X’Se Tagħmel b’Ħajtek?
1 Xi drabi t-tfal jiġu mistoqsijin, “X’tixtieq issir la tikber?” Meta kont tifel żgħir, kont kieku tgħid li tixtieq issir cowboy? pompier? indokratur tas-circuit? Jew bħala tifla żgħira, kont kieku tgħid li tixtieq issir ballerina? infermiera? missjunarja? Issa li kbirt, għandek tistaqsi lilek innifsek din il-mistoqsija, ‘X’se nagħmel b’ħajti?’ Lest biex tiddeċiedi?
2 Biex tgħinek tieħu l-aqwa deċiżjoni possibbli, l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova pproduċiet id-DVD Young People Ask—What Will I Do With My Life? (Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—X’Se Nagħmel b’Ħajti?) Jekk jogħġbok arah, u aħseb sew dwar dak kollu li fih, inkluż id-drama, l-intervisti, u l-materjal miżjud. Kulma hemm fih issibu fil-kaxxa “Main Menu.”
3 “The Drama” (Id-Drama): Hekk kif tkun qed tara d-drama kkunsidra dawn il-mistoqsijiet: (1) Liema xebh hemm bejn Timotju, li titkellem dwaru l-Iskrittura Griega Kristjana, u Andre? (Atti 16:1; 1 Tim. 4:8; 2 Tim. 1:5) (2) Andre kif kien qed jiġi mġiegħel biex jibbrilla fl-atletika, u minn min? (3) Min kien taʼ influwenza pożittiva għal Timotju u għal Andre, u b’liema modi? (2 Tim. 1:1-4; 3:14, 15) (4) It-twissija li hemm f’Mattew 6:24 u f’Filippin 3:8 kif effettwat lil Andre, u kif teffettwa lilek?
4 “Selected Scenes” (Xeni Magħżulin): Wara li tkun rajt id-drama kollha, erġaʼ ara x-xeni li ġejjin, u wieġeb dawn il-mistoqsijiet. “Paul and Timothy” (Pawlu u Timotju): Liema kienet l-aħħar twissija taʼ Pawlu lil Timotju? (2 Tim. 4:5) “Giving Jehovah Your Best” (Tagħti lil Ġeħova l-Aħjar Tiegħek): Liema tip taʼ miri spiritwali għandek? “Taking a Stand for Jehovah” (Nieħdu Waqfa għal Ġeħova): Minfejn jiġi l-hena veru? “Grandmother’s Advice” (It-Twissija tan-Nanna): X’hemm ħażin f’li wieħed ikun jixtieq isir famuż fid-dinja taʼ Satana? (Mt. 4:9) “No Regrets” (L-Ebda Dispjaċir): X’inhu dak li jistaʼ jgħinek ikollok ħajja sodisfaċenti?—Prov. 10:22.
5 “Interviews” (Intervisti): Hekk kif tara kull waħda mis-sezzjonijiet li ġejjin, x’taħseb li tistaʼ tagħmel biex tagħti l-aħjar lil Ġeħova? (1) “Dedication to Vain Pursuits or to God?” (Dedikazzjoni lill-Affarijiet Fiergħa jew lil Alla?) (1 Ġw. 2:17); (2) “Learning to Enjoy Your Ministry” (Titgħallem Tgawdi l-Ministeru Tiegħek) (Salm 27:14); u (3) “An Open Door to Service” (Bieb Miftuħ għas-Servizz).—Mt. 6:33.
6 “Looking Back” (Irrifletti): Tistaʼ twieġeb? (1) Liema karrieri kienu qed isegwu l-ħu u l-oħt, u għala? (2) Kemm kellhom suċċess? (3) Liema bidla sinifikanti seħħet f’ħajjithom? (2 Kor. 5:15) (4) Liema karrieri teokratiċi ħadu post dawk taʼ qabel, u għala ħassew li ma setgħux isegwu ż-żewġ karrieri? (5) Iddispjaċiehom talli bidlu dak li kienu qed jiffokaw fuqu qabel fil-ħajja? (6) X’qalu huma li ġagħlek taħseb b’mod speċjali dwar x’għandek tagħmel b’ħajtek?
7 “Supplimentary Interviews” (Intervisti Supplimentarji): Minn dawn l-intervisti x’tgħallimt biex tkun tistaʼ taqdi iktar bis-sħiħ fis-servizz taʼ Ġeħova? (1) “The Value of Personal Study” (Il-Valur taʼ l-Istudju Persunali), (2) “Alternative Witnessing” (Għażla t’Għoti taʼ Xiehda), (3) “Bethel Service” (Servizz f’Betel), (4) “Gilead Missionary Training” (Taħriġ għal Missjunarji f’Gilgħad), u (5) “Ministerial Training School” (Skola tat-Taħriġ Ministerjali). Irrivedi l-“Index to Published Information on Related Subjects” (Indiċi taʼ l-Informazzjoni fil-Pubblikazzjonijiet fuq Suġġetti Relatati), u aqra iktar dwar liema jinteressak l-iżjed.
8 Għalhekk, iddeċidejt x’se tagħmel b’ħajtek? Pawlu ħeġġeġ lil Timotju: “Immedita fuq dawn l-affarijiet; kun medhi fihom, biex kulħadd jara li qed tavanza.” (1 Tim. 4:15) Aħna nħeġġuk biex tagħmel l-istess b’dak li rajt u smajt fuq dan id-DVD. Itlob lil Ġeħova biex jgħinek tagħmel għażla għaqlija li tassew se tagħtik il-ferħ u sodisfazzjon fil-ħajja issa kif ukoll tagħtik futur hieni u premjanti.
[Kaxxa f’paġna 6]
MAIN MENU
Play Drama (Ara d-Drama)
Scenes (Xeni [11-il għażla])
Interviews (Intervisti)
Play All (Ara Kull)
Sections (Sezzjoni [3 għażliet])
Looking Back (Irrifletti)
Supplementary Material (Materjal Miżjud)
Supplimentary Interviews (Intervisti Supplimentarji)
Index to Published Information on Related Subjects (Indiċi taʼ l-Informazzjoni fil-Pubblikazzjonijiet fuq Suġġetti Relatati)
Subtitles (Sottitli)
Hearing Impaired (Dawk Neqsin mis-Smigħ)
None (Xejn)
Biex tħaddem il-menus, uża l-buttuni Next ▶, ◀ Back, u Main Menu.