LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/00 pp. 4-5
  • Oqgħod Attent għall-Orakli Sagri

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Oqgħod Attent għall-Orakli Sagri
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • ‘Ismaʼ u Żid l-Għerf Tiegħek’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Ismaʼ u Obdi
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Konvenzjoni Distrettwali “Fidi Fil-Kelma T’Alla” Għall-1997
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Il-Konvenzjonijiet Distrettwali “Il-Kelma Profetika t’Alla” għall-1999
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 7/00 pp. 4-5

Oqgħod Attent għall-​Orakli Sagri

1 Mhux kulma jgħid il-​bniedem jixraqlu attenzjoni speċjali. Imma meta jitkellem Alla, hemm raġuni vitali għala għandna nagħtu widen. (Dt. 28:1, 2) Aħna grati li kittieba mnebbħin niżżlu bil-​miktub “l-​orakli taʼ Alla” għall-​benefiċċju tagħna. (Rum. 3:2) Il-​konvenzjoni distrettwali li ġejja se tipprovdi opportunitajiet prezzjużi biex nisimgħu dawn l-​orakli hekk kif jinqraw u jiġu diskussi. Kif tistaʼ toqgħod attent ferm?

2 Ejja Kmieni Kull Fil-​Għodu: Immaġina l-​eċċitament li ħassew l-​Iżraelin meta ntqalilhom biex jiltaqgħu maʼ Jehovah fuq il-​Muntanja Sinaj u jisimgħu l-​Liġi tiegħu! (Eżo. 19:10, 11, 16-19) Jekk int għandek attitudni simili dwar li tirċievi l-​istruzzjoni mingħand Jehovah fil-​konvenzjoni distrettwali, se tagħmel xi arranġamenti biex tiġi kmieni kuljum. Ma nistgħux nisimgħu l-​programm kollu jekk niġu tard u nfixklu lil oħrajn billi noqogħdu nfittxu fejn se npoġġu bil-​qegħda. Fil-​post tal-​konvenzjoni l-​bibien se jinfetħu fit-​8:00 a.m., u l-​programm jibda fid-​9:30 a.m. kuljum.

3 Xi wħud li jiġu kmieni xorta ma jkunux f’posthom meta tkun se tibda s-​sessjoni. Għala? Huma joqogħdu jistennew sakemm iċ-​chairman jintroduċi l-​għanja tal-​ftuħ qabel ma jieqfu jitkellmu mal-​ħbieb u jmorru jsibu posthom. Irridu nżommu f’moħħna li ftit minuti qabel ma tkun se tibda l-​għanja tal-​ftuħ taʼ kull sessjoni, iċ-​chairman ikun bil-​qegħda fuq il-​platform waqt li tindaqq il-​mużika tas-​Saltna li tintroduċi l-​laqgħa. Dan ikun sinjal għalina li wasal il-​ħin biex kulħadd joqgħod bil-​qegħda! Imbagħad, meta tingħad x’inhi l-​għanja tal-​ftuħ, aħna nkunu lesti biex ningħaqdu f’li ngħannu tifħir lil Jehovah.

4 Agħti Widen Bħala Familja Magħquda: Meta nqraw l-​orakli sagri lill-​Iżraelin miġburin, il-​familji, inkluż “it-​tfal,” kienu hemm biex jisimgħu u jitgħallmu. (Dt. 31:12) Fil-​konvenzjonijiet tagħna, it-​tfal m’għandhomx jitħallew ‘mitluqin għal riħhom.’ (Prov. 29:15) Ġenituri, irranġaw biex il-​familja tagħkom kollha toqgħod bil-​qegħda ħdejn xulxin—inkluż l-​adolexxenti. Xi ġenituri jistennew sakemm tibda l-​għanja tal-​ftuħ biex jieħdu lit-​tfal tagħhom it-​tojlit. Madankollu, dan ma tantx se jgħallem lit-​tfal l-​importanza kbira li għandhom l-​għanjiet u t-​talb fil-​qima tagħna. Kemm ikun aħjar li kemm jistaʼ jkun dawn il-​bżonnijiet nieħdu ħsiebhom qabel ma tibda kull sessjoni!

5 Jekk nistrieħu sew kull lejl u nevitaw ikliet tqal matul il-​ġurnata nkunu nistgħu nisimgħu aħjar. Ikkonċentra fuq dak li jkun qed jgħid il-​kelliemi. Tħallix lil moħħok joqgħod jaħseb fuq affarijiet oħrajn. Segwi fuq il-​Bibbja tiegħek meta jinqraw l-​iskritturi. Ħu xi noti qosra. Hekk kif tingħata kull taħdita, irrevedi f’moħħok x’qal il-​kelliemi, u kkunsidra kif se tapplika l-​materjal. Fi tmiem il-​ġurnata, iddiskutu l-​programm bħala familja. Liema punti laqtu lil kull wieħed u waħda minnkom? Kif tistaʼ l-​familja tiegħek tpoġġi din l-​informazzjoni fil-​prattika?

6 Uri Rispett għall-​Kelma t’Alla: Il-​konvenzjonijiet jagħtuna opportunità mill-​aħjar biex nitkellmu mal-​ħbieb u ngawdu sħubija li tibni. Billi niġu kmieni, se jkollna l-​ħin biex nitkellmu qabel ma jibda l-​programm. Xi wħud, iżda, jaqbdu xi konversazzjoni waqt il-​programm, billi b’mod żbaljat jaħsbu li dan se joħloq ftit li xejn tfixkil f’awditorju kbir. Anki meta l-​laqgħat jinżammu f’xi post kbir, ikun il-​waqt li toqgħod tismaʼ, sewwa sew bħal meta nattendu laqgħa fis-​Sala tas-​Saltna. L-​użu tat-​telefons ċellulari, pagers, kamkorders, u kameras tar-​ritratti m’għandhomx joħolqu tfixkil matul il-​programm.

7 Waqt li Mosè kien qed jirċievi l-​Liġi mingħand Jehovah, baqaʼ “mingħajr ma kiel ħobż jew xorob ilma.” (Eżo. 34:28) B’mod simili, ma jkunx xieraq li nieklu jew nixorbu waqt is-​sessjonijiet tal-​konvenzjoni. Jekk ma jkunx hemm involuti xi fatturi serji tas-​saħħa, stenna sakemm ikun “żmienu.”—Koħ. 3:1.

8 F’xi konvenzjonijiet, għad hemm problema dwar ħafna aħwa rġiel u nisa u saħansitra tfal żgħar iduru fil-​kurituri matul is-​sessjonijiet. L-​attendants se jingħataw istruzzjonijiet biex jgħidu lil uħud bħal dawn imorru f’posthom fl-​awditorju. Il-​volontieri li jkunu qed jaħdmu f’diversi dipartimenti għandhom isibu posthom fl-​udjenza eżatt kif ilestu minn xogħolhom. Sakemm il-​volontiera ma jiġux inkarigati biex jagħmlu xi xogħol essenzjali matul is-​sessjonijiet, huma jridu jkunu f’posthom, jisimgħu l-​programm. M’għandhomx jaħlu ż-​żmien fid-​dipartimenti, billi joqogħdu jpaċpċu flimkien waqt li jkun għaddej il-​programm.

9 Aħna qatt ma rridu nsiru ‘tqal biex nisimgħu’ meta nkunu qed nagħtu widen għall-​Kelma t’Alla. (Lhud 5:11) Għalhekk, ejja nkunu deċiżi li nuru rispett xieraq billi nisimgħu b’attenzjoni hekk kif l-​orakli sagri mingħand Jehovah jiġu diskussi fil-​konvenzjoni distrettwali li ġejja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja