LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/01 p. 3
  • Tistaʼ Taqdi Fejn il-Bżonn Huwa Akbar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tistaʼ Taqdi Fejn il-Bżonn Huwa Akbar?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Materjal Simili
  • Abraham—Eżempju taʼ Fidi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • “Il-Missier ta’ Dawk Kollha li Jkollhom il-Fidi”
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Uri Fidi Bħal Dik t’Abraham!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Ġeħova Ta Isem Ieħor lil Abram u Saraj—Għala?
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 7/01 p. 3

Tistaʼ Taqdi Fejn il-​Bżonn Huwa Akbar?

1 Ġieli qgħadt taħseb biex tmur tgħix Għawdex fejn hemm bżonn taʼ iktar proklamaturi tas-​Saltna? Jekk tkun mistieden biex ‘tiġi u tgħin,’ lest int li twieġeb bħalma għamel l-​appostlu Pawlu? (Atti 16: ​9, 10) Fil-​kongregazzjoni t’Għawdex hemm bżonn taʼ familji maturi spiritwalment jew taʼ pijunieri biex jgħinu f’li jkopru t-​territorju, jew anzjani kwalifikati u qaddejja ministerjali sabiex jgħinu fit-​tmexxija. Dan it-​territorju fih irħula mxerrdin madwar il-​gżira kollha. Ix-​xogħol sekulari jistaʼ jkun limitat. L-​interess mhux dejjem ikun dak li nixtiequ. Int kieku tkun lest biex taċċetta sfida bħal din? Kif tistaʼ tirnexxi fiha?

2 Hemm Bżonn taʼ Fidi u Fiduċja: X’ħin Alla dderiġieh, Abram telaq minn Ur, il-​post fejn trabba, u vvjaġġa xi 1,000 kilometru ’l bogħod lejn Ħaran flimkien maʼ martu, in-​neputi, u missieru Teraħ, li kien kbir fl-​età. (Ġen. 11:​31, 32; Neħ. 9:7) Wara li miet Teraħ, Jehovah ordna lil Abram, li issa kellu 75 sena, biex jitlaq minn Ħaran u lill-​qraba tiegħu sabiex jivvjaġġa lejn il-​pajjiż li Alla kien se jurih. Abram, Saraj, u Lot “ħarġu biex imorru” fi triqithom. (Ġen. 12:​1, 4, 5) M’għandniex xi ngħidu, Abram ma telaqx minfejn kien sabiex imur jaqdi fejn kien hemm bżonn akbar taʼ wħud li jaqdu fil-​ministeru. Iżda l-​vjaġġ tiegħu kien jeħtieġ xi ħaġa. X’kien jeħtieġ?

3 Abram kellu bżonn taʼ fidi u fiduċja sabiex jipprova jagħmel xi ħaġa bħal din. Il-​mod taʼ kif jaħseb u jgħix kellhom jinbidlu. Hu kellu jitlaq mis-​sigurtà li kellu fost il-​qraba tiegħu. Iżda hu ħalla lil Jehovah jieħu ħsieb lilu u lill-​familja tiegħu. Ħafna llum urew il-​fiduċja tagħhom f’Jehovah b’mod li jixbah lil dak t’Abram.

4 Tmur Tgħin Fejn il-​Bżonn Huwa Akbar: Int irtirajt mix-​xogħol? Għandek dħul taʼ flus fiss? Jekk le, tistaʼ tirranġa biex tibda taħdem għal rasek? Int kapaċi taqlaʼ l-​għajxien tkun fejn tkun permezz tat-​telefon jew tal-​kompjuter? Jekk ma tistax tmur int, tistaʼ tgħin lil xi membru tal-​familja tiegħek biex ikun jistaʼ jaqdi xi mkien ieħor?

5 Jekk wara li tkun ikkunsidrajt dan bit-​talb, tħossok li tistaʼ tiffaċċja l-​isfida taʼ li tmur tgħix Għawdex, iddiskuti dan mal-​familja tiegħek u maʼ l-​anzjani tal-​kongregazzjoni tiegħek. Imbagħad, lesti ittra u agħtiha lill-​anzjani sabiex huma jkunu jistgħu jinkludu xi rimarki u rakkomandazzjonijiet qabel ma jibagħtuha lill-​uffiċċju tas-​soċjetà.

6 X’għandek tinkludi fl-​ittra tiegħek? L-​età tiegħek, id-​data taʼ meta tgħammidt, ir-​responsabbiltajiet li għandek fil-​kongregazzjoni, jekk intix miżżewweġ, u jekk għandekx xi tfal li għadhom żgħar fl-​età.

7 Int żeluż u taf tieħu l-​inizjattiva? Iċ-​ċirkustanzi tiegħek jippermettulek taqdi fejn il-​bżonn huwa akbar? Jekk inhu hekk, mela ara kif Jehovah l-​ħin kollu jferraʼ barkiet għonja fuq dawk li jafdaw fih hekk kif juru li għandhom spirtu li lesti jissagrifikaw lilhom infushom!​—Salm 34:9 [34:​8, NW]; Mal. 3:​10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja