X’Nistgħu Ngħidu Dwar ir-Rivisti
It-Torri tal-Għassa Lulju-Settembru
“Ħafna nies jittamaw li jmorru s-sema la jmutu. Int hekk tixtieq? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’tgħid il-Bibbja li se jkun il-premju għall-maġġuranza tan-nies tajbin. [Aqra Salm 37:29.] Din ir-rivista teżamina dak li tgħid il-Bibbja dwar min se jmur is-sema u x’se jagħmel hemm.”
Stenbaħ! Lulju-Settembru
“Kultant qisu lanqas għandna biżżejjed ħin biex nagħmlu dak kollu li nixtiequ nagħmlu, hux veru? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ħafna sabu li dan il-parir kien t’għajnuna. [Aqra Filippin 1:10.] Din ir-rivista tagħti xi suġġerimenti prattiċi biex jgħinuna nimmaniġġaw b’mod effettiv il-ħin tagħna.”