LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/00 p. 4
  • “Ħa Jsir Kollox Fostkom bl-Imħabba”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ħa Jsir Kollox Fostkom bl-Imħabba”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • Konvenzjoni Distrettwali tax-Xhieda taʼ Jehovah għall-1999 “Il-Kelma Profetika t’Alla”
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Konvenzjoni Distrettwali tax-Xhieda taʼ Jehovah għas-Sena 2001 “Għalliema tal-Kelma t’Alla”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Konvenzjoni Distrettwali tax-Xhieda taʼ Ġeħova għall-2006, “Il-Ħelsien fil-Qrib”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Konvenzjoni Distrettwali tax-Xhieda taʼ Jehovah għas-sena 2004 “Imxi m’Alla”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 7/00 p. 4

“Ħa Jsir Kollox Fostkom bl-​Imħabba”

1 “Il-​membri tagħkom fihom verament għaxqa; iġibu ruħhom bil-​korteżija u r-​rispett kollu.” Din l-​osservazzjoni ġiet minn uffiċċju governattiv għat-​turiżmu u l-​konvenzjonijiet f’belt fl-​Istati Uniti fejn inżammet waħda mill-​konvenzjonijiet distrettwali tagħna. Huwa taʼ inkuraġġiment li nirċievu tifħir bħal dan għal mod kif inġibu ruħna fil-​pubbliku. Dan juri li b’mod ġenerali qed inħallu ‘jsir kollox fostna bl-​imħabba.’ (1 Kor. 16:14) Fl-​istess ħin, hemm xi kwistjonijiet importanti li jekk jiġu injorati se jnaqqsu mir-​reputazzjoni tajba tal-​poplu t’Alla.

2 Nagħmlu l-​Ġid maʼ Kulħadd: Hija l-​imħabba għal Jehovah u għal għajrna li tqanqalna jkollna manjieri tajbin u kondotta eżemplari. (Mt. 22:37-39; Ġak. 3:13) Il-​Bibbja tħeġġiġna biex inħobbu lin-​nies kollha u nuru interess fihom. (Gal. 6:10) Dan il-​prinċipju żgur li japplika meta nużaw il-​faċilitajiet mill-​aħjar fiċ-​Ċentru għall-​Konferenzi tan-​New Dolmen Hotel. Jekk ma nkunux lesti li nikkooperaw se nħassru r-​reputazzjoni tagħna, nipperikolaw l-​arranġamenti tagħna mal-​lukanda, u nġagħlu lill-​aħwa jħossuhom irrabjati. Huwa dan taʼ mħabba jew qalb tajba? Kemm ikun aħjar li nuru mħabba u nagħmlu l-​ġid m’oħrajn billi nżommu f’moħħna x’inhuma l-​aħjar interessi tagħhom minflok tagħna stess!—Mt. 7:12; Ġw. 13:34, 35.

3 Aħna nħarsu ’l quddiem bil-​ħerqa li nattendu l-​Konvenzjoni Distrettwali “Nagħmlu Dak li Tgħid il-​Kelma t’Alla.” Għamilt il-​preparamenti kollha tiegħek u arranġamenti oħrajn sabiex tattendi t-​tlett ijiem kollha? Jalla l-​kondotta tagħna ġewwa l-​lukanda u matul il-​konvenzjoni dejjem tirrifletti l-​verità li qegħda f’qalbna, u l-​imħabba li għandna lejn il-​Ħallieq tagħna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja