X’Nistgħu Ngħidu Dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa Apr.-Ġun.
“In-nies madwar id-dinja kollha jħarsu b’modi differenti lejn Marija, omm Ġesù. Int x’taħseb dwar dan? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-Bibbja turi li Marija kellha rwol uniku fl-istorja. [Aqra Luqa 1:30-32.] Din ir-rivista tiddiskuti x’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju tagħha.”
Stenbaħ! Apr.-Ġun.
“Ħafna llum qed ibatu minn xi ansjetà dwar il-flus, speċjalment matul dawn iż-żminijiet diffiċli tal-ekonomija. Taqbel maʼ dan? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota dan il-parir bilanċjat. [Aqra l-1 Timotju 6:8, 10.] Din ir-rivista fiha xi prinċipji Bibliċi li jgħinuna nqassmu l-finanzi tagħna b’mod li jġib paċi tal-moħħ.”