Jekk Ikollok Bżonn Letteratura b’Lingwa Barranija Malajr
Xi kultant niltaqgħu maʼ nies li jippreferu jaqraw il-letteratura tagħna b’lingwa barranija li l-kongregazzjoni tagħna ma jkollhiex maħżuna. Kont taf li jekk għandek aċċess għall-Internet u printer, int stess tistaʼ tipprintja letteratura b’iktar minn 400 lingwa? Hawnhekk se ssib kif tagħmel dan:
• Mur www.watchtower.org, il-Websajt uffiċjali tagħna.
• Hekk kif titlaʼ l-ewwel paġna, fuq in-naħa tal-lemin, hemm lista taʼ ftit mil-lingwi disponibbli. Ikklikkja fuq l-istampa tal-globu għal lista tal-lingwi disponibbli kollha.
• Ikklikkja fuq liema lingwa trid. Se titlaʼ paġna li turi liema letteratura tistaʼ tipprintja, bħal pereżempju fuljetti, browxers, u artikli. Ladarba l-paġna hi miktuba bil-lingwa li għażilt, toqgħodx tinkwieta jekk ma tagħrafx it-titli.
• Ikklikkja fuq kwalunkwe pubblikazzjoni. Il-materjal se jiġi jidher fuq l-iscreen, u mbagħad ikun jistaʼ jiġi printjat billi tuża s-simbolu tal-printer li jidher fin-naħa taʼ fuq tal-iscreen.
Il-Websajt tagħna fiha biss ftit minn dak li hemm disponibbli; pubblikazzjonijiet oħrajn huma disponibbli permezz tal-kongregazzjoni. Ladarba tkun ċert li hemm l-interess, ikun aħjar li titlob għal-letteratura mill-bank tal-letteratura.