LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w24 Ġunju p. 19
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Materjal Simili
  • In-nies taʼ Ġeħova huma żelużi għall-qima vera
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • “Il-ġwejdin se jirtu l-art”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2018
  • Ġeħova Għandu Sentimenti?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Ġesù Kristu—Il-Messaġġ Tiegħu sa Liema Punt Effettwa lin-Nies?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
w24 Ġunju p. 19

Mistoqsijiet mill-Qarrejja

Xi nies għala jaħsbu li Salm 12:7 jitkellem dwar “dak li jgħid Ġeħova” (vers 6), waqt li t-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida titkellem dwar “il-batuti” (vers 5)?

Dak li jgħid Salm 12 juri li l-vers qed jitkellem dwar in-nies.

Salm 12:​1-4 jgħid li “dawk li huma taʼ min jafdahom sparixxew minn fost in-nies.” Imbagħad fil-versi 5-7 jgħid:

“Ġeħova jgħid: ‘Peress li l-batuti huma maħqurin,

Peress li l-foqra qed jibku,

Jien se naġixxi u nsalvahom minn dawk li jmaqdruhom.’

Dak li jgħid Ġeħova hu perfett;

Kliemu hu bħal fidda rfinuta ġo forn tal-fuħħar, li ġiet imnaddfa sebaʼ darbiet.

Ġeħova, int se tipproteġi lil kull wieħed minnhom;

Se tipproteġihom minn dawn in-nies ħżiena.”

Vers 5 jitkellem dwar x’se jagħmel Alla għal batuti. Hu se jsalvahom.

Vers 6 jkompli li “dak li jgħid Ġeħova hu perfett;” “bħal fidda rfinuta.” Aħna hekk inħossuna dwar dak li jgħid Ġeħova.—Salm 18:30; 119:140.

Ara x’jgħid Salm 12:7: “Ġeħova, int se tipproteġi lil kull wieħed minnhom; se tipproteġihom minn dawn in-nies ħżiena.” Fuq min qed jitkellem?

Peress li vers 6 jitkellem dwar “dak li jgħid Ġeħova,” xi nies jaħsbu li fil-vers 7 jkompli jitkellem dwar “dak li jgħid Ġeħova.” Aħna nafu li Alla pproteġa l-Bibbja ħafna drabi minn għedewwa li pprovaw jeqirduha.—Is. 40:8; 1 Pt. 1:25.

Imma Ġeħova jipproteġi wkoll lin-nies li jsemmi vers 5. Hu se jibqaʼ jgħin u jsalva lill-“batuti” u l-“maħqurin.”—Ġob 36:15; Salm 6:4; 31:​1, 2; 54:7; 145:20.

Mela vers 7 għal min qed jgħid?

Dak li naqraw fis-salm juri li qed jirreferi għan-nies.

Versi 1 u 2 jitkellmu dwar nies ħżiena li gidbu lill-qaddejja leali taʼ Ġeħova. Fil-vers taʼ wara naraw li Ġeħova se jiħodha kontra dawk li jgħidu affarijiet ħżiena. Minn dan is-salm nistgħu nkunu ċerti li Ġeħova se jgħin lin-nies tiegħu għax dak li jgħid hu perfett.

Mela vers 7 qed jgħid li Ġeħova se jipproteġi lil dawk li ġew trattati ħażin mill-ħżiena.

It-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida tuża l-istess ħsieb li hemm f’kopji antiki taʼ min jafdahom tal-Iskrittura Ebrajka. Meta l-Iskrittura Ebrajka ġiet tradotta bil-Grieg, intużaw il-kliem “minnha” u “tipproteġina.” Għalhekk qed titkellem dwar uħud leali li huma batuti u maħqurin. Vers 7 jgħid ukoll li kull wieħed minn dawn in-nies leali se jiġu protetti min-nies ħżiena u li jinkuraġġixxu l-korruzzjoni. (Salm 12:​7, 8) Fi traduzzjoni bl-Aramajk tal-Iskrittura Ebrajka l-ewwel parti taʼ dan il-vers tgħid: “Int, O Mulej, se tipproteġi lit-tajbin, se tipproteġihom minn dawn in-nies ħżiena għal dejjem.” Minn dan naraw ċar li Salm 12:7 mhux qed jitkellem dwar dak li jgħid Ġeħova.

Għalhekk dan il-vers jagħti tama lin-nies leali għax Alla se jgħinhom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja