Young People Ask—What Will I Do With My Life? (L-1 Parti)
Hekk kif iż-żgħażagħ jikbru u jsiru adulti, ikollhom jieħdu deċiżjonijiet importanti. Sabiex jiġu megħjunin, ġie mħejji l-vidjow Young People Ask—What Will I Do With My Life? Meta tkun daħħalt id-DVD, agħżel Play Drama, imbagħad ara jekk jirnexxilekx issib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet f’paragrafu 2. Wara, agħżel Interviews mill-menu prinċipali, agħżel Looking Back, u mbagħad ipprova wieġeb il-mistoqsijiet f’paragrafu 3.
Drama: (1) Is-sitwazzjoni taʼ Timotju b’liema modi hi simili għal dik taʼ ħafna żgħażagħ Kristjani llum? (2) Andre xi pressjoni ffaċċja biex jibbrilla fl-isports? (3) Ħuna Fleissig x’qallu lil Andre dwar (a) li tkun dedikat lil Ġeħova kif ukoll għal xi sport? (Mt. 6:24) (b) is-sors tal-ferħ veru? (ċ) dak li fakkritu fih l-iskutella tiegħu mill-kamp tal-konċentrament? (d) in-nies fir-ritratt miegħu u maʼ martu? (e) jekk qattx iddispjaċieh talli biddel il-miri tiegħu? (Flp. 3:8) (4) In-nanna taʼ Andre kif wieġbet il-mistoqsija tiegħu, “Huwa ħażin li nixtieq insir ġerrej famuż?” (Lq. 4:5-7) (5) Il-fatt li Andre rebaħ it-tiġrija ġablu sodisfazzjon veru? (6) X’impressjonak mill-aħħar ittra taʼ Ħuna Fleissig lil Andre? (Prov. 10:22) (7) Ħuna Fleissig x’għenu jiskopri lil Andre?
Looking Back: (8) Wara liema karrieri kienu qed isusu l-ħu u l-oħt, u għala? (9) Kemm kellhom suċċess? (10) X’qanqalhom ibiddlu l-karriera tagħhom? (2 Kor. 5:15) (11) Liema karrieri teokratiċi ħadu post dawk taʼ qabel, u għala ħassew li ma setgħux isusu wara ż-żewġ karrieri? (12) Iddispjaċiehom talli biddlu dak li kienu qed jiffokaw fuqu qabel fil-ħajja? (13) X’qalu li ġiegħlek taħseb b’mod speċjali dwar x’għandek tagħmel b’ħajtek?
Jekk jogħġbok ara l-intervisti l-oħrajn u l-informazzjoni supplimentari, u kun preparat biex twieġeb dwarhom hekk kif jiġu diskussi matul il-Laqgħa tas-Servizz tal-ġimgħa d-dieħla.