LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w12 1/1 p. 5
  • 2 Alla Mhux Veru Jimpurtah—Huwa Minnu Dan?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 2 Alla Mhux Veru Jimpurtah—Huwa Minnu Dan?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Materjal Simili
  • Ġeħova Għadd ‘Saħansitra x-Xagħar taʼ Rasek’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Għallem Dak li l-Bibbja Tgħallem Verament
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Se Jismaʼ Alla t-Talb Tiegħi?
    Stenbaħ!—2001
  • Kemm Hi Prezzjuża Ħajtek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
w12 1/1 p. 5

2 Alla Mhux Veru Jimpurtah​—Huwa Minnu Dan?

Dak li għandek mnejn smajt: “Jekk Alla verament jimpurtah mill-​umanità, kieku jneħħi l-​ħażen u t-​tbatija mid-​dinja. U anki kieku jinteressah min-​nies inġenerali, ma jimpurtahx minn dak li jiġri lili.”

Dak li tgħallem il-​Bibbja: Alla Ġeħova ma jikkaġunax il-​ħażen. (Ġakbu 1:13) Filwaqt li jistaʼ jneħħi l-​ħażen meta jrid, hu qed jippermetti li s-​soċjetà korrotta teżisti għalissa sabiex iwieġeb mistoqsijiet li tqajmu fil-​bidu tal-​istorja umana. Fl-​aħħar mill-​aħħar se jaġixxi għall-​benefiċċju tal-​umanità u jneħħi l-​inkwiet kollu li qalgħu dawk li jiċħdu l-​ħakma tiegħu.—Ġenesi 3:1-​6; Isaija 65:17.a

Minbarra t-​tħassib ġenerali tiegħu għall-​familja umana, Alla juri interess kbir fina bħala individwi. Mattew 10:29-​31 juri li josserva dettalji dwarna li lanqas aħna stess ma nafuhom: “Ma jinbigħux żewġ għasafar tal-​bejt għal munita taʼ valur żgħir? Iżda lanqas wieħed minnhom ma jaqaʼ fl-​art mingħajr ma jkun jaf Missierkom. Għax saħansitra x-​xagħar taʼ raskom kollu hu magħdud. Għalhekk tibżgħux: intom tiswew iktar minn ħafna għasafar tal-​bejt.”

Kif jgħinek il-​fatt li tkun taf il-​verità: Aħna normalment nevitaw nies li huma kattivi jew li ma jimpurtahomx. Mela, mhux taʼ b’xejn li l-​gidba li Alla ma jimpurtahx iġġiegħel lil ħafna nies jevitaw għalkollox li jsiru jafuh jew inkella jersqu lejh biss meta jiġu daharhom mal-​ħajt. Il-​fatt li tkun taf li Alla Ġeħova verament jimpurtah jistaʼ jwasslek biex tkun trid titgħallem iktar dwaru u tiżviluppa ħbiberija miegħu.

Pereżempju, int għandek mnejn tlabt lil Alla imma ġejt f’dubju jekk hux jisimgħek jew jekk hux se jwieġbek. Il-​Bibbja taċċertana li s-​‘Semmiegħ tat-​talb’ iżomm dan il-​mezz taʼ komunikazzjoni miftuħ il-​ħin kollu għal dawk kollha li jersqu lejh b’mod sinċier.—Salm 65:2.

Alla jistiednek biex ‘titfaʼ l-​ansjetà kollha tiegħek fuqu, għax hu jimpurtah minnek.’ (1 Pietru 5:7) Anki fi żminijiet taʼ niket kbir nistgħu inkunu żguri mill-​interess tiegħu, għax il-​Kelma tiegħu tgħid: “Ġeħova hu qrib dawk li għandhom qalbhom maqsuma; u lil dawk bi spirtu miksur isalvahom.”—Salm 34:18.

[Nota taʼ taħt]

a Għal iktar informazzjoni dwar għala Alla jippermetti s-​sofferenza, ara kapitlu 11 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?

[Kumment f’paġna 5]

Jekk Alla ma jimpurtahx, għala jistidinna nitolbuh?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja