jidħlu għannefqa enormi taʼ iktar ħabsijiet u akbar, u b’nuqqas taʼ nies biżżejjed li jaħdmu fil-​pulizija, hemm ftit li xejn avvanz li jistgħu jagħmlu kontra l-​valangi taʼ kriminalità.

Jibqaʼ t-​tielet element, il-​vittmi potenzjali: aħna, il-​pubbliku. Hemm xi ħaġa li aħna nistgħu nagħmlu biex ingħinu lilna nfusna nkampaw f’din is-​sitwazzjoni kważi taʼ anarkija?

Għerf Prattiku u Sens Komun

Il-​ktieb Bibliku taʼ Proverbji jistqarr: “Is-​salvagwardja l-​għerf prattiku u l-​abbiltà li taħseb u huma se juru li jkunu ħajja għal ruħek u ħlewwa għal gerżumtek. F’dak il-​każ int se timxi fis-​sigurtà fil-​mogħdija tiegħek, u saħansitra riġlek ma jaħbat maʼ xejn.” Dan il-​parir jistaʼ japplika f’sitwazzjonijiet li x’aktarx jagħmlu lil dak li jkun vittma taʼ kriminalità. X’inhuma xi modi li bih għerf prattiku jistaʼ jgħinna f’dan il-​qasam?—Proverbji 3:21-23.

Il-kriminali għandhom it-​tendenza li jkunu bħal bhejjem selvaġġi tal-​priża. Huma jfittxu l-​eħfef priża. Ma jridux jirriskjaw xi taqbida u forsi li jiġu maqbudin jokk huma jistgħu jiksbu l-​istess ħaġa minn vittma faċli. Mela huma jfittxu lix-​xjuħ, il-​morda, l-​imħawdin, u lil dawk li lanqas biss joħolmu b’sitwazzjoni perikoluża. Dawn in-​nies taʼ qattagħni jagħżlu l-​ħin u l-​post li jaqblilhom l-​iktar biex jattakkaw. Hawn hu fejn vittmi potenzjali jistgħu jużaw għerf prattiku.

Kif tiddeskrivihom il-​Bibbja, dawk li jħobbu l-​ħażen taʼ spiss jagħmlu x-​xogħol tagħhom fis-​satra tal-​lejl. (Rumani 13:12; Efesin 5:11, 12) Huwa minnu llum li ħafna atti kriminali kontra nies u propjetà jsiru bil-​lejl. (Qabbel Ġob 24:14; 1 Tessalonkin 5:2.) Għalhekk, fejn hu possibbli l-​bniedem għaqli se jevita li jkun barra f’inħawi perikolużi bil-​lejl. Fil-​belt miżgħuda bil-​kriminalità taʼ New York, ir-​rekord taʼ kuljum tal-​pulizija jirrivela li ħafna nies jiġu attakkati wara nżul ix-​xemx u speċjalment wara l-​għaxra, taʼ spiss hekk kif ikunu sejrin lura lejn l-​appartamenti tagħhom. Il-​predaturi qegħdin fit-​toroq vojti ifittxu l-​vittmi. B’hekk, jekk ikollok għażla taʼ li tistenna l-​karozza tal-​linja jew taxi jew timxi minn inħawi perikolużi, kun paċenzjuż u stenna. Inkella, l-​esperjenza tistaʼ tkun taʼ wġigħ.

Kristjan ġie msawwat b’mod sever u misruq meta minflok ma stenna l-​karozza tal-​linja f’xi l-​għaxra taʼ bil-​lejl, hu mexa parti żgħira fid-​dlam. Kien hemm iktar nies fit-​triq, imma tliet irġiel taʼ qattagħni kienu nasbu nassa għall-​innoċenti. Wieħed għamel sinjal lill-​oħrajn meta l-​vittma kienet għaddejja fit-​triq. Mingħajr ebda kelma, huma attakkaw lill-​vittma u mbagħad serquh. Tant għamluh malajr li saħansitra wieħed mill-​ġirien ma kellux ċans jindaħal. Il-​vittma iktar tard ammetta: “Darb’oħra nistenna l-​karozza tal-​linja.”

‘The Artful Dodger,’ karattru li kien wieħed li jisraq mill-​bwiet bla ma tinduna fin-​novella taʼ Dickens Oliver Twist, kien mudell oriġinali fjakk tad-​delinkwenti tat-​triq fi żmien modern. Kontra tal-​‘Artful Dodger,’ il-​ħallelin u l-​briganti tal-​lum, tkun xi tkun l-​età tagħhom, x’aktarx li jkunu armati b’arma tan-​nar jew sikkina, u huma se jużawha. Turisti li ma jkunux jafu fejn qegħdin, viżitaturi, u dawk li jitlajjaw f’belt storbjuża huma miri faċli għal delinkwenti bħal dawn. Huma jisirqu kulma jistgħu f’ħakka t’għajn! X’jistaʼ jqanqal lil ħalliel? Xi ġiżirana tad-​deheb jew xi ġojjelli prezzjużi milbusin. Jew xi kamera tar-​ritratti mdendla maʼ xi għonq taʼ xi turist. Qisu l-​istess bħal kieku tilbes sinjal li jgħid, “Ejja u aqbadni!” B’hekk, hemm bżonn li tkun diskret. Aħbi kwalunkwe ġojjelli u ġorr il-​kamera tar-​ritratti b’mod inqas ovvju, forsi moħbija f’basket. Dan hu għerf prattiku.

Li tkun attent hu mod ieħor kif tistaʼ tkampa mal-​kriminalità. Il-​Bibbja tistqarr: “Inkwantu għal xi ħadd li hu għaqli, għajnejh qegħdin f’rasu; imma l-​wieħed stupidu qed ikompli jimxi fi dlam assolut.” (Ekkleżjasti 2:14) Billi tapplika din it-​twissija għall-​problema tal-​kriminalità se jwassal biex dak li jkun jinduna b’xi nies li jitlajjaw b’mod suspettuż bla ebda skop. Oqgħod għassa għal ħallelin li jistgħu jiġu minn warajk u jaħtfulek il-​basket hekk kif tkun miexi fuq il-​bankina. Ladarba xi wħud ikunu fuq muturi u jaħtfu l-​propjetà taʼ nies oħrajn hekk kif jisgiċċaw minn ħdejhom, qatt timxi f’tarf il-​bankina, speċjalment jekk tkun qed iġġorr xi briefcase jew handbag. Evita ferroviji li jkunu kważi vojta. Tkun iktar żgur f’folla taʼ nies f’post fejn hemm ħafna dawl. Il-​ħallelin ma jridux li jarawhom u jagħrfuhom.

Is-serq hu delitt ieħor li jistaʼ jiġi taʼ spiss evitat li kieku n-​nies kienu iktar konxji tal-​kriminalità. Il-​Bibbja għamlet sewwa li wżat il-​paragun: “Minn ġot-​twieqi jidħlu bħall-​ħalliel.” (Ġojeli 2:9) Għerf prattiku juri li int m’għandekx tħalli bibien jew twieqi mhux imsakkrin. Huwa dejjem minnu li l-​prevenzjoni hi bil-​wisq aħjar mill-​kura. Spejjez żejda biex tipproteġi d-​dar huma tabilħaqq sigurtà kontra s-​serq u ħsara fiżika.

Xi Ngħidu Jekk Tiġi Attakkat?

Iva, xi ngħidu, jekk minkejja l-​prekawzjonijiet kollha, int tiġi mwaqqaf minn brigant? Ipprova tagħmilx paniku jew tagħmel xi movimenti taʼ malajr. Ftakar li l-​ħalliel jistaʼ jkun eċċitat ukoll u jistaʼ jinterpreta ħażin l-​azzjonijiet tiegħek. Ipprova tkellem u rraġuna mal-​persuna jekk iħallik jew tħallik. (Iva, min jattakkak jistaʼ wkoll ikun mara.) Xi kultant briganti ġew imqanqlin meta jsiru jafu li jkunu qed jattakkaw Kristjan sinċier u ġenwin. Hi x’inhi r-​reazzjoni, tipprovax tirreżisti jekk huwa biss il-​flus u l-​affarijiet tiegħek li jkunu jridu. Agħtihom dak li jridu. Il-​Bibbja tgħallem li l-​ħajja taʼ dak li jkun hija prezzjuża wisq iktar minn kull ħaġa li jistaʼ jkollok.—Qabbel Mark 8:36.

Mingħajr ma tidher li qed tiflieh, ipprova nnotalu xi karatteristiċi distinti li l-​brigant jistaʼ jkollu, jew fl-​ilbies jew fid-​dehra fiżika tiegħu. X’aċċent għandu? Dawn id-​dettalji kollha jistgħu jkunu utili meta tirrapporta lill-​pulizija, ladarba ħafna mill-​kriminali huma regulari bil-​mod individwali tagħhom kif joperaw u jistaʼ b’hekk ikun eħfef biex tidentifikaħom.

Xi ngħidu dwar jekk iġġorrx arma biex tiddefendi lilek innifsek? Ċertament ma jkunx għaqli għal Kristjan li jġorr armi. Jekk xi raġel taʼ qattagħni jaħseb li int kont se toħroġ xi arma, hu jistaʼ ma jaħsibhiex darbtejn dwar li jweġġgħek jew joqtlok. Iktar minn hekk, kif tistaʼ ssegwi l-​prinċipju tal-​Bibbja biex ‘iżżomm il-​paċi mal-​bnedmin kollha’ jekk inti armat għal kontrattakk vjolenti?—Rumani 12:18.

Minkejja l-​prekawzjonijiet li int tistaʼ tieħu, m’hemm ebda garanzija li xi darba mhux se tkun vittma. Fi bliet mimlijin kriminalità, tinħtieġ biss li tinzerta fil-​post ħażin fil-​ħin ħażin. M’ilux wisq fi New York, avukat ħareġ mill-​uffiċċju tiegħu biex jieħu kafè. Hekk kif daħal fil-​ħanut, xi żgħażagħ għaddew f’karozza u sparaw fuq il-​post. L-​avukat ġie maqtul minn tir f’rasu. Minħabba ż-​“żmien u ġrajja mhix mistennija,” hu tilef ħajtu. Xi traġedja! Hemm xi tama għal soluzzjoni permanenti għaż-​żjieda preżenti taʼ kriminalità li qed tiksi lid-​dinja?—Ekkleżjasti 9:11.

Meta l-​Kriminalità Se Tieqaf

Kważi elfejn sena’ ilu, Ġesù bassar li ġenerazzjoni kellha tiġi li kellha tara iktar ġrajjiet tal-​biżaʼ minn xi ġenerazzjoni qabilha. Bit-​televiżjoni u komunikazzjoni diretta, miljuni, le, eluf taʼ miljuni, jaraw fuq l-​istazzjonijiet lokali tal-​aħbarijiet atroċitajiet hekk kif ikunu qed jiġu mwettqin. Id-​dinja saret raħal, u l-​aħbarijiet tad-​dinja huma mmedjatament aħbarijiet lokali. Bħala konsegwenza, ir-​realta kuljum tidher, u kif ipprofetizza Ġesù, ħafna nies “iħosshom ħażin bil-​biżaʼ u bl-​istennija tal-​affarijiet li ġejjin fuq l-​art abitata.”−Luqa 21:26.

Ġesù ra bil-​quddiem il-​ġrajjiet li seħħew mill-​1914 ’il hawn, ġrajjiet li kellhom ikunu l-​preludju għall-​“konklużjoni tas-​sistema taʼ affarijiet.” (Mattew 24:3-14) Imma hu qal ukoll: “Meta taraw dawn l-​affarijiet iseħħu, kunu afu li s-​saltna t’Alla hija qrib.” (Luqa 21:31) Dak ifisser li l-​ħakma taʼ tjieba t’Alla dalwaqt se teffettwa b’mod drammatiku lill-​art.—Mattew 6:9, 10; Rivelazzjoni 21:1-4.

Taħt dik il-​ħakma, il-​ġwejdin biss, dawk li jħobbu l-​paċi, u dawk li huma ubbidjenti lejn Alla se jkollhom sehem mill-​kundizzjonijiet taʼ Ġenna tal-​art. X’se jiġrilhom il-​kriminali u dawk li jagħmlu l-​ħażen? “Bħall-​ħaxix huma se jinxfu bil-​ħeffa, u bħal ħaxix ġdid aħdar se jitbielu. Għax dawk li jagħmlu l-​ħażen infushom se jinqatgħu, imma dawk li qed jittamaw f’Jehovah huma dawk li se jkollhom pussess tal-​art.” Taħt dak il-​gvern taʼ tjieba tas-​sema, la se jkun hemm kaos u lanqas kriminalità.—Salm 37:2, 9.

Jekk inti tixtieq tkun taf iżjed dwar din it-​tama bbażata minn fuq il-​Bibbja taʼ gvern dinji taʼ paċi u li jibqaʼ, ikkuntattja lix-​Xhieda taʼ Jehovah fl-​inħawi fejn toqgħod jew fil-​Kingdom Hall tagħhom. Huma bil-​qalb kollha jgħinuk biex tifhem il-​Bibbja, mingħajr ħlas.

[Kumment f’paġna 5]

“Dawk li jagħmlu l-​ħażen infushom se jinqatgħu, imma dawk li qed jittamaw f’Jehovah huma dawk li se jkollhom pussess tal-​art.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja