Reviżjoni taʼ l-Assemblea tas-Circuit
Dan il-materjal se jintuża biex tingħata ħarsa bil-quddiem lejn il-programm taʼ l-assemblea tas-circuit għas-sena taʼ servizz 2005 u wara terġaʼ ssir reviżjoni. L-artiklu “Arranġament Ġdid għar-Reviżjoni tal-Programmi taʼ l-Assembleat,” li jidher f’paġna 4 taʼ dan l-insert, jispjega kif dan għandu jsir. Matul ir-reviżjoni, qassam il-ħin ħalli jkun hemm ċans għall-mistoqsijiet kollha. Ir-reviżjoni għandha tiffoka fuq kif aħna nistgħu napplikaw l-informazzjoni li ġiet preżentata.
SESSJONI TAʼ FIL-GĦODU FL-EWWEL JUM
1. X’se jgħinna niksbu l-għerf mingħand Alla?
2. Liema sforz sar fis-circuit biex jintlaħqu iktar nies bl-aħbar tajba?
SESSJONI TAʼ WARA NOFSINHAR FL-EWWEL JUM
3. Għala huwa vitali għall-Kristjani li jibqgħu bla tebgħa minn ġewwa? Dan x’jitlob li nagħmlu?
4. Kif nistgħu nuru li aħna wħud li nġibu l-paċi fost ħutna?
5. X’inhi r-raġunevolezza, u kif nistgħu nuruha bil-mod kif nużaw il-ħin tagħna?
6. X’nitgħallmu mill-eżempji taʼ Sawl u Noè? B’liema modi nistgħu nuru li ninsabu lesti li nobdu?
7. Il-Kristjani kif jistgħu joqogħdu għassa li ma jgħixux ħajja doppja?
8. Kif nistgħu nimitaw l-eżempju taʼ Pawlu u nitkellmu l-għerf t’Alla?
SESSJONI TAʼ FIL-GĦODU FIT-TIENI JUM
9. Għala rridu noqogħdu attenti x’attivitajiet nagħżlu, u x’se jgħinna nagħmlu dan?
10. Liema sforz qed jagħmlu l-aħwa fis-circuit sabiex jattendu l-laqgħat regolarment, u kif ibbenefikaw minn dan?
11. Il-kapijiet tal-familja kif jistgħu jibnu lill-familji tagħhom?
12. B’liema bżonnijiet tas-circuit ġejna informati?
SESSJONI TAʼ WARA NOFSINHAR FIT-TIENI JUM
13. Bħalma ntwera fit-taħdita pubblika, liema għemejjel tajbin ipproduċa l-għerf li ġej minn fuq?
14. Għala nkunu boloh jekk nafdaw fina nfusna jew f’dawk li m’humiex gwidati mill-għerf divin? F’liema aspetti rridu noqogħdu għassa?
15. L-għerf divin minn liema perikli jipproteġina?
16. Għala huwa vitali għalina li napplikaw il-pariri li ġew provduti fil-programm taʼ l-assemblea tas-circuit?