LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/13 p. 2
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Materjal Simili
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Għandi Bżonnu t-Telefon Ċellulari?
    Stenbaħ!—2002
  • “Fissazzjoni” fuq it-Telefons Ċellulari
    Stenbaħ!—2003
  • Għoti taʼ Xiehda bit-Telefon li Jagħti Riżultati Tajbin
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2013
km 4/13 p. 2

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ Liema prinċipji Bibliċi japplikaw rigward l-​użu tal-​mowbajls waqt li nattendu l-​laqgħat Kristjani u nieħdu sehem fil-​ministeru?

“Għal Kollox Hemm Żmien Stabbilit.” (Ekk. 3:1): Il-​mowbajls jippermettulna li nibagħtu messaġġi jew nitkellmu maʼ ħaddieħor tistaʼ tgħid il-​ħin kollu. Madankollu, hemm okkażjonijiet meta l-​Kristjani ma jkunux iridu jiġu aljenati mill-​mowbajl tagħhom. Pereżempju, il-​laqgħat tagħna huma ħin li nqimu lil Ġeħova, nirċievu istruzzjoni spiritwali, u ninkuraġġixxu lil xulxin. (Dt. 31:12; Salm 22:22; Rum. 1:11, 12) Nistgħu aħna nitfu l-​mowbajl tagħna malli naslu u naqraw il-​messaġġ wara l-​laqgħa? Jekk minħabba possibbiltà taʼ emerġenza jkollna nħalluh mixgħul, għandna nissettjawh b’tali mod li ma jtellifx lil oħrajn.

‘Agħmel Kollox Minħabba l-​Aħbar Tajba.’ (1 Kor. 9:23): Xi kultant, ikun hemm użu validu tal-​mowbajl fil-​ministeru. Pereżempju, il-​ħu li jieħu t-​tmexxija jistaʼ jużah biex jara kif inhuma sejrin dawk li qed jippritkaw f’naħat oħra tat-​territorju. Il-​pubblikaturi kultant jużaw il-​mowbajl tagħhom biex iċemplu lil individwu interessat jew student tal-​Bibbja qabel ma jżuruh, speċjalment jekk l-​individwu jkun joqgħod xi ftit ’il bogħod. Jekk ikollna l-​mowbajl magħna, għandna nieħdu prekawzjonijiet biex ma nħalluhx jinterrompina waqt li nkunu qed nitkellmu maʼ inkwilin. (2 Kor. 6:3) Waqt li nkunu qed nistennew pubblikaturi oħrajn, minflok ma nċemplu jew nibagħtu messaġġ lil xi ħabib, ma jkunx aħjar li nżommu l-​attenzjoni tagħna ffokata fuq il-​ministeru u fuq dawk li qed naħdmu magħhom?

Ikkunsidra lil Oħrajn. (1 Kor. 10:24; Flp. 2:4): M’għandniex naslu tard għal-​laqgħa tas-​servizz tal-​għalqa għax nistgħu nċemplu jew nibagħtu messaġġ lil xi ħadd biex insiru nafu fejn qed jaħdem l-​grupp. Meta naslu tard, il-​grupp spiss ikollu jerġaʼ jiġi organizzat. Naturalment, ċirkustanzi li m’għandniex kontroll fuqhom xi kultant jistgħu jġegħluna naslu tard. Madankollu, meta nagħmluha d-​drawwa tagħna li naslu fil-​ħin, inkunu qed nuru konsiderazzjoni lejn l-​arranġament taʼ Ġeħova, lejn il-​ħu li jkun qed jieħu t-​tmexxija, u lejn sħabna l-​pubblikaturi.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja