Kaxxa għall-Mistoqsija
◼ X’għandek tagħmel jekk xi ħadd jitolbok tieqaf tipprietka?
Kultant, il-pulizija avviċinaw lill-pubblikaturi li kienu qed jieħdu sehem f’xi tip taʼ ministeru, informawhom li kienu qed jiksru l-liġi, u talbuhom jieqfu. Għandek titlaq mit-territorju minnufih u bl-edukazzjoni kollha jekk tiġi mitlub tagħmel dan. (Mt. 5:41; Flp. 4:5) Tipprovax issolvi l-kwistjoni waħdek billi tinvolvi ruħek f’diskussjoni dwar id-drittijiet legali tagħna. Jekk ikun possibbli, bit-tattika ikseb in-numru tal-uffiċjal tal-pulizija u n-numru tad-distrett tiegħu. Wara dan, informa lill-anzjani minnufih, li min-naħa tagħhom jinformaw lill-uffiċċju lokali dwar x’ġara. B’mod simili, jekk tiġi mitlub titlaq minn xi blokk t’appartamenti minn min jieħu ħsiebu jew minn xi rappreżentant ieħor tal-appartamenti, għandek tobdi mill-ewwel u tinforma lill-anzjani. Attitudni taʼ ħlewwa u umiltà meta nittrattaw maʼ dawk fl-awtorità tistaʼ tkun tassew t’għajnuna biex jiġu evitati diffikultajiet bla bżonn.—Prov. 15:1; Rum. 12:18.