Konvenzjoni Distrettwali tax-Xhieda taʼ Ġeħova għas-Sena 2009
1. (a) Liema barkiet se ngawdu jekk nattendu t-tlett ijiem kollha tal-konvenzjoni distrettwali? (b) Liema pjanijiet irridu nagħmlu issa?
1 Ilkoll kemm aħna nħarsu ’l quddiem għall-konvenzjoni distrettwali għas-sena 2009 u għall-opportunitajiet ġodda biex niltaqgħu m’aduraturi sħabna li jfaħħru lil Ġeħova u “li huma konxji tal-bżonn spiritwali tagħhom.” (Mt. 5:3) Bil-jum taʼ Ġeħova li riesaq bil-ħeffa, aħna nħeġġu lil kull persuna biex tattendi t-tlett ijiem kollha sabiex tibbenefika bis-sħiħ mis-sħubija Kristjana kollha mħabba kif ukoll mill-inkuraġġiment spiritwali biex inżommu sodi fil-fidi. (Sof. 1:14) Uru lill-għalliema u lill-imgħallmin tagħkom li l-konvenzjoni hi parti essenzjali mill-qima tagħkom. Bil-kuraġġ, ippjanaw minn qabel u fittxu l-barka taʼ Ġeħova; tistgħu tkunu żguri mill-appoġġ tiegħu.—Is. 50:10.
2. Liema atmosfera internazzjonali nistgħu nantiċipaw anki jekk ma ġejniex mistidnin biex nattendu konvenzjoni internazzjonali?
2 Konvenzjonijiet Internazzjonali: Ladarba dawn il-konvenzjonijiet se jinżammu f’għadd limitat taʼ pajjiżi u bliet, għandhom jattendu biss dawk li ġew inkarigati. Jekk nikkooperaw maʼ dan l-arranġament se jiġi evitat l-iffollar żejjed. (1 Kor. 14:40; Ebr. 13:17) Madankollu, għadd mhux ħażin taʼ konvenzjonijiet distrettwali se jkollhom atmosfera simili ladarba ħafna missjunarji, Beteliti li jaqdu barra l-pajjiż, u qaddejja internazzjonali se jattendu l-konvenzjoni f’pajjiżhom stess.
3. Kif nistgħu nuru l-imħabba Kristjana lil xi wħud mill-kongregazzjoni tagħna?
3 Ngħinu lil Oħrajn Jattendu: Hemm xi wħud fil-kongregazzjoni tiegħek li għandhom bżonn l-għajnuna biex jattendu l-konvenzjoni? Meta tgħin lil oħrajn jagħmlu hekk, int ma tkunx qed ‘tfittex l-interessi persunali tiegħek biss, imma wkoll l-interessi persunali taʼ l-oħrajn.’—Flp. 2:4.
4. X’għandu jikkonċernana l-iktar hekk kif nippreparaw għall-konvenzjoni distrettwali għas-sena 2009 u nattenduha?
4 Għemejjel li Jigglorifikaw lil Alla: Meta nuru l-frott taʼ l-ispirtu f’kulma nagħmlu, billi nagħtu attenzjoni partikulari għal kliemna u għall-mod kif inġibu ruħna meta nittrattaw mal-ħaddiema tal-lukanda u m’oħrajn fil-post tal-konvenzjoni, aħna ntejbu r-reputazzjoni tajba tal-poplu taʼ Ġeħova u nevitaw li nfixklu lil oħrajn. (1 Kor. 10:31; 2 Kor. 6:3, 4) Jalla l-attendenza u l-kondotta tiegħek jigglorifikaw lil Alla b’dawn il-modi fil-konvenzjoni distrettwali għas-sena 2009!—1 Pt. 2:12.
[Kaxxa f’paġna 5]
Ħinijiet tal-Programm:
Il-Ħamis
(Konvenzjonijiet Internazzjonali Biss)
1:20 p.m. - 4:55 p.m.
Il-Ġimgħa u s-Sibt
9:20 a.m. - 4:55 p.m.
Il-Ħadd
9:20 a.m. - 4:00 p.m.