LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 6/15 p. 30
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Materjal Simili
  • Hu jgħallem lil Nikodemu billejl
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Tgħallem Lezzjoni Minn Nikodemu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Jgħallem lil Nikodemu
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Il-Kristjani Leali Kollha Jmorru fis-Sema?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 6/15 p. 30

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Ġesù x’ried ifisser meta qal lil Nikodemu: “Ebda bniedem ma telaʼ fis-​sema ħlief dak li niżel mis-​sema, Bin il-​bniedem”?—Ġwanni 3:​13.

Meta qal dan il-​kliem Ġesù kien fuq l-​art u ma kienx għadu telaʼ, jew irritorna, lejn is-​sema. Madankollu, dak li nafu dwar Ġesù u l-​kuntest taʼ kliemu jistgħu jgħinuna nifhmu t-​tifsir taʼ dak li qal.

Ġesù “niżel mis-​sema” fis-​sens li qabel kien għex fil-​qasam taʼ l-​ispirti maʼ Missieru, imma fiż-​żmien stabbilit, il-​ħajja taʼ l-​Iben tpoġġiet f’ġuf Marija, u dan wassal għat-​twelid taʼ Ġesù bħala bniedem. (Luqa 1:​30-35; Galatin 4:4; Ebrej 2:​9, 14, 17) Wara mewtu, Ġesù kien se jiġi rxoxtat bħala ħliqa spirtu u jerġaʼ jingħaqad maʼ Ġeħova. B’hekk, ftit qabel ma ġie maqtul, Ġesù setaʼ jitlob: “Missier, igglorifikani maġenbek bil-​glorja li kelli ħdejk qabel ma kienet teżisti d-​dinja.”​—Ġwanni 17:5; Rumani 6:​4, 9; Ebrej 9:24; 1 Pietru 3:18.

Meta Ġesù kellem lil Nikodemu, Fariżew u għalliem f’Iżrael, Ġesù kien għadu ma rritornax fis-​sema. M’għandniex xi ngħidu, ebda bniedem ieħor ma kien miet u telaʼ fil-​qasam taʼ l-​ispirti, fis-​sema. Ġesù nnifsu stqarr li ma kien hemm ħadd daqs Ġwanni l-​Battista bħala profeta t’Alla, imma fl-​istess ħin “min hu fost l-​iżgħar fis-​saltna tas-​smewwiet hu akbar minnu.” (Mattew 11:11) U l-​appostlu Pietru spjega li anki s-​Sultan leali David kien miet u kien għadu fil-​qabar tiegħu; David ma telax fis-​sema. (Atti 2:​29, 34) Kien hemm raġuni għala dawk li mietu qabel Ġesù, bħal David, Ġwanni l-​Battista, u l-​irġiel l-​oħra taʼ fidi ma telgħux fis-​sema. Huma mietu qabel ma Ġesù fetaħ it-​triq jew il-​possibbiltà biex il-​bnedmin jiġu rxoxtati għal ħajja fis-​sema. L-​appostlu Pawlu kiteb li Ġesù, bħala wieħed li jħejji t-​triq, “inawgura . . . triq ġdida u ħajja” fis-​sema.​—Ebrej 6:​19, 20; 9:24; 10:​19, 20.

Ladarba Ġesù kien għadu ma mietx u ġie rxoxtat, x’ried ifisser meta qal lil Nikodemu: “Ebda bniedem ma telaʼ fis-​sema ħlief dak li niżel mis-​sema, Bin il-​bniedem”? (Ġwanni 3:13) Ikkunsidra l-​kuntest, jew dak li Ġesù kien qed jiddiskuti maʼ Nikodemu.

Meta dan il-​mexxej Lhudi mar għand Ġesù fis-​satra tal-​lejl, Ġesù qallu: “Tassew, tassew, ngħidlek, Jekk wieħed ma jitwilidx mill-​ġdid, ma jistax jara s-​saltna t’Alla.” (Ġwanni 3:3) Bi tweġiba, Nikodemu staqsa: ‘Kif jistaʼ jkun? Bniedem kif jistaʼ jerġaʼ jitwieled?’ Ma fehemx it-​tagħlim divin dwar li jkun fis-​Saltna t’Alla. Kien hemm xi mod li bih setaʼ jitgħallem dwar dan? Mhux mill-​ħarsa tal-​bniedem; ebda bniedem ma setaʼ jgħallmu dwar dan għaliex ħadd ma kien telaʼ fis-​sema, u b’hekk kien f’pożizzjoni li jispjega xi ħaġa dwar kif tidħol fis-​Saltna. L-​uniku eċċezzjoni kien Ġesù. Hu setaʼ jgħallem lil Nikodemu u lil oħrajn għaliex Hu kien niżel mis-​sema u kien kwalifikat biex jgħallem lin-​nies dwar dawn l-​affarijiet.

Għalhekk, il-​mistoqsija fuq il-​vers taʼ hawn fuq turi ċar punt importanti dwar l-​istudju tal-​Kelma t’Alla. M’huwiex raġunevoli li wieħed ikollu dubji dwar xi vers għaliex jidher li hu diffiċli biex jinftiehem. Dak li tgħid il-​Bibbja f’post wieħed għandu jitqies bl-​għajnuna taʼ versi oħra li jkunu fi qbil miegħu. Barra minn hekk, spiss il-​kuntest​—is-​sitwazzjoni jew x’kien qed jiġi diskuss​—jistaʼ jgħinna nsibu t-​tifsir raġunevoli u loġiku taʼ vers li jħawwadna xi ftit.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja