Arranġament Ġdid għar-Reviżjoni tal-Programmi taʼ l-Assembleat
Hekk kif id-dinja taʼ Satana tkompli sejra mill-ħażin għall-agħar, Jehovah isaħħaħna biex “inwarrbu l-ħażen u l-ġibdiet tad-dinja, biex ngħixu bir-rażna u l-ġustizzja u t-tjieba f’dan iż-żmien.” (Titu 2:12) Fost il-provvedimenti li jagħmel permezz taʼ “l-ilsir leali u diskret” hemm il-programmi annwali taʼ l-assemblea tas-circuit u ljum t’assemblea speċjali. (Mt. 24:45, NW) Kemm isaħħuna dawn il-laqgħat spiritwali!
Sabiex nibqgħu niftakru u napplikaw it-tagħlim li nkunu rċivejna, se jintuża arranġament ġdid għar-reviżjoni taʼ dawn il-programmi taʼ l-assembleat matul is-sena taʼ servizz 2005. F’paġni 5-6 f’dan l-insert hemm artikli li jipprovdu ħarsa bil-quddiem taʼ x’se jiġi preżentat kif ukoll mistoqsijiet bħala reviżjoni għall-programm taʼ kull assemblea. Il-kongregazzjonijiet se jgħaddu din l-informazzjoni fil-Laqgħa tas-Servizz ftit żmien qabel u ftit żmien wara li jattendu l-assembleat tagħhom. Dan kif se jsir?
Ġimgħa jew tnejn qabel ma l-kongregazzjoni tattendi l-assemblea tas-circuit, taħdita t’għaxar minuti bbażata fuq l-artiklu “Programm Ġdid taʼ l-Assemblea tas-Circuit” se tiġi preżentata fil-Laqgħa tas-Servizz biex tibni antiċipazzjoni għall-programm. Il-kelliemi se jiġbed ukoll lattenzjoni għall-mistoqsijiet bħala reviżjoni u jħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu n-noti ħalli jkun preparat għar-reviżjoni li tkun se ssir ftit ġimgħat wara l-assemblea.
Fi żmien ftit ġimgħat wara l-assemblea, se tiġi preżentata reviżjoni taʼ 15-il minuta fil-Laqgħa tas-Servizz dwar il-programm taʼ l-ewwel jum taʼ l-assemblea. Il-ġimgħa taʼ wara, se jitħallew 15-il minuta sabiex issir reviżjoni tat-tieni jum tal-programm. Il-mistoqsijiet bħala reviżjoni provduti f’dan l-insert se jservu bħala l-bażi għal dawn id-diskussjonijiet. Ir-reviżjoni għandha tiffoka fuq il-valur prattiku taʼ l-informazzjoni. L-anzjani jistgħu jagħmlu arranġamenti biex iqassru, ineħħu, jew jippreżentaw darb’oħra xi partijiet oħrajn fil-Laqgħa tas-Servizz sabiex jinkludu dawn is-sessjonijiet taʼ reviżjoni.
Se jsir l-istess arranġament rigward il-programm tal-jum t’assemblea speċjali, bid-differenza li r-reviżjoni tal-programm kollu se ssir f’parti waħda taʼ 15-il minuta. Ilkoll kemm aħna nagħmlu tajjeb li nerfgħu dan l-insert u nużawh biex nibbenefikaw bis-sħiħ mit-tagħlim mill-aqwa li jipprovdi Jehovah.—Is. 48:17, 18.