Kaxxa għall-mistoqsija
◼ Kif jistaʼ kulħadd jgħin biex tinżamm atmosfera li tinkuraġġixxi t-tagħlim fil-laqgħat tal-kongregazzjoni? (Dt. 31:12)
Minħabba li nirrispettaw profondament lil Ġeħova u l-provvediment tiegħu tal-laqgħat tal-kongregazzjoni, aħna lkoll inkuraġġiti naslu kmieni u nkunu lesti biex niġu mgħallmin minnu. Ikun taʼ għajnuna li npoġġu fuq is-siġġijiet taʼ quddiem tas-sala, ħalli s-siġġijiet taʼ wara jitħallew għal dawk li għandhom tfal żgħar u għal dawk li kultant jaslu tard. Qabel ma tibda l-laqgħa, l-apparat elettroniku għandu jiġi ssettjat b’tali mod li ma jtellifx lill-udjenza. Meta kull min ikun preżenti jżomm attitudni taʼ rispett matul il-laqgħa ftit se jkun hemm tfixkil u dan ikun minimu.—Ekk. 5:1; Flp. 2:4.
Meta wħud ġodda jibdew jattendu l-laqgħat, xi ħadd fil-kongregazzjoni li jafhom jistaʼ joffri li jpoġġi ħdejhom. Dan ikun speċjalment taʼ għajnuna jekk ikun hemm tfal żgħar li jridu jiġu mħarrġin. L-attendenza għal-laqgħat tistaʼ tkun esperjenza ġdida għall-familja. Jekk dan hu l-każ, x’aktarx li japprezzaw jekk ikunu jistgħu joqogħdu bilqiegħda fuq wara. Dan għaliex jekk il-ġenituri jkollhom bżonn joħorġu mis-sala prinċipali għal ftit ħin biex jieħdu ħsieb il-bżonnijiet tat-tfal se jtellfu inqas lil oħrajn. (Prov. 22:6, 15) Familji bit-tfal żgħar m’għandhomx ipoġġu f’kamra oħra fejn it-tfal għandhom mnejn iħossuhom liberi jagħmlu l-istorbju. Ġeneralment ikun aħjar li l-ġenitur jiddixxiplina lit-tfal jew jieħu ħsieb bżonnijiet persunali oħrajn barra s-sala prinċipali u mbagħad jidħol lura mat-tfal fis-sala prinċipali.
L-attendants qegħdin hemm biex iżommu ambjent xieraq għal post fejn tingħata qima. Huma jgħinu lill-familji u lil dawk li kultant jaslu tard biex isibu post adattat fejn ipoġġu bilqiegħda. L-attendants iżommu f’moħħhom li jridu jużaw it-tattika u jkunu diskreti meta jgħinu lil oħrajn ipoġġu f’post komdu mingħajr ma jikkaġunaw tfixkil bla bżonn. Huma jużaw l-għaqal meta jieħdu ħsieb kwalunkwe tfixkil mhux mistenni. Meta l-imġiba tat-tfal tibda ttellef lil oħrajn, l-attendants jistgħu joffru l-għajnuna tagħhom b’qalb tajba.
Dawk kollha li jkunu preżenti fil-laqgħat tal-qima jistgħu jagħtu sehemhom biex l-ambjent ikun wieħed li jinkuraġġixxi t-tagħlim dwar Ġeħova u l-iskop tiegħu għal dinja ġdida taʼ paċi u ġustizzja.—Ebr. 10:24, 25.