LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/12 p. 1
  • Tnax-il Raġuni Għala Nippritkaw

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tnax-il Raġuni Għala Nippritkaw
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Materjal Simili
  • Għożż il-Privileġġ Tiegħek taʼ Ppritkar
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Il-Ministeru Tagħna—Riflessjoni taʼ Mħabbitna Lejn Alla
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • “Ħu Ħsieb il-Ministeru li Aċċettajt fil-Mulej”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • L-Ippridkar Iżżommna b’Saħħitna Spiritwalment
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2012
km 6/12 p. 1

Tnax-​il Raġuni Għala Nippritkaw

Għala nippritkaw u ngħallmu l-​aħbar tajba? Huwa primarjament biex ngħinu lil nies taʼ qalb onesta jaqbdu t-​triq li twassal għall-​ħajja? (Mt. 7:14) Din hi l-​ewwel raġuni mniżżla hawn taħt, imma mhijiex ir-​raġuni primarja. Liema minn dawn it-​12-​il raġuni għala nieħdu sehem fil-​ministeru taħseb li hija l-​iktar importanti? L-​ippritkar:

1. Jgħin biex isalva l-​ħajjiet.​—Ġw. 17:3.

2. Iservi bħala twissija għal dawk mill-​agħar.​—Eżek. 3:18, 19.

3. Jikkontribwixxi għat-​twettiq taʼ profeziji Bibliċi.​—Mt. 24:14.

4. Huwa espressjoni tal-​ġustizzja t’Alla. Ħadd ma jistaʼ jixli lil Ġeħova li hu qered lil dawk mill-​agħar mingħajr ma tahom l-​opportunità biex jindmu.​—Atti 17:30, 31; 1 Tim. 2:3, 4.

5. Jippermettilna nwettqu l-​obbligu tagħna li nagħtu għajnuna spiritwali lin-​nies mixtrijin bid-​demm taʼ Ġesù.​—Rum. 1:14, 15.

6. Jippermettilna ma nkunux ħatjin tad-​demm.​—Atti 20:26, 27.

7. Huwa ħtieġa għas-​salvazzjoni tagħna stess.​—Eżek. 3:19; Rum. 10:9, 10.

8. Juri mħabba għal għajrna.​—Mt. 22:39.

9. Juri ubbidjenza lejn Ġeħova u lejn ibnu.​—Mt. 28:19, 20.

10. Huwa parti mill-​qima tagħna.​—Ebr. 13:15.

11. Jesprimi mħabbitna għal Alla.​—1 Ġw. 5:3.

12. Jikkontribwixxi għat-​taqdis taʼ isem Ġeħova.​—Is. 43:10-​12; Mt. 6:9.

Bla dubju, dawn mhumiex l-​uniċi raġunijiet għala nieħdu sehem fil-​ministeru. Pereżempju, l-​ippritkar isaħħilna l-​fidi u jagħtina l-​privileġġ li nkunu ħaddiema sħab m’Alla. (1 Kor. 3:9) Però, l-​iktar raġuni importanti għala nieħdu sehem fil-​ministeru hija n-​numru 12. Tkun xi tkun ir-​reazzjoni li nirċievu, il-​ministeru jgħin biex jiġi mqaddes l-​isem t’Alla u jagħti tweġiba lit-​tentatur taʼ Ġeħova. (Prov. 27:11) Tabilħaqq, għandna raġunijiet tajbin ħafna biex ‘inxandru bla heda l-​aħbar tajba.’​—Atti 5:42.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja