LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/96 p. 1
  • Iż-Żminijiet Inbidlu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Iż-Żminijiet Inbidlu
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Materjal Simili
  • Il-​Messaġġ li Għandna Nxandru
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Xandar Is-Saltna
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • ‘Inġibu Aħbar Tajba taʼ Xi Ħaġa Aħjar’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Fejn Tistaʼ Ssib Gwida Li Tafdaha?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 4/96 p. 1

Iż-​Żminijiet Inbidlu

1 Il-​Bibbja tgħidilna li “x-​xena taʼ din id-​dinja qiegħda tinbidel.” (1 Kor. 7:31) Kemm huwa veru dak illum! Saħansitra matul ħajjitna, rajna tibdil drastiku fil-​ħsieb u fil-​kondotta tan-​nies f’kull livell tas-​soċjetà umana. Jekk irridu li jkollna suċċess f’li nilħquhom bil-​messaġġ tas-​Saltna, il-​mod taʼ kif nitkellmu jrid ikun aġġornat skond iż-​żminijiet li dejjem jinbidlu. Aħna rridu nippreżentaw l-​aħbar tajba b’tali mod li tinteressa lin-​nies u tilħqilhom qlubhom.

2 Snin ilu, ix-​xogħol taʼ l-​għoti taʼ xiehda f’ħafna artijiet kien differenti għax, fil-​biċċa l-​kbira, in-​nies kienu jgħixu ħajjiet iktar kwieti, u kienu jħossuhom protetti. Ir-​reliġjon kienet meqjusa bħala xi ħaġa sagra fil-​ħajjiet tagħhom. Il-​Bibbja kienet stmata bil-​kbir. Dak in-​nhar l-​għoti taʼ xiehda kien taʼ spiss jinvolvi argumenti li jikxfu l-​iżbalji dwar kwistjonijiet dottrinali. Illum, il-​ħajjiet tan-​nies huma f’konfużjoni sħiħa. Ir-​reliġjon hija mwaqqaʼ għaċ-​ċajt. Ftit għandhom fidi fil-​Bibbja. U għal ħafna, it-​teorija taʼ l-​evoluzzjoni qerdet il-​fidi f’Alla.

3 Wieħed indokratur li jivvjaġġa osserva: “Issa, donnu jidher li hemm tant problemi u diffikultajiet fil-​ħajjiet tan-​nies li qed ikollna ngħallmuhom kif jgħixu.” Il-​ħsibijiet immedjati tan-​nies huma naturalment imsawrin dwarhom infushom, dwar il-​familji tagħhom, u dwar l-​anzjetajiet tagħhom. Dawn huma l-​affarijiet li l-​iktar jitkellmu dwarhom meta jiltaqgħu flimkien. Hemm bżonn li nżommu dan f’moħħna fix-​xogħol taʼ l-​għoti taʼ xiehda tagħna.

4 Is-​Saltna T’Alla Hija L-​Unika Tama Ċerta Għall-​Futur: Il-​biċċa l-​kbira tan-​nies ftit għandhom fiduċja fil-​gvernijiet umani. Iħossu li m’hemm l-​ebda prospett taʼ li jaraw dinja aħjar matul ħajjithom. Ir-​reliġjon falza naqset li tagħtihom xi bażi għal tama. Dak hu għaliex l-​akbar bżonn għall-​umanità huwa li tismaʼ l-​aħbar tajba dwar is-​Saltna t’Alla. Uru kif din fl-​aħħar mill-​aħħar se tipprovdi s-​soluzzjonijiet għall-​problemi kollha li tiffaċċja l-​umanità.

5 Il-​Bibbja Hija L-​Uniku Sors Taʼ Gwida Taʼ Min Joqgħod Fuqu: Il-​mases tal-​lum ġew żgwidati mill-​mexxejja li jistrieħu fuq għerf uman u fuq filosofiji dinjin. In-​nies għad iridu jintebħu li “ma jappartjenix lill-​bniedem li miexi saħansitra li jidderieġi l-​pass tiegħu.” (Ġer. 10:23) L-​iktar tagħlima taʼ valur li jistgħu jitgħallmu hija li huma jridu ‘jafdaw f’Jehovah b’qalbhom kollha u ma jistriħux fuq il-​fehma tagħhom.’ (Prov. 3:5) Fil-​waqt li ż-​żminijiet inbidlu, il-​Bibbja ma nbidlitx. Għalhekk, irridu dejjem nuru l-​Kelma t’Alla fil-​ministeru tagħna, billi ngħallmu lil oħrajn japprezzaw il-​gwida ispirata u divina tagħha. (2 Tim. 3:​16, 17) Biex inwettqu dak l-​iskop, irridu nżommu quddiem għajnejn in-​nies l-​importanza tal-​Bibbja billi nirreferu għaliha fil-​preżentazzjonijiet tagħna, billi nużawha biex inwieġbu l-​mistoqsijiet tagħhom, u billi nippromwovu l-​bżonn li jistudjawha u japplikaw l-​għerf prattiku tagħha.

6 Saħansitra fiż-​żminijiet tal-​lum li dejjem jinbidlu, l-​oġġettivi tagħna fil-​ministeru jibqgħu l-​istess. Irridu nippridkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna, nibnu fiduċja fil-​Kelma t’Alla, u ngħinu lil oħrajn jaraw il-​bżonn taʼ li jistudjaw il-​Bibbja magħna. Dak li ngħidu jrid ikun relevanti għall-​bżonnijiet kurrenti taʼ dawk li lilhom nagħtu xiehda. Billi nagħmlu dan, aħna nistgħu naqsmu l-​aħbar tajba m’oħrajn, u b’hekk niksbu kemm nistgħu persuni.​—1 Kor. 9:​19, 23.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja