Konvenzjoni Distrettwali tax-Xhieda taʼ Ġeħova għall-2006, “Il-Ħelsien fil-Qrib”
1 Is-Sultan Ħeżekija taʼ Ġuda tal-qedem kien jibgħat messaġġiera biex iqassmu personalment ittri li kienu jistiednu lin-nies biex jinġabru flimkien f’Ġerusalemm. (2 Kron. 30:6, 13) Ir-reazzjoni tan-nies kienet tikxef l-attitudni tagħhom lejn il-qima vera. (2 Kron. 30:10-12) Fix-xhur li ġejjin, il-qaddejja taʼ Ġeħova taʼ żmienna se jkollhom opportunità simili biex juru l-apprezzament profond tagħhom għall-privileġġ li jiltaqgħu flimkien biex iqimu lil Ġeħova. Intbagħtet ittra lill-kongregazzjoni tiegħek biex tistiednek għall-Konvenzjoni Distrettwali “Il-Ħelsien fil-Qrib.” Kif se twieġeb int għal din l-istedina?
2 Agħmel Arranġamenti Issa: Biex nibbenefikaw bis-sħiħ mill-programm spiritwali li qed jiġi preparat bl-imħabba, irridu nkunu preżenti għall-programm kollu. B’mod għaqli ibda agħmel l-arranġamenti meħtieġa għalik u għall-familja tiegħek biex tattendu t-tlett ijiem kollha. (Prov. 21:5) Dawn l-arranġamenti jistgħu jinkludu li titlob lill-imgħallem biex tieħu l-leave mix-xogħol sekulari, tiddiskuti l-pjanijiet tiegħek mas-sieħeb jew sieħba li ma temminx, tirriserva xi kmamar fil-lukanda, u li tgħin lill-istudenti tal-Bibbja biex jattendu kull ġurnata. Tħallix dawn l-affarijiet importanti għall-aħħar. Minflok, itlob lil Ġeħova dwarhom, u kun fiduċjuż li “hu nnifsu se jaġixxi.”—Salm 37:5.
3 L-organizzazzjoni taʼ Ġeħova ħabirket ħafna biex tassigura li jkun hemm organizzazzjoni tajba fil-konvenzjoni taʼ Malta. Apprezzament għas-sagrifiċċji taʼ l-aħwa li ħadmu iebes u li offrew l-assistenza tagħhom f’li jagħmlu dawn l-arranġamenti, konsiderazzjoni għal ħutna d-delegati fil-konvenzjoni, u rispett lejn l-ordni teokratiku għandhom iqanqluna biex nikkooperaw mal-pariri provduti f’dan l-artiklu.—1 Kor. 13:5; 1 Tess. 5:12, 13; Ebr. 13:17.
4 Bżonnijiet Speċjali: Proverbji 3:27 jgħid: “Min ħaqqu l-ġid tiċħadhulux, meta dan tistaʼ tagħmlu.” Kif tistaʼ tagħmel il-ġid maʼ l-oħrajn b’konnessjoni mal-konvenzjoni? Pubblikaturi mdaħħlin fiż-żmien, dawk morda, dawk fis-servizz full-time, u oħrajn jistgħu jirrikjedu għajnuna prattika fit-trasport. Il-qraba għandhom ir-responsabbiltà primarja li jieħdu ħsieb il-bżonnijiet taʼ dawn l-uħud. (1 Tim. 5:4) Jekk ma jistgħux jagħmlu dan, forsi xi aħwa jkunu jistgħu jgħinu. (Gal. 6:10) L-indokraturi taʼ l-Istudju tal-Ktieb għandhom jiċċekkjaw maʼ dawk fil-grupp tagħhom li għandhom bżonnijiet speċjali biex jiżguraw li dawn għamlu l-pjanijiet meħtieġa tagħhom bil-quddiem għall-konvenzjoni.
5 Volontieri b’Rieda Tajba: M’hemmx dubju li dawk kollha li jattendu għall-konvenzjoni u jibbenefikaw mill-ikel spiritwali u opportunitajiet taʼ assoċjazzjoni li tibni se jgawdu ferħ kbir. L-hena tagħna jkompli jikber hekk kif noffru lilna nfusna bħala volontieri biex nagħtu daqqa t’id fix-xogħol li jrid isir biex il-konvenzjoni tkun suċċess. (Atti 20:35) Fi ftit żmien ieħor, il-Kumitat tal-Konvenzjoni tal-lokal se jistieden lil oħrajn biex jieħdu sehem f’dan ix-xogħol. Tistaʼ tagħmel lilek innifsek disponibbli?—Salm 110:3, Saydon.
6 Meta attenda konvenzjoni distrettwali, tifel taʼ ħames snin qal: “Il-konvenzjoni distrettwali hija l-iktar ħaġa li nħobb fil-qima tiegħi lejn Ġeħova.” Dan il-kumment mill-qalb jgħinna nirrealizzaw kemm nieħdu gost nattendu l-konvenzjoni distrettwali taʼ kull sena. Verament, bħalma kanta s-salmista: “Jum wieħed fit-tempju tiegħek aħjar minn elf jum f’post ieħor.” (Salm 84:11 [84:10, NW]) Fl-għanja tiegħu, David esprima x-xewqa li ‘jgħammar f’dar il-Mulej tul il-jiem kollha taʼ ħajtu, biex jitgħaxxaq bil-ħlewwa tal-Mulej hu u jħares lejn it-tempju tiegħu.’ (Salm 27:4) David kien jieħu gost ferm li jkun fost l-aduraturi taʼ Ġeħova. Jalla lkoll nimitaw l-apprezzament tiegħu għall-qima vera billi nattendu t-tlett ijiem kollha tal-Konvenzjoni Distrettwali “Il-Ħelsien fil-Qrib.”
[Mistoqsijiet taʼ Studju]
1. Il-poplu t’Alla kif wera l-apprezzament tiegħu għall-qima pura fiż-żminijiet tal-qedem, u x’opportunità simili għandna aħna llum?
2. X’nistgħu nagħmlu issa biex nibbenefikaw bis-sħiħ mill-konvenzjoni?
3. Għaliex għandna nikkooperaw bis-sħiħ maʼ l-arranġamenti li saru għall-konvenjenza tagħna?
4. Kif tistaʼ tingħata għajnuna lil dawk bi bżonnijiet speċjali?
5. Semmi mod wieħed kif nistgħu nikkontribwixxu għall-ferħ fil-konvenzjoni li ġejja.
6. X’tapprezza int mill-konvenzjoni distrettwali taʼ kull sena, u x’għandha tkun id-determinazzjoni tiegħek?
[Kaxxa f’paġna 4]
Ħinijiet tal-Programm
Il-Ġimgħa u s-Sibt
9:30 a.m. - 5:05 p.m.
Il-Ħadd
9:30 a.m. - 4:10 p.m.