LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/02 p. 3
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Materjal Simili
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • “Fissazzjoni” fuq it-Telefons Ċellulari
    Stenbaħ!—2003
  • Għandi Bżonnu t-Telefon Ċellulari?
    Stenbaħ!—2002
  • Jien Dipendenti Żżejjed mit-Teknoloġija?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 7/02 p. 3

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ X’għandna nżommu f’moħħna meta nużaw it-​telefons ċellulari u l-​pagers elettroniċi?

Mezzi bħal dawn jistgħu jgħinuna nikkuntattjaw lil oħrajn tistaʼ tgħid inkunu fejn inkunu. Waqt li dan jistaʼ jkun vantaġġuż, irridu noqogħdu attenti li ma nħallux it-​telefons ċellulari u l-​pagers itellfuna mill-​ministeru jew il-​laqgħat Kristjani tagħna billi jintużaw f’ħinijiet mhux xierqa. Kif jistaʼ jiġri dan?

Immaġina l-​impressjoni li nħallu jekk il-​pager jew it-​telefon tagħna jdoqq meta nkunu qed nagħtu xiehda aħna u nieħdu sehem fil-​ministeru taʼ l-​għalqa. X’se jaħseb l-​inkwilin? X’impressjoni nistgħu nħallu jekk nieqfu biex inwieġbu? Żgur li ma rridu nagħmlu xejn li se jfixkel lil oħrajn milli jisimgħu l-​messaġġ tas-​Saltna. (2 Kor. 6:3) Għalhekk, jekk inkunu qed inġorru telefon ċellulari jew pager, irridu nirranġawh b’tali mod li ma jfixkilx lilna jew lil oħrajn meta nkunu qed nieħdu sehem fil-​ministeru taʼ l-​għalqa.

Xi ngħidu għal meta nkunu qed nistennew waqt li l-​oħrajn ikunu qed jagħtu xiehda? Jekk warrabna ammont taʼ ħin għas-​servizz taʼ l-​għalqa, m’għandux moħħna jkun f’din l-​attività? B’rispett lejn is-​servizz sagru tagħna, jekk jogħġbok ħu ħsieb l-​affarijiet persunali jew l-​attivitajiet soċjali li m’humiex daqshekk importanti f’ħin ieħor. (Rum. 12:7) M’għandniex xi ngħidu, dan ma jeskludix l-​użu tat-​telefon sabiex tkompli tingħata xiehda jew ħalli jsir appuntament għal din ir-​raġuni.

Irridu noqogħdu attenti speċjalment għall-​użu tat-​telefon ċellulari waqt is-​sewqan, għaliex xi riċerki juru li nkunu qed inżidu r-​riskju li jkollna xi inċident. Irridu nobdu kompletament kwalunkwe liġi li tipprojbixxi l-​użu tat-​telefon ċellulari waqt is-​sewqan.

Aħna nattendu l-​laqgħat Kristjani, l-​assembleat, u l-​konvenzjonijiet biex nagħtu qima lil Jehovah u niġu mgħallma minnu. M’għandux l-​apprezzament tagħna għall-​qdusija taʼ dawn l-​okkażjonijiet iqanqalna biex nirranġaw it-​telefons ċellulari u l-​pagers b’tali mod li la jfixklu lilna u lanqas lil oħrajn? Jekk ikun hemm xi ħaġa urġenti li jkollha bżonn l-​attenzjoni immedjata tagħna, irridu nieħdu ħsiebha barra l-​post tal-​laqgħa. Inkella, għandna nirranġaw biex nieħdu ħsieb affarijiet persunali u sekulari f’ħinijiet oħra li m’humiex riservati apposta għall-​qima.—1 Kor. 10:24.

Jalla dejjem nużaw it-​telefons ċellulari jew apparat elettroniku ieħor b’tali mod li nuru konsiderazzjoni lejn l-​oħrajn u apprezzament profond għall-​affarijiet spiritwali.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja