LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/15 p. 2
  • Kaxxa għall-mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • Materjal Simili
  • L-Użu taʼ l-Internet—Oqgħod Attent mill-Perikli!
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Metodi taʼ kif tiġi pritkata l-aħbar tajba
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Aġixxi mill-ewwel
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2015
km 7/15 p. 2

Kaxxa għall-mistoqsija

◼ Għandhom il-​pubblikaturi jużaw ħafna l-​Internet biex jagħtu xhieda lil stranġieri li jgħixu f’pajjiż ieħor jew biex jistudjaw magħhom?

Xi pubblikaturi użaw l-​Internet biex jiksbu studji tal-​Bibbja f’pajjiżi fejn l-​ippritkar hu projbit jew fejn hemm ftit pubblikaturi. F’xi każijiet, kien hemm riżultati tajbin. Madankollu, hemm ċerti perikli meta pubblikaturi jipparteċipaw f’diskussjonijiet maʼ stranġieri permezz taʼ emails jew chat rooms. (Ara Il-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Lulju 2007, p. 3.) Veru, l-​intenzjoni hi li jintlaħqu wħud taʼ qalb onestà bil-​messaġġ tas-​Saltna. Però, diskussjonijiet bħal dawn jistgħu jwasslu biex ħu jew oħt tispiċċa f’kuntatt maʼ nies li ma jkunx tajjeb li nagħmluha magħhom, inkluż l-​apostati. (1 Kor. 1:19-​25; Kol. 2:8) Iktar minn hekk, f’pajjiżi fejn ix-​xogħol tas-​Saltna hu ristrett jew projbit, il-​korrispondenza abbli tkun qed tiġi ċċekkjata mill-​awtoritajiet. Komunikazzjoni bħal din tistaʼ tipperikola l-​aħwa lokali. Għaldaqstant, il-​pubblikaturi m’għandhomx jidħlu fuq l-​Internet biex ifittxu nies minn pajjiżi oħra biex jagħtuhom l-​aħbar tajba.

Sakemm ma jkollniex direzzjoni oħra mill-​uffiċċju tal-​fergħa lokali, jekk nagħtu xhieda informali lil stranġier li qed iżur pajjiżna, m’għandniex noqogħdu nipprovaw nikkultivaw l-​interess wara li jmur lura pajjiżu. Minflok, nistgħu nuruh kif jistaʼ juża l-​Websajt jw.org biex jikseb iktar informazzjoni, kif jistaʼ jitlob għal studju tal-​Bibbja, jew kif jistaʼ jikkuntattja l-​uffiċċju tal-​fergħa lokali. Nistgħu wkoll ninkuraġġuh biex iżur Sala tas-​Saltna qrib taʼ fejn joqgħod. Ovvjament, m’hemmx Swali tas-​Saltna f’xi pajjiżi. L-​uffiċċju tal-​fergħa, li jieħu ħsieb l-​ippritkar fil-​pajjiż fejn joqgħod l-​individwu interessat, hu midħla taċ-​ċirkustanzi partikulari t’hemmhekk u jkun fl-​aħjar pożizzjoni biex jipprovdi għajnuna spiritwali.

Jekk bħalissa qed inżuru individwu b’mod regulari u dan imur jgħix pajjiż ieħor jew qed nistudjaw maʼ individwu li qiegħed f’pajjiż ieħor u li nafuh biss permezz tal-​Internet, għandna nsegwu d-​direzzjoni murija f’dan l-​artiklu. Madankollu, nistgħu nibqgħu nikkultivaw l-​interess sakemm l-​individwu jiġi kkuntattjat mill-​pubblikaturi lokali. Minkejja dan, jekk l-​individwu jgħix f’pajjiż fejn xogħolna hu ristrett jew projbit, għandha tingħata attenzjoni kbira meta suġġetti Bibliċi jiġu diskussi permezz taʼ ittri, telefonati, jew b’mod elettroniku.—Mt. 10:16.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja