LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w24 Ottubru pp. 24-29
  • Kif Tistaʼ Tneħħi d-Dubji

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tistaʼ Tneħħi d-Dubji
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’JISTAʼ JGĦINNA META JKOLLNA D-DUBJI?
  • ĠEĦOVA JIMPURTAH MINNEK?
  • ID-DEĊIŻJONIJIET LI ĦADT FIL-PASSAT KIENU TAJBIN?
  • ĠEĦOVA GĦADU JISTAʼ JUŻANI?
  • Deċiżjonijiet li Juru li Tafda f’Ġeħova
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
  • Tinsiex li Ġeħova “Hu l-Alla l-Ħaj”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Kun Umli u Aċċetta li Hemm Affarijiet li Ma Tafx
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Ġeħova “Jfejjaq lil Dawk taʼ Qalbhom Maqsuma”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
w24 Ottubru pp. 24-29

ARTIKLU GĦALL-ISTUDJU 43

GĦANJA 90 Inkuraġġixxu lil xulxin

Kif Tistaʼ Tneħħi d-Dubji

“Eżaminaw kull ħaġa biex taraw jekk hix vera.”—1 TES. 5:21.

DAK LI SE NITGĦALLMU

Se naraw x’tistaʼ tagħmel biex tneħħi dubji li jistaʼ jeffettwaw il-mod kif taqdi lil Ġeħova.

1-2. (a) In-nies taʼ Ġeħova liema dubji jistaʼ jkollhom? (b) X’se naraw f’dan l-artiklu?

KOLLHA kemm aħna, kbar jew żgħar, ġieli jkollna xi dubjia jew mistoqsijiet. Pereżempju, immaġina żagħżugħ li jiġih dubju jekk Ġeħova vera jimpurtahx minnu. Minħabba f’hekk, hu ma jkunx ċert jekk għandux jitgħammed jew le. Jew immaġina ħu ikbar bil-familja li meta kien iżgħar għażel li jaqdi lil Ġeħova full-time minflok li jaħdem biex ikollu iktar flus. Imma issa qed jaqlaʼ flus kemm jgħaddu hu u l-familja. Allura, jiddubita jekk kienx ħa deċiżjoni tajba meta kien iżgħar. Jew forsi oħt li hi kbira fl-età u għandha saħħa batuta tħossha skuraġġita għax m’għadhiex tistaʼ taqdi lil Ġeħova kif kienet qabel. Forsi inti wkoll ġieli saqsejt xi waħda minn dawn il-mistoqsijiet: ‘Ġeħova vera jimpurtah minni? Is-sagrifiċċji li għamilt biex naqdi lil Ġeħova fil-passat kienu worth it? Ġeħova għadu jistaʼ jużani?’

2 Jekk ma tneħħix dubji bħal dawn, il-fidi tiegħek tistaʼ tonqos, u anki tistaʼ tieqaf taqdi lil Ġeħova. Allura, f’dan l-artiklu se naraw xi prinċipji mill-Bibbja li se jgħinuna nkunu ċerti li (1) Ġeħova jimpurtah minna, (2) id-deċiżjonijiet li għamilna fil-passat kienu tajbin, u (3) Ġeħova għadu jistaʼ jużana.

X’JISTAʼ JGĦINNA META JKOLLNA D-DUBJI?

3. X’nistgħu nagħmlu biex inneħħu d-dubji?

3 Meta jkollna xi dubji, importanti li nneħħuhom billi naqraw il-Bibbja. Jekk nagħmlu hekk, insiru iktar ħbieb taʼ Ġeħova u nkunu nistgħu ‘nżommu l-fidi tagħna soda.’—1 Kor. 16:13.

4. Kif nistgħu ‘neżaminaw kull ħaġa biex naraw jekk hix vera’? (1 Tessalonikin 5:21)

4 Aqra l-​1 Tessalonikin 5:21. Il-Bibbja tgħid: “Eżaminaw kull ħaġa biex taraw jekk hix vera.” Kif nistgħu nagħmlu dan? Billi nqabblu dak li m’aħniex ċerti dwaru ma’ li tgħid il-Bibbja. Erġaʼ aħseb fiż-żagħżugħ li semmejna fl-ewwel paragrafu li mhuwiex ċert jekk Ġeħova jimpurtahx minnu. Hu m’għandux jibqaʼ bid-dubju imma għandu jwieġeb din il-mistoqsija. Hu jrid ‘jeżamina kull ħaġa’ biex jara x’jgħid Ġeħova.

5. Kif nistgħu naraw x’jaħseb Ġeħova dwar id-dubji li jkollna?

5 Meta naqraw il-Bibbja, Ġeħova jkun qisu qed ikellimna. Imma rridu nagħmlu sforz biex naraw x’jaħseb Ġeħova u nneħħu d-dubji li jkollna. Fittex versi li se jwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek u studja dwarhom. Dan tistaʼ tagħmlu billi tuża l-pubblikazzjonijiet tagħna. (Prov. 2:​3-6) Itlob lil Ġeħova biex jgħinek issib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jkollok u mbagħad fittex prinċipji mill-Bibbja u iktar informazzjoni li se tgħinek fis-sitwazzjoni tiegħek. Ara wkoll rakkonti mill-Bibbja taʼ nies li kienu leali lejn Ġeħova u li għaddew minn sitwazzjoni bħal tiegħek.

6. Il-laqgħat kif jgħinuna nneħħu d-dubji?

6 Ġeħova jkun qisu qed ikellimna wkoll meta mmorru l-laqgħat. Jekk nattendu b’mod regulari, nistgħu nisimgħu xi taħdita jew xi kumment taʼ xi ħadd li se jgħinna biex inneħħu d-dubji li jkollna. (Prov. 27:17) Issa se niddiskutu xi dubji u se naraw x’jistaʼ jgħinna biex inneħħuhom.

ĠEĦOVA JIMPURTAH MINNEK?

7. Xi wħud x’jistgħu jsaqsu?

7 Ġieli ħsibt, ‘Ġeħova vera jimpurtah minni?’ Forsi taħseb li hu impossibbli li tkun ħabib mal-Wieħed li ħalaq kollox, speċjalment jekk tħoss li m’intix importanti. Ir-Re David jistaʼ jkun li ħaseb xi ħaġa simili wkoll. Għalih kienet xi ħaġa tal-għaġeb li Ġeħova jimpurtah min-nies. Hu saqsa: “Ġeħova, x’inhu l-bniedem biex jimpurtak minnu, u bin il-bniedem biex tagħti kasu?” (Slm. 144:3) Kif nistgħu nwieġbu din il-mistoqsija?

8. Skont l-​1 Samwel 16:​6, 7, 10-12, Ġeħova x’jinnota?

8 Il-Bibbja tgħidilna li Ġeħova jinnota n-nies li għal oħrajn mhumiex importanti. Pereżempju, Ġeħova kien bagħat lill-profeta Samwel biex jagħżel lir-re li jmiss taʼ Iżrael. Ġesse qal lil sebgħa mit-tfal tiegħu biex joħorġu jiltaqgħu ma’ Samwel imma ma qalx lil David, li kien iż-żgħir.b Imma Ġeħova għażel lil David għax ra li kien iħobbu ħafna.—Aqra l-​1 Samwel 16:​6, 7, 10-12.

9. Għala nistgħu nkunu ċerti li Ġeħova jimpurtah minna? (Ara l-istampa.)

9 Aħseb dwar kif Ġeħova diġà juri li jimpurtah minnek. Hu jagħtik l-aħjar pariri skont dak li tkun għaddej minnu. (Slm. 32:8) Dan juri li jafek sew u jaf eżatt x’għandek bżonn. (Slm. 139:1) Imbagħad, meta tobdi l-pariri tiegħu u tara kif għenek, se tkun konvint li hu jimpurtah minnek. (1 Kron. 28:9; Atti 17:​26, 27) Ġeħova jinnota kulma tagħmel biex taqdih u biex tibqaʼ tobdih. Jara wkoll il-kwalitajiet sbieħ li għandek. Hu jixtieq ikun il-ħabib tiegħek. (Ġer. 17:10) U Ġeħova se jkun ferħan ħafna jekk int tkun tixtieq issir il-ħabib tiegħu wkoll.—1 Ġw. 4:19.

Oħt żagħżugħa qed tagħmel l-istudju personali. Ħdejha hemm il-Bibbja u fuq it-tablet qed tara vidjow minn fuq il-website.

‘Jekk tfittex lil Ġeħova, iħallik issibu.’—1 Kron. 28:9 (Ara paragrafu 9)c


ID-DEĊIŻJONIJIET LI ĦADT FIL-PASSAT KIENU TAJBIN?

10. Meta naħsbu dwar id-deċiżjonijiet li ħadna fil-passat, x’nistgħu nsaqsu?

10 Kultant xi aħwa jaħsbu dwar id-deċiżjonijiet li ħadu fil-passat u jiddubitaw jekk kinux tajbin. Forsi biex ikunu jistgħu jaqdu iktar lil Ġeħova ħallew xogħol tajjeb jew ma fetħux business. Wara ħafna snin jibdew jaraw li nies oħra li għamlu deċiżjonijiet differenti issa jidhru li għandhom il-flus u li għandhom ħajja komda. Minħabba f’hekk, dawn l-aħwa jibdew jaħsbu: ‘Kien jaqbilli nagħmel is-sagrifiċċji li għamilt biex naqdi lil Ġeħova? Jew missni ħdimt iżjed biex ikolli iktar flus?’

11. Il-kittieb taʼ Salm 73 għala kien inkwetat?

11 Jekk ġieli kellek dubji simili, aħseb kif ħassu l-kittieb taʼ Salm 73. Hu beda jara li n-nies li ma jaqdux lil Ġeħova kellhom ħajja komda, kienu sinjuri, u ma kellhomx problemi. (Slm. 73:​3-5, 12) Hu ħaseb li dak li kien qed jagħmel biex jaqdi lil Ġeħova kien għalxejn u li d-deċiżjonijiet li kien ħa ma kinux tajbin. Minħabba f’hekk, hu kien “inkwetat il-ġurnata kollha.” (Slm. 73:​13, 14) Imma x’għamel biex ma jibqax iħossu inkwetat?

12. Skont Salm 73:​16-18, x’għen lis-salmista?

12 Aqra Salm 73:​16-18. Is-salmista mar fit-tempju taʼ Ġeħova. Hemmhekk kien fil-paċi u ma’ nies li jaqdu lil Ġeħova. B’hekk, hu setaʼ jaħseb b’mod ċar. Hu ra li avolja l-ħajja taʼ ħafna nies kienet tidher komda, huma ma kellhomx tama għall-futur. B’hekk, ma baqax skuraġġit u ra li l-aħjar deċiżjoni li kien għamel kienet li jaqdi lil Ġeħova. Dan immotivah biex jibqaʼ leali lejn Ġeħova.—Slm. 73:​23-28.

13. X’tistaʼ tagħmel jekk jiddispjaċik għal xi deċiżjonijiet li ħadt fil-passat? (Ara l-istampa.)

13 Int tistaʼ tħossok fil-paċi bħalma ħassu s-salmista bl-għajnuna tal-Bibbja. Aħseb sew dwar x’għandek tajjeb fil-ħajja, bħal li Ġeħova hu ferħan bik, u ftakar li dawk li ma jaqduhx m’għandhomx l-istess barkiet bħalek. Huma jħossuhom fis-sigurtà għax għandhom ħajja komda u xogħol tajjeb. Imma fil-verità m’għandhomx tama. Min-naħa l-oħra, Ġeħova qed itik ħafna affarijiet tajbin bħalissa u għandek ħafna barkiet ġejjin fil-futur li ħa jibqgħu għal dejjem. (Slm. 145:16) U aħseb dwar dan: Ma tistax tkun taf kif kienet se tkun ħajtek kieku għamilt deċiżjonijiet differenti. Ħaġa waħda hi żgura: Meta tieħu deċiżjonijiet għax tħobb lil Ġeħova u lin-nies żgur se tkun ferħan.

Ħu qed jaħsel il-ħġieġ u qed jimmaġina lilu nnifsu fil-Ġenna tal-art. Qed jimmaġinah miexi mal-mara u jimbotta karretta mimlija frott. Fil-qrib hemm iċ-ċrievF.

Immaġina lilek innifsek fil-Ġenna tal-art (Ara paragrafu 13)d


ĠEĦOVA GĦADU JISTAʼ JUŻANI?

14. Xi wħud minn xiex huma għaddejjin, u x’mistoqsija jsaqsu?

14 Xi aħwa m’għadhomx jistgħu jaqdu lil Ġeħova bħalma kienu qabel għax kibru, għandhom problemi taʼ saħħa, jew għandhom xi diżabilità. Dan jistaʼ jġegħelhom iħossuhom li mhumiex importanti għal Ġeħova u forsi jistaqsu, ‘Ġeħova għadu jistaʼ jużani?’

15. Is-salmista minn xiex kien konvint?

15 Il-kittieb taʼ Salm 71 kien inkwetat għax ma ħassux b’saħħtu. Hu talab: “Titlaqnix meta ma tantx ikolli saħħa.” (Slm. 71:​9, 18) Imma hu kien konvint li jekk jibqaʼ jaqdi lil Ġeħova, Alla kien se jibqaʼ jgħinu. Snin wara, is-salmista tgħallem li Ġeħova jieħu pjaċir b’dawk li jibqgħu jaqduh kif jistgħu.—Slm. 37:​23-25.

16. Ġeħova kif jistaʼ juża l-aħwa kbar fl-età? (Salm 92:​12-15)

16 Jekk int qed tikber fl-età aħseb dwar kif Ġeħova jħares lejk. Hu se jgħinek biex tibqaʼ leali lejh u taqdih minkejja li m’għadekx tistaʼ tagħmel dak li kont tagħmel qabel. (Aqra Salm 92:12-15.) Iffoka fuq dak li tistaʼ tagħmel bħalissa. Pereżempju, tistaʼ tgħin lil oħrajn bl-eżempju tajjeb tiegħek meta turi interess fihom. Tkellem m’oħrajn dwar kif Ġeħova għenek matul is-snin u liema wegħdi qed tħares ’il quddiem għalihom. Tinsiex li t-talb tiegħek jistaʼ jgħin lil oħrajn. (1 Pt. 3:12) Huma x’inhuma ċ-ċirkustanzi tagħna, kollha kemm aħna għandna xi ħaġa li nistgħu nagħtu lil Ġeħova u lill-aħwa.

17. Għala m’għandniex inqabblu lilna nfusna m’oħrajn?

17 Jekk tħossok imdejjaq għax ma tistax tagħmel iżjed biex taqdi lil Ġeħova, kun ċert li Ġeħova japprezza dak kollu li tagħmel. Evita li tqabbel lilek innifsek m’aħwa oħrajn. Għala? Għax Ġeħova ma jqabbilniex ma’ xulxin. (Gal. 6:4) Pereżempju, Marija lil Ġesù tatu żejt ifuħ li jiswa ħafna. (Ġw. 12:​3-5) Imma l-armla li kienet fit-tempju tat żewġ muniti li kienu jiswew ftit. (Luqa 21:​1-4) Imma Ġesù ma qabbilhomx ma’ xulxin, u qal li t-tnejn li huma wrew il-fidi. Ġesù imita lil Ġeħova b’mod perfett. Allura, anki jekk taħseb li dak li tagħmel għal Ġeħova hu ftit wisq, tistaʼ tkun ċert li hu jara l-fidi u l-imħabba tiegħek.

18. X’se jgħinek biex tneħħi d-dubji? (Ara l-kaxxa “Il-Bibbja Tgħinek Biex Tneħħi d-Dubji.”)

18 Kultant aħna kollha jiġuna xi dubji, imma bħalma rajna f’dan l-artiklu, il-Bibbja tistaʼ tgħinna. Agħmel li tistaʼ biex tneħħihom ħalli minflok inkwetat tkun inkuraġġit. Ġeħova jafek sew u japprezza s-sagrifiċċji li għamilt biex taqdih, u hu lest biex jippremjak. Kun ċert li Ġeħova jħobb u jimpurtah mill-qaddejja leali tiegħu kollha.

Il-Bibbja Tgħinek Biex Tneħħi d-Dubji

  • Ġeħova jimpurtah minnek

    “Tibżax, għax jien miegħek. Tiċċassax ’l hemm u ’l hawn, għax jien Alla tiegħek. Jien inqawwik. Jien ngħinek verament. Jien inżommok sod tassew b’idi l-leminija tas-sewwa.”—Isa. 41:10.

    “Jien, Ġeħova, jien Alla tiegħek, li ngħallmek għall-ġid tiegħek, li mmexxik fit-triq li għandek timxi.”—Isa. 48:17.

  • Ġeħova japprezza d-deċiżjonijiet li ħadt biex taqdih

    “Ibni, jekk issir għaref, jien se nifraħ.”—Prov. 23:15.

    “Tħobbux il-flus, minflok kunu kuntenti b’dak li għandkom. Għax hu qal: ‘Żgur ma nitilqekx u żgur ma nabbandunakx.’”—Lhud 13:5.

  • Ġeħova japprezza dak kollu li nagħmlu għalih

    “Ir-rigal li kull wieħed iġib għandu jkun skont il-barka li jkun tah Ġeħova l-Alla tiegħek.”—Dewt. 16:17.

    “Alla hu ġust u mhux se jinsa dak li għamiltu u l-imħabba li wrejtu għal ismu, billi qdejtu lill-qaddisin u għadkom taqduhom.”—Lhud 6:10.

INT KIF TWIEĠEB?

  • Kif nafu li Ġeħova jimpurtah minna?

  • Xi rridu nagħmlu jekk ikollna dubji dwar deċiżjonijiet li ħadna fil-passat?

  • X’għandna nagħmlu jekk naħsbu li Ġeħova m’għadux jistaʼ jużana?

GĦANJA 111 Ir-raġunijiet tagħna għall-ferħ

a ESPRESSJONI SPJEGATA: Dan l-artiklu jitkellem dwar dubji li jġegħluna ma nkunux ċerti jekk Ġeħova jimpurtahx minna, jew jekk id-deċiżjonijiet li ħadna fil-passat kinux tajbin. Dawn mhumiex l-istess dubji li juru li m’għandniex fidi f’Ġeħova u fil-wegħdi tiegħu.

b Il-Bibbja ma tgħidx eżatt kemm kellu David meta għażlu Ġeħova imma wisq probabbli kien għadu teenager.—Ara It-Torri tal-Għassa bl-Ingliż tal-1 taʼ Settembru 2011, p. 29, para. 2.

c X’JURUNA L-ISTAMPI: Oħt żagħżugħa tara x’jaħseb Ġeħova dwar is-sitwazzjoni tagħha billi taqra l-Bibbja.

d X’TURINA L-ISTAMPA: Waqt li ħu qed inaddaf it-twieqi bħala xogħol, jimmaġinah qiegħed fil-Ġenna tal-art.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja