LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 2/1 p. 19
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Materjal Simili
  • Uri Interess Kollu Mħabba fl-“Iltiema”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Familji bla Missier—Kif Jitwaqqaf Iċ-Ċiklu
    Stenbaħ!—2000
  • Familji bla Missier Sinjal taż-Żminijiet
    Stenbaħ!—2000
  • Nerfgħu r-Responsabbiltà taʼ li Nieħdu Ħsieb il-Familja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 2/1 p. 19

Mistoqsijiet mill-Qarrejja

Ladarba l-​Bibbja spiss issemmi “t-​tifel bla missier,” jindika dan inqas tħassib lejn il-​bniet?

Definittivament le.

In-New World Translation of the Holy Scriptures tuża l-​frażi “t-​tifel bla missier” f’ħafna versi li juru t-​tħassib t’Alla għal tfal li m’għandhomx ġenitur. Alla għamel dan it-​tħassib ċar fil-​liġijiet li hu ta lil Iżrael.

Per eżempju, Alla stqarr: “Intom ma tridux tnikktu lil xi armla jew tifel bla missier. Jekk tnikktuh b’xi mod, imbagħad jekk igħajjat lili b’xi mod, jien bla ma nonqos se nismaʼ l-​għajta tiegħu; u r-​rabja tiegħi tabilħaqq se tixgħel, u ċertament li se noqtolkom bis-​sejf, u n-​nisa tagħkom iridu jsiru romol u wliedkom subien tfal bla missier.” (Eżodu 22:22-24) “Jehovah Alla tagħkom hu dak Alla taʼ l-​allat u l-​Mulej tal-​mulejiet, dak Alla kbir, setgħan u li jqanqal biżaʼ, li ma jittratta lil ħadd b’parzjalità u lanqas ma jaċċetta tixħim, billi jesegwixxi ġudizzju għat-​tifel bla missier u għall-​armla.”—Dewteronomju 10:17, 18; 14:29; 24:17; 27:19.

Ħafna verżjonijiet tal-​Bibbja jinqraw “wild bla missier” jew “orfni” f’dawn il-​versi, u b’hekk ikopru kemm lis-​subien u kemm lill-​bniet. Madankollu, traduzzjonijiet bħal dawn jinjoraw karatteristika li tinsab fil-​kelma bażika Ebrajka (ya·thohmʹ), li qiegħda fil-​ġeneru maskil. Minflok, in-​New World Translation of the Holy Scriptures tuża t-​traduzzjoni eżatta “tifel (subien) bla missier,” bħal f’​Salm 68:5, li jinqara: “Missier taʼ subien bla missier u mħallef tar-​romol huwa Alla fil-​għamara qaddisa tiegħu.” Ibbażat fuq l-​istess sensittività għall-​Ebrajk bażiku, il-​ġeneru femminil taʼ verb f’​Salm 68:11 jirrikkmanda l-​qari: “In-​nisa li qegħdin ixandru l-​aħbar tajba huma armata kbira ħafna.”a

Avolja “tifel bla missier” hija t-​traduzzjoni prinċipali taʼ ya·thohmʹ, dan m’għandux jittieħed bħala li qiegħed jissuġġerixxi nuqqas taʼ tħassib għal bniet li m’għandhomx ġenitur. L-​iskritturi kkwotati u oħrajn juru li n-​nies t’Alla kienu inkuraġġiti biex jieħdu ħsieb in-​nisa, ir-​romol. (Salm 146:9; Isaija 1:17; Ġeremija 22:3; Żakkarija 7:9, 10; Malakija 3:5) Fil-​Liġi, Alla inkluda wkoll rakkont dwar deċiżjoni ġudizzjarja li ggarantiet wirt għall-​bniet bla missier taʼ Żelofeħad. Dik ir-​regola saret statut biex jiġu ttrattati sitwazzjonijiet simili, u b’hekk appoġġjat id-​drittijiet taʼ bniet bla missier.—Numri 27:1-8.

Ġesù ma ddiskriminax bil-​ġeneru f’li juri qalb tajba lejn it-​tfal. Minflok, naqraw: “Xi nies bdew iġibulu tfal żgħar biex hu jmisshom lil dawn; imma d-​dixxipli ċanfruhom. Malli ra dan Ġesù tgħaddab bi stmerrija u qalilhom: ‘Ħallu t-​tfal żgħar jiġu għandi; tippruvawx twaqqfuhom, għax is-​saltna t’Alla tappartjeni lil uħud bħal dawn. Verament ingħidilkom, Kulmin ma jilqax is-​saltna t’Alla bħal tifel żgħir bl-​ebda mod ma se jidħol fiha.’ U ħa t-​tfal f’dirgħajh u beda jberikhom.”—Mark 10:13-16.

Il-kelma Griega tradotta hawn “tfal żgħar” qiegħda fil-​ġeneru newtru. Dizzjunarju magħruf Grieg igħid li din il-​kelma hi “wżata kemm għal subien u kemm għal bniet.” Ġesù kien qiegħed jirrifletti interess bħal dan minn Jehovah fit-​tfal kollha, subien u bniet. (Ebrej 1:3; qabbel Dewteronomju 16:14; Mark 5:35, 38-42.) Għandu jkun b’hekk irrikonoxxut li pariri fl-​Iskrittura Ebrajka dwar li wieħed jieħu ħsieb taʼ “subien bla missier” jammontaw għal pariri dwar kif għandna nuru tħassib dwar it-​tfal kollha li m’għandhomx ġenitur jew ġenituri.

[Nota taʼ taħt]

a It-Tanakh Lhudi jinqara: “Il-​MULEJ jagħti kmand; in-​nisa li jġibu l-​aħbar huma qatgħa kbira.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja